![]() |
|
Fr
Martin Cilia mssp “Min qatt jista’ jifridna mill-imhabba ta’ Gesu Kristu.” F’dan il-kliem ta’ San Pawl jingabar l-ghana ta' l-ispiritwalita tal-fundatur taghna li kwazi f’ritornell kontinwu fil-priedki tieghu jhabbar u jxandar din l-verita. Fuq l-ispiritwalita’ ta’ zmienu De Piro jifforma l-ispiritwalita tal-qalb b’devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Gesu: “dik il-qalb li tant habbet lil umanita.”
Ghalih il-qalb isir is-simbolu ta' l-imhabba u tal-hajja. Ghal iktar min darba jirrifleti: “Il-qalb … l-aktar importanti fil-gisem, izzomm il-hajja u s-sahha u meta filghaxija jghajjew l-idejn, jinghalqu l-ghajnejn u l-mohh jistrieh, il-qalb tkompli thabbat u tara li l-hajja tkompli … u din il-qalb tal-Mulej bid-dawl, l-imhabba u t-tezori taghha tigi u tghammar maghna fi qlubna." Jistqarr li r-rabta m'Alla ghan-nisrani ma ghandiex tkun imnissla mil-biza izda tikber fl-imhabba u tbiddel lil kull min tmiss u taghmel minnu missjunarju li jhabbar din l-ahbar lill-ohrajn. “Ahna”, jghid f’wahda mill-priedki tieghu, “m’ahniex marbutin bi ktajjen tal-hadid, b’obbligu morali jew bil-biza tal-infern, ahna marbutin bir-rabta helwa ta' l-imhabba ta’ Kristu Sidna.”
Il-kontemplazzjoni fuq l-imhabba ta’ Alla twasslu biex jghid: “Ghal dejjem irid nghanni l-imhabba u l-hniena ta’ Alla.” Anke ir-rabta ta' l-imhabba ma' l-ahwa tal-komunita u ma' l-ahwa fil-missjoni ssir f’din il-qalb divina ta’ Alla, fil-kliem tieghu stess jghidilna: “Il-qalb taghna marbuta mal-qalb tal-Mulej Gesu’ tkompli thabbat ghalikom anke jekk tkunu l-boghod minnha”.
B’hekk f’De Piro id-devozzjoni lejn il-qalb tas-salvatur taghna tohloq fih mixja biex il-qalb tieghu issir dejjem iktar tixbah lil din il-qalb divina mimlija mhabba t’Alla, ghax kif jghid huwa stess: “ id-devot tal-qalb ta’ Gesu jrid jkun huwa wkoll ta’ qalb helwa u umli.”
Ghalih din ix-xewqa ssir talba hierga mill-qalb, talba li ahna wkoll nistghu naghmluha taghna biex mieghu u bhalu nhallu l-Qalb ta’ Kristu tmiss il-qalb taghna:
“Mulej ghamel li qalbi tkun tixbah lil tieghek hekk li jistghu jghidu ghalija s-sacerdot, Kristu iehor. Qalbi fqira, izda inti tghanieha bid-doni tieghek tas-sema. Qalbi dghajfa, izda inti tatieha l-hajja u l-imhabba tieghek. Qalbi bla kwiet, izda inti sseraha bil-barka tieghek. Qalbi fid-dlam, izda inti ddawwalni bid-dawl tieghek divin.” |
Back to Articles Back to Studies |
Website designed & maintained by MSSP | Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP |