Bla
dubju ta’ xejn nistghu nghidu li l-Fundatur taghna, Guzeppi De Piro, kien
bniedem ta’ qalb kbira, bniedem li jaf jhobb b’imhabba ta’ missier u
b’imhabba ta’ habib, bniedem li ghalih l-ewwel u qabel kollox kienet tigi
s-Saltna u r-rieda ta’ Alla. Fix-xhieda li ghandna ta’ nies li ghexu mieghu
u ta’ persuni li kienu jafuh, johrog car hafna din it-tjubija naturali tieghu
u l-ispirtu gentili li kellu ma kull min kien jersaq lejh. Izda din
l-intimita’ u l-paternita jidru b’mod specjali fil-korrispondenza li ghandna
bejn il-fundatur u l-ewwel membru Fra. Guzepp Caruana.
Fra Guzepp stess
jikteb: "Il-Mulej wera hniena kbira mieghi meta bla ma jisthoqqi tani
l-grazzja li tibghatni l-missjoni. Grazzja li kont illi nitlobilu ghal
17-il sena shah. L-ewwel nghid grazzi lil Mulej u wara lilek Padre li
bghattni hawn u qtajtli din ix-xewqa. Certament tista’ tifhem kemm hassejtha
il-firda minnek wara sbatax-il sena flimkien. Hassejt hafna meta tlaqt minn
l-istitut u meta tlajt fuq il-vapur. Alla biss jaf x’hassejt Padre!! U meta
tlaqtek mort mill-ewwel fil-kabina u kantajt Te Deum b’ringrazzjament ghal
din il-grazzja li tani."
Fl-ittri li ghandna nistghu nikxfu ftit
il-profondita tar-relazzjoni li kienet tezisti bejn l-qaddej ta’ Alla u
Guzepp Caruana, li jistqarr: "inhossni tant obbligat lejk fl-attenzjoni
kollha li dejjem taghtini u kull darba li nsib ruhi insemmi ismek Padre,
insemmik b’rispett u b’tfihir." F’De Piro, Guzeppi Caruana sab habib li
baqa’ jsegwih f’dak kollu li kellu bzonn u fl-ispirtu li kellu nistghu
niskopru l-formazzjoni spiritwali li hu kien ha minn ghand l-istess
il-fundatur li ghalkemm mil-boghod baqa’ jiehu hsiebu u jghix
il-konvinzjoni tieghu li "missjunarju mhux la kemm tibghatu u daqshekk,
izda trid tibqa’ tiehu hsiebu".
"Padre"
jghidlu Fra Guzepp,’ inti bqajt l-unika
wiehed li tahseb fija...
il-Mulej Gesu’ jhallsek hu ghal
dak li inti taghmel maghna."
Tant kien jiehu hsiebu, jahseb fih u jiktiblu li minn dak li ghadna f’idejna
nistghu naraw li dejjem ha hsieb il-mixja spiritwali tieghu tant li
jiktiblu lura u jghidlu: "dwar l-irtir tahseb xejn ghax naghmlu ma
ndumx.
Padre nista’ nkun naf x’tista tagmel izjed ghalija? Anke
minn daqshekk boghod tahseb ghal hajja spiritwali tieghi.’"
Din ir-rabta ta’ fedelta’
anke lejn is-Socjetà ta’ San Pawl li taghha Fra Guzepp kien l-ewwel membru
u l-ewwel missjunarju, tidher mill-interss genwin li kellu li s-Socjeta’
tikber u tkompli tissahhah fil-karizma missjunarja. F’wahda mill-ewwel ittri tieghu
jistqarr mal-Fundatur
f’semplicita’ ta’ tifel zghir:
"Inhossni tant ferhan nisma’ minn ghandek li s-Socjetà taghna
ghandha aktar vokazzjonijiet. Nawguralek li jkunu membri qaddisa. Jiena
kuljum nitlob lil Alla jaghtina l-qawwa immexxu d-dghajsa zghira taghna."
Din ir-rabta mal-fundatur u
mas-Socjetà kellha wkoll l-gheruq taghha fi spiritwalita’ profonda, l-ghajn
vera li minnha jixrob il-missjunarju biex jkun jista’ jwassal il-Vangelu u
jkun dixxiplu veru tal-Mulej Gesu’ bil-kliem u iktar bl-ghemil tieghu. Din
ix-xewqa li jinghata ghal kollox lil Alla u jkun ta’ gid ghas-Socjeta’ ta’
San Pawl, twasslu biex jikteb
u jistqarr ma' l-istess fundatur: "fl-ahhar padre nitolbok biex titlob lill-Mulej jghaqqadni mieghu bl-imhabba u bhal ma kont
l-ewwel membru tas-Socjeta’ u l-ewwel wiehed li mort il-missjoni, nkun
jiena wkoll l-ewwel membru li nxerred demmi sa l-ahhar qatra biex tikber
iz-zerriegha li inti zrajt.’'
|