Guzeppi De Piro u l-Ewkaristija

 

Fr Martin Cilia mssp
 

Nistghu nghidu li l-ispiritwalità ta’ Guzeppi De Piro kienet spiritwalità intimament ewkaristika. L-ewkaristija kienet is-sors, l-ghan u l-quccata tal-hajja sacerdotali tieghu. F’wahda mill-priedki tieghu huwa jirrifletti:

 

“L-Ewkaristija hija l-misteru tal-fidi taghna; il-misteru ta’ l-imhabba, il-misteru ta’ l-umiltà. Kif fil-hajja tieghu fuq l-art, id-divinita tieghu kienet mohbija fl-Ewkaristija anke l-umanita tieghu hija mohbija. L-umanita kienet tahbi d-divinita tieghu bl-istess mod bhalma shaba tipprova tahbi x-xemx pero x-xemx tinfed is-shaba bir-raggi taghha.

 

Ghal De Piro il-kuntatt ma’ l-Ewkaristija halla l-istess effett. Fl-Ewkaristija huwa kien isib il-farag, il-ferh u l-qawwa biex jaghmel ir-rieda t’Alla. “Fit-tqarbin l-aktar li nitlob hu li nsir naf ir-rieda tieghU u li naghmilha b’qalbi kollha.” Bhalma x-xemx thalli effett bla ma l-persuna tinduna, ahna biss nistghu naraw l-effetti li l-Ewkaristija halliet fuq De Piro - hajja moghtija lil-ohrajn u b’hegga kbira biex l-imhabba ta’ Alla li kienet taqbad f’qalbu tasal ghand min ghadu qatt ma sema’ bija.

 

Waqt li jitlob huwa jirrifletti li din is-shana ta’ imhabba li tohrog mill-qalb ta’ Alla ma tistax ma tmisx lil min jersaq qrib u taghmlu haga wahda ma' dan Alla li x-xewqa profonda tieghu hi li jurina din l-imhabba u li jhallina nduquha.  Ghalih l-Ewkaristija kienet l-estensjoni ta' l-Inkarnazzjoni u ghal min jersaq lejha bil-fidi torbtu mal-qalb ta’ Alla b’rabta hekk kbira li tbidlu f’dak li jkun se jircievi.

 

Fuq dan hu jikteb:

 

"Fl-Ewkaristija Gesu’ jinghata intimament lil min jersaq lejh… il-qofol ta' l-imhabba hi l-ghaqda intima bejn dak li jhobb u dak li jkun mahbub, u l-ebda ghaqda ma hi iktar intima minn dik bejn il-Mulej u l-qalb ta’ dak li jircevih... Bhal mal-hadid jinbidel u jissafa bil-qawwa tan-nar, hekk il-qalb li tircievi l-Ewkaristija bil-Fidi tinbidel fil-Mulej Gesu’."

 

Back to Articles

Back to Studies

 

 
     
 
Website designed & maintained by MSSP| Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | Sitemap |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP