![]() |
Guzeppi De Piro u San Pawl |
Fr
Martin Cilia mssp Il-Fundatur taghna, Guzeppi De Piro ghazel bhala l-festa principlali ghas-Socjeta Missjunarja taghna lil San Pawl fil-konverzjoni tieghu.
Wiehed zgur ma jistax jitkellem fuq spiritwalita’ missjunarja kif jifhem Guzeppi De Piro, minghajr referenza ghall-ispiritwalita’ Pawlina. F’San Pawl, De Piro ra mhux biss ra l-appostlu li gabilna l-fidi izda wkoll il-mudell ta’ dawk li jimxu wara l-Mulej fil-hajja missjunarja. F’qalbu dejjem kien hemm x-xewqa li ahna naghtu lil ohrajn dak li San Pawl ta’ lilna. F’San Pawl De Piro ra l-bniedem li ghalih Kristu sar hajtu u mhabbtu, tant li ghal aktar minn darba jikkwota l-kliem ta’ San Gwann Grizostmu “l-qalb ta’ Pawlu hija l-qalb ta’ Kristu” u jitlob lil Alla li l-membri tas-socjeta tieghu jkollhom qalbhom tixbah lil dik ta' l-Appostlu Missierna.
De Piro jirrifletti fuq l-esperjenza ta’ Pawlu fit-triq ta’ Damasku u fuq iz-zewg mistoqsijiet li ghamel Pawlu li saru ghalih programm ta’ hajtu kollha: Min int Mulej?, X’trid minni? Ghan-nisrani dawn il-mistoqsijiet isiru fundamentali, li taghraf il-wisa, l-fond u l-gholi ta' l-imhabba ta’ Kristu u r-rieda tieghu fil-hajja taghna li isir ikel ghal kull min jemmen. Dawn huma l-bazi u l-ghan ta’ kull mixja ta’ fidi. Ejjew naghmlu taghna t-talba li ghamel Guzeppi De Piro zmien ilu:
“Ejjew nitolbu lill-Appostlu Missierna li jaghtina aktar vokazzjonijiet u jnissel fil-qalb taghna xewqa li nbatu ghal Kristu, hegga li nkunu t'ghajnuna ghall-ohrajn u li nhobbu lill-Imghallem Divin bl-istess qalb li bih habbu hu” |
Back to Articles Back to Studies |
Website designed & maintained by MSSP | Disclaimer | Copyright | Privacy Policy | |
© 2006 Missionary Society of Saint Paul, MSSP |