Il-Lajci: Ruh u gisem
il-Knisja. ‘Intom ruh il-Knisja’ kienet l-ghajta tal-Papa fil-Gublew
il-Kbir, ‘intom l-idejn, ir-riglejn, il-mohh u l-qalb tal-gisem haj ta’
Kristu fid-dinja tal-illum.’ Lajci li mimlijin b’esperjenza hajja u
awtentika tal-Vangelu jiskopru l-karizmi unici taghhom u joffru lilhom
infushom ghall-qadi tal-komunità nisranija imxerrda mad-dinja kollha.
‘Hi l-imhabba tal-Mulej li
timla l-qalb, hi l-imhabba tal-Mulej li ssuqna’, din kienet il-konvinzjoni
profonda ta’ Guzeppi De Piro, sacerdot li ghalkemm frott il-kultura u l-mentalita’
ta' zmienu holom fil-boghod, holom fi Knisja li ghax hajja, trid tinxtered
mad-dinja kollha. Holom li anke il-lajci jkollom sehem minn dik l-imhabba li
tmexxina. Imhabba li kapaci turina toroq li qatt ma nkunu hlomna u li
tmexxina f’merghat li ghalkemm mistura huma zguri ghax frott ta’ weghda li
tinbet minn intimita mal-Mulej li huwa haj u prezenti fil-Knisja tieghu.
De Piro fehem li frott l-imhabba
jinbet l-altruizmu. Ghal De Piro il-lajci ma kienux biss dawk li jistghu
jghinu finanzjarjament il-hidma missjunarja tal-Knisja izda hu emmen li
hemm bzonn ta' spirtu: spirtu li jaghti l-hajja, spirtu li jsir ir-ruh ta’
hidmet il-knisja, spirtu li jonfoh fi qlub dawk kollha li huma ghatxana biex
iduqu il-benna tal-Mulej. Ghalih kull vokazzjoni kienet issib il-bidu u
l-gherq taghha f’sejha li Alla jaghmel lil min f’qalbu tghallem jisma’
l-Kelma ta’ dak li b’kelmtu ghamel l-art u s-smewwiet tant li De Piro
jistqarr li ‘lil kull mahluq Alla jsejjahlu ghal xi haga.’
Ghal Guzeppi De Piro l-esperjenza
ta’ Alla ma kienetx maghluqa ghal ftit maghzula biex ikunu sacerdoti
fis-Socjetà missjunarja tieghu, izda bhall-ilma li jaqta’ l-ghatx, Alla kien,
ghadu u jibqa relevanti ghall-bniedem fil-komplessita kollha tieghu. Iktar ma
wiehed jidhol fil-qalb u l-hsieb ta’ Guzeppi De Piro iktar jiskopri kemm
kienet tfisser ghalih l-hajja nisranija u s-sens profond li kellu tant li
jghid “li wiehed jghix l-hajja ta’ Kristu mhux xi ideal ghall-mistici biss
izda hija l-veru s-sens tal-hajja nisranija.’ Huwa kien konvint li hemm mixja
ta’ hajja nisranija li trid issir. Jistqarr fil-kitba tieghu li “Bhalma novizzjat huwa importanti ghal hajja religjuza u seminarju tajjeb huwa
indispensabli ghall-formazzjoni tas-sacerdoti hekk wkoll huwa importanti l-katekezi
biex tifforma nsara ferventi.”
|