“Sbieh l-jum…l-ghodwa ta’ filghodu, dawk il-kuluri li jimlew id-dinja b’ferh, tama u hajja gdida. Il-fjur jiftah, l-ghasafar jghannu, jiehdu sahha l-menti
u l-qalb timtela’ bil-ferh b’tama li l-wedghiet u x-xewqat taghna ser ikunu
realizzati. Anke l-marid jixxennaq ghal ghodwa, ghal sbih il-jum. Fi sbieh
il-jum kollox grazzja, kollox imhabba, kollox imgedded. It-tbexbix javvanza
u x-xemx titla’… bhal Marija stilla ta’ filghodu li thabbar jum gdid u ggib
maghha lil Gesu, x-xemx tal-grazzja.”
Kliem poetiku li juri realita profonda u jdahhalna fil-qalb mimlija mhabba
li kellu l-fundatur taghna ghal Marija. F’Marija De Piro kien jara l-mudell
ghal min jixtieq ikun dixxiplu tal-Mulej Gesu’, ghal min jixtieq jaghmel
programm ta’ hajtu “dak li jghidilna Hu”. B’din l-imagini ta’ Marija, l-Fundatur
idawwalna fis-sejha missjunarja taghna li ahna wkoll insiru jum gdid bit-tahbira
ta' l-Ahbar it-Tajba tal-Vangelu li jinfed id-dlam ta' l-umanita’. Ahbar li
kapaci timla’ bit-tama u radd il-hajr lil kull minn jircevieha bil-fidi.
De Piro jara f’Marija tabernaklu haj li tircievi l-Kelma u li ssir mudell ghal
kull min irid jimxi wara l-Imghallem fis-smieh tal-Kelma tieghu, haga li De Piro
iqis bhal l-aqwa haga, bazi ta' l-ispiritwalita’. L-Iva ta’ Marija u l-fidi
taghha isiru mhux biss mudell izda wkoll ghajnuna fil-mixja tal-hajja taghna
biex nikbru fl-imhabba.
Il-fidi issir musbieh li jdawwal l-istorja tal-bniedem fil-mumenti kollha. F’wahda mill-isbah riflessjonijiet li jaghmel Guzeppi De Piro jikkontempla
kif Marija quddiem l-istorja umana ta’ Gesu’ titqawwa bil-fidi u
fid-dghjufija u l-fragilita umana temmen fil-qawwa u fl-id mohbija ta’ Alla.
Il-gratitudni u r-radd ta hajr quddiem il-pjan ta’ Alla jsiru ghanja gdida
fil-jum gdid ta' l-umanita, joholqu l-kuluri godda tal-Qawmien u jdawwlu
d-dinja bil-frott tal-guf taghha Gesu’. Dan ghal min jemmen isir il-mudell
tal-hajja tal-Fidi li b’xiedha ta’ hajja thabbar lid-dinja l-imhabba li
tinbed f’kull min jhalli lil Alla jaghmlu tahbira tal-prezenza tieghu u li
jsir “bhal Marija stilla ta’ filghodu li thabbar jum gdid u ggib maghha lil
Gesu, x-xemx tal-grazzja.” |