|
Dun Guzeppi
De Piro
Artikli
Varji f'Publikazzjonijiet
(Maltese)
_________________________________________________________________________
Il-Berqa.
It-Tnejn, 18
ta' Settembru, 1933
In memoria
Aeterna Erit Iustus
Fil-jum
tal-bierah ghal filghaxija bhal lehha ta berqa griet l-ahbar illi miet
Can Dec
Mons. Giuseppe De Piro li skond ma gejna mgharrfin ma jghoddx aktar minn
56 sena.
Mons De Piro
fil-jum tal-bierah kien iffunzjona fil-purcissjoni gewwa l-Hamrun, u
wara li dahlet kellu jghati il-Benedizzjoni fil-Parrocca ta' San
Gejtanu. Kien fil-waqt li sejjer jghati l-Benedizzjoni meta hassu hazin
u gie migbur mill-art u mdahhal gewwa s-sagristija tal-Knisja. Wara,
billi kien fi stat tabilhaqq maghdur, gie mehud fl-Isptar Centrali
tal-Furjana, fejn wara ftit miet.
Ahbar kiefra
ta' din ix-xorti tolqot il-qlub ta' kbir ghadd fost il-popolazzjoni,
billi Mons De Piro kien il-veru mudell ta' Sacerdot Nisrani u Religjuz
skond il-qalb tal-Mulej, illi lejh jigbed imhabba u rispett ta' kull min
kien ikollu x-xorti li mieghu jiltaqgha. Tant fis-Socjeta', kemm
fil-Konfessjonarju u fil-waqt tal-ghelt bejn partiti politici Mons. De
Piro gharaf dejjem bid-dehen tieghu imexxi kollox ghall-ahjar.
Kien
il-missier hanin ghal bosta ulied foqra. Huwa d-direttur Superjuri
tas-Socjeta' ta' San Paolo, tal-Missjoni li taghha huwa kien
il-fundatur, direttur ta' l-Istitut "Gesu Nazzarenu" taz-Zejtun u ukoll
ta' l-Istitut ta' Fra Diegu. Minn flusu waqqaf l-Oratorju ta' Birkirkara
ghal dawk it-tfal li ikollhom vokazzjoni ghal sacerdoti biex jidhlu ghal
hidma ta' Missjunarji. Direttur ghal ghaxar snisn ta' l-Istitut Bonnici
"id-Dar ta' San Guzepp" tal-Hamrun u wkoll tad-Dar ta' San Guzepp li
hemm f'Ghawdex.
Kien Mons.
De Piro illi fl-eqqel tal-kwistjoni politika religjuza li kellna
f'pajjizna, ghamel hiltu u haddem dejnu sabiex din il-kwistjoni setghet
tirranga ruhha.
Imghobbi kif
kien b'hidma qalila ghall-kobor tal-gieh tal-Mulej, Mons. De Piro kien
accetta li jkun wiehed mis-Senatur, Rapprezentanti ta' l-Isqof.
Ulied
il-foqra bil-mewt tal-Mons De Piro tilfu l-aqwa benefattur, tilfu lil
missierhom, u l-Kleru Malti tilef sacerdot maghruf u mahbub, imfahhar u
meqjum minn kulhadd. Ukoll malta tilfet wiehed mill-ahjar pajzani
taghha.
Lill-Nobbli
Igino De Piro, Buruni ta' Budak, li kien President tas-Senat, mill-1927
- 30, li jigi hu l-Mons De Piro, u lil qrabatu l-ohra, ahna naghtu
l-ghomor filwqaqt illi mal-popolazzjoni ta' Malta ahna ukoll niehdu
sehem fin-niket li minnhu giet milquta bil-mewt ta' dan il-kbir
benefattur tal-foqra.
Ghada
fit-8.00 a.m. fl-Istitut Bonnici issir Funzjoni Funebri u fl-4.00p.m.
isir il-Funeral mill-Istitut ghac-Cimiterju ta' l-Addolorata.
_________________________________________________________________________
Poezija ta'
Gorg Pisani miktuba ghal xi gurnal
19 ta'
Settembru 1933
Sur Editur,
Fil-Mewt ta'
Mons. De Piro.
Fic-cimiterju tal-Addolorata.
Fil-midfen
kollu fjuri
"Ta' ommna
l-imbikkija",
L-ahbar
ghamara helwa
Li tilqa
n-nies Maltija,
Jien smajt
elf tfajjel jibku
Jitnhedu
l-missier taghhom
U b'dak
il-biki jhollu
Lil kull min
kien jismaghhom.
'Ma demgha
ckejkna ckejkna
Ta tfajjel
li kien hdejja
Rajtha taqa'
bil-hlewwa
Fuq warda
hdejn riglejja;
Jien qtajt
lil dik il-warda
Bid-demgha
tilma fuqha
U smajt
hierga din l-ghanja
Ghalkemm
daqxejn mahnuqa:
"M'jienx
demgha ta' biza
M'jienx
demgha ta' hniena
M'jienx
demgha ta' ndiema
Jien hgrigt
minn qalb ta' tfajjel
Imrobbi
bl-akbar sliema
Li taf bhal
hutu l-ohra
Li x'hin
jisbah fil-ghodu
Jisfaw
ilkoll iltiema."
19 . 9 . 33
Gorg Pisani.
_________________________________________________________________________
Il-Berqa
20 ta'
Settembru 1933
Ahbarijiet
ta' Malta
Id-Difna ta'
Mons. De Piro.
Xhieda liema
bhala ta' l-effett li jaghmel fuq il-qal ta' l-ohrajn l-ezempju
t-tajjeb, dehret il-bierah fil-funeral tal-wisq mibki Mons. Dekan De
Piro.
Il-Funeral
sarlu fic-Cimiterju ta' l-Addolorata. Il-Katavru tal-Mons. Gie mehud
mid-Dar ta' San Guzepp tal-Hamrun ghac-cimiterju l-Kbir, imsieheb
b'ghadd kbir ta' motor cars u karrozzini, li fihom kienu l-irjus kbar
kollha ta' Malta li setghu imorru, idba mill-istess Gvernatur, biex
jaghtuh l-ahhar turija ta' qima u ta' gieh, li bil-wisq kienu
jisthoqqlu.
Gemgha bla
ghadd ta' nies, gew mill-Belt u minn bnadijiet ohra u kienu jistennewh
hdejn ic-Cimiterju. Qassisin, patrijiet u sorijiet ta' kull ordni u
Kongregazzjoni li hawn Malta; kjerici u seminaristi; ghadd bla tarf ta;
tfal iltiema subien u bniet; irgiel u nisa, ghanja u foqra; bandisti
tal-Baned ta' l-ibliet u ta' l-irhula bl-istendardi mghottijin
bil-mustaxija sewda, eghliem ta' niket.
Il-purcissjoni funebri imxiet qajl qajl minn hdejn il-bieb tac-cimiterju
ghall-Kappella. Hemda u swied il-qalb. Ma kontx tisma ghajr il-kant
miksur tal-qassisin u t-talb hiemed tas-sorijiet, ta' mijiet ta' tfal u
ta' l-insara l-ohra. Bosta kuruni tal-ward mizmuma minn irgiel jew tfal
ittiehdu mal-funeral biex jitqieghdu fuq il-qabar tieghu, xbieha
tal-kuruni ta' sebh li Alla hejjielhu fis-sema.
Wara t-tebut
kienu mexjin nies bil-mijiet, u bosta nies maghrufin u rjus kbar,
fosthom xi Ministri u Membri ohra tal-Parlament u l-Eccellenza tieghu
l-Gvernatur u s-Segretarju tieghu. Fil-Kappella sarlu is-soltu talb
ghall-mejtin u mbaghad gie mehud ghall-qabar tal-familja tieghu.
In-nies
ingemghet madwar il-qabar fil-Kappella zghira, sakemm il-gisem tqieghed
fil-qabar. Rassa liema bhala, kullhadd mibluh, bhal ras maqtugha, ghal
din it-telfa ghal-gharrieda ta' wahda mill-ikbar kolonni qawwija li
kienu jirfdu il-gid spiritwali temporali tal-gzira taghna.
Wara
d-difna, n-nies baqghet ghal hin titnikker madwar il-qabar, bhal min ma
tatiehx qalbu jiccaqlaq u jmur jhalli warajh dak it-tezor ghaziz li
Malta mhux ghalkemm tikseb iehor bhalu.
Mons. De
Piro halliena ghal dejjem! Imma nistghu nghidu li ghad li halliena,
fl-istess hin ghadu maghna bit-tifkira ta' l-ezempji t-tajba tieghu, li
minn kulhadd huma maghrufa u li jibqghu ghal zmien twil jissemmew. Mons.
De Piro mis-Sema fejn jisab ma jinsiex lill-foqra li hsiebu dejjem fihom
biex jghinhom mill-ahjar. Ma jinsiex lil Malta, art welidu l-ghaziza, li
ghal imhabbitha, biex iragga l-paci fiha, meta naqset, ghamel
sagrificcji kbar. Le, Mons De Piro ma mietx ghal kollox, imma r-ruh
ghaziza tieghu tibqa' tghinna mis-sema u t-tifkira tal-ezempji tajba
tieghu jaghmlulna l-qalb biex bhalu nahdmu bla biza' ghal Glorja
tal-Kbir Alla, u ghall-gid tal-mahbuba Malta taghna.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
23 ta
Settembru 1933
Editorjal
Minghajr
qatt ma stennejniha kellna nilqghu bis-sabar l-ahbar tal-Mewt ta' wiehed
mill-akba membri tal-kleru Malti, l-ahbar li tlifna lill-Mons. Gius. Dei
March. De Piro, Canonku Dekan tal-Katidral.
Bniedem
nobbli fit-twelid tieghu u fl-istat sacerdotali li ghazel, baqa nobbli
sa l-ahhar mument ta' hajtu, fis-sentimenti, fl-imgieba u fl-ghamil
kollu tieghu.
Nhar
il-Hadd, 17 ta' dan, fil-waqt li kien jaqdi d-dmirijiet tieghu ta'
qassis, f'mument l-aktar solenni, meta kien wasal biex jixhet il-Barka
ta' Gesu fuq il-fidili li kienu migbura madwaru fil-Knisja ta' San
Gejtanu l-Hamrun, Mons, De Piro hassu hazin ghall-mewt u sighat wara
miet.
L-mewt
tieghu halliet vojt kbir, vojt li Alla biss, fil-Providenza kbira
tieghu, jista u jaf, jekk irid, jimlih.
Kulhadd jaf
kif u kemm dan il-bniedem hadem u ghalkemm ta' 56 sena, kien ghadu
jahdem ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' l-erwieh.
Imrobbi
sewwa fil-familja, hass li Alla sejjahlu ghalih biex jikkonsagra ruhu
Lilu u ghax-xoghol tieghu, u hu bil-generozita kbira ta' qalbu
kkorrisponda ghal din is-sejha. Sar qassis skond il-qalb t'Alla, pront
li jaghmel kull sagrificcju, ta sahhtu u ta butu, ta hajtu basta li jara
l-gid isir, id-deni jonqos, l-imdejqin jistabru, il-hziena jersqu lejn
Alla.
Ghall-gherf
u ghall-prudenza tieghu sewa bhala Segretarju lill-Mons. Isqof Dom Mauro
Caruana. Mis-sena 1914 sa l-1918 hu kien Rettur tas-Seminarju
Arciveskovili.
Imma l-aktar
li kien maghruf u li ghamel gid kien fl-istituti li taghhom huwa ma
kienx biss il-mexxej, imma sahansitra l-missier.
Kellu fdat
f'idejh l-istitut Bonnici ghat-tfal ta' San Guzepp, l-istitut
tax-xebbiet imsejjah Fra Diegu, l-Istitut taz-Zejtun iffundat
mis-Sinjorina Curmi.
Kien
il-missier taghhom ghaliex huwa mhux biss kien imexxi lil dawn
l-Istituti, imma, kull fejn hass il-htiega, kien jghin ukoll minn butu
tant li tfaqqar ghal dana l-iskop hekk nobbli.
Imma n-nies
kbar kollha jhallu xi haga li ma tmut qatt warajhom u Mons. De Piro, ta'
bniedem kbir likien, halla monument haj li jibqa jfakkarna dejjem fih -
id-Dar tas-Socjeta ta' San Pawl Appostlu biex fiha jitghallum l-qassisin
ghall-Missjoni.
U din
n-nobbilta fit-twelid, fis-sentimenti, u fl-ghemil kollu tieghu kienet
tiddi izjed ghall-umilta' li biha kien moghni dan il-bniedem qaddis. Min
ma kienx jara fih il-bniedem ta' fiducja li mieghu jista' jiftah qalbu:
Il-bniedem li minnu tista' tiehu l-parir it-tajjeb? Il-bniedem li jaf
isabbar kemm bl-ghajnuna, kemm bil-kelma helwa tieghu? Il-bniedem kbir
mal-kbar, c-ckejken mac-ckejknin? Il-kelma taghna mhix bizzejjed biex
tipprova dan li qeghdin nghidu: dan jipprovawh il-fatti.
Sakemm
l-gherf tal-bniedem jista' jgharrafna, ahna nghidu li dana l-bniedem
kien qaddis u li Alla sejjahlu biex ifittex jaghtih il-premju li
jisthoqqlu ghall-hidma qaddisa tieghu.
_________________________________________________________________________
28 ta'
Ottubru 1933
Mons. E.
Bonnici.
L-Istitut
Wara l-Mewt ta' Mons. De Piro.
Dak
l-imbierek ta' telephone, kos, fih komdita' kbira u tinqeda malajr u
tiffranka hafna zmien; izda kultant idejjqek xi ftit, l-izjed meta
jkollok tqum minn fejn tkun qieghed biex twiegeb ghas-sejha tieghu. Dak
in-nhar kien ilu jcempel mis-setti mattinati; min ghal haga u min ghal
ohra. F'xi nofs in-nhar cempila ohra.
Min hemm?
Jien. Xi trid? Artikolu ghall-Lehen is-Sewwa fi zmien jumejn. Fuq hiex?
Fuq hiex trid. Ara aghmlilna xi haga fuq l-Istitut li halla Mons. De
Piro.
Ftehemna. Xi
haga fuq l-Istitut. Jekk tibda tikteb ma tispicca qatt. Kienet tkun haga
sabiha li kieku qieghed jikted l-istorja taghhom, minn mindu bdew
sal-lum. Bhal dik li kien kited darba is-Sur Fons f'daqxejn ta' kbieb li
minn ghalija sejjahlu l-Karita' f'Malta. Imma biex taghmel dan ma tridx
li jtuk jumejn biss, ghalhekk din il-bicca xoghol inhalluha ghal
haddiehor.
Wara xi
jumejn mill-mewt ta' Mons. De Piro, kelli indur l-Istitut l-izjed biex
infarraghom xi ftit u nghamlilhom ftit tal-qalb, ghalkemm kelli bzonn
minn jaghmel il-qalb lili. Malli kond nidhol f'xi wiehed minnhom, kont
inhoss bhal kesha fuqi, bhal ghoqla fi grizmejja, bhal roghda f'saqajja.
Kont bhal wiehed li donnu qieghed ifittex xi haga ghaziza u ma jistax
isibha. Thares lejn it-tfal, kont itlmahom ibexxqu fommhom biex jitlbuk
tberikhom. Sthajjilthom ighidu f'qalbhom, x'hin lejmhuni: jigi min jigi
m'hu hadd Mons. De Piro. Tajthom ragun u ghadirthom mhux ftit ghax meta
tahseb li hafna minnhom jekk mhux kollha, gabarhom hu, lilu biss jafu,
l-izjed fl-Istitut ta' Fra Diegu fejn kien ilu sitta u ghaoxrin sena,
min jista ilumhom dawn it-tfal? Daqskemm tista tlum l-ulied li wara li
tlfu l-ommhom jaraw mara ohra, ghalkemm din taghmel kemm tista biex
iddur bihom daqs l-ohra.
Mal-bxara
tal-mewt tieghu, f'dawn l-Isituti waqghet hemda kbira, hemda li tkexkex.
Imqar waqt il-loghob taghhom, dawk l-imberkin ta' tfal mill-kbir
saz-zghir, donnhom ma felhux jghajtu, jifirhu u jaqbzu bhas-soltu.
Hassew ilkoll li fl-Istitut naqset xi haga, naqset xi haga kbira u din
il-hemda fuqhom ghadha sal-lum. Donnhom qed jsitennew li tfegg xi ruh
ohra tittanta timla l-vojt li halla warajh Mons. De Piro. Il-kbar
fosthom, li ghandhom izjed ghaqal, ihossu li disgrazzja bhal din ghandha
terfaghhom izjed il-fuq, tnebbahom li kif Alla kien li baghtu f'nofshom,
Alla ukoll kien li hadu l-Genna mieghu u dik l-imhabba li biha kien
kebbislu qalb li ftit minn dik l-imhabba li biha hi mimlija bla qies
il-qalb t'Alla. Meta hu hekk ir-ruh thossha tintrefgha ghalkemm il-gisem
jibqa ibati mhux ftit.
Kont qieghed
darba, f'wahda minn dawn il-granet ghal habta ta' filghaxija, maghluq
f'kamra wahdi f'Istitut minnhom, nithasseb fuq xi kwistjoni iebsa li
kelli f'idejja x'hin bdejt nisma mill-boghod it-talb tat-tfal
fil-kappella. Smajthom jitolbu flimkien u jghidu ma nafx ghal kemm
il-darba "Sinjur tieh il-mistrieh ta' dejjem, …Sinjur tieh…." Dlonk
waqaft minn dak li kont qed naghmel, tajjart, jew tar wahdu, il-hsieb li
kelli f'mohhi u bdejt intiehem il-hlewwa ta' din it-talba li ghalmitna
l-Knisja ghall-mejtin taghna. Sthajjilt lil dawk it-tfal kollha,
ghalkemm ma kontx qieghed narahom b'ghajnejja, sthajjilthom fuq qabartu,
donnhom iridu iqajmuh minn hemm biex iroddulu l-hajja ta' kemm kien
thabat ghalihom; donni rajthom resqin wiehed wiehed ma genbu ibusulu
idejh u jghidulu grazzi hafna, bhal ma jghamlu t-tfal kollha meta
ittihom xi haga ghal qalbhom.
X'setghu
issa jtuh dawk it-tfal kollha hlief l-ghajta taghhom, hlief it-talba
taghhom, hlief il-karba taghhom? Ghidt bejni u bejn ruhi: zgur li Alla
jismaghhom bhalissa lil dawn l-iltiema? Qeghdin jitolbu l-mistrieh ghal
min ghadda hajtu jahdem bla mistrieh, qeghdin jitolbu bhala sinjal ta'
tpattija u ta' qalb tajba. Li Alla jtih il-mistireh ta' dejjem. Li Alla
ma jhallihx ibati fid-dinja l-ohra ghax f'din bata bizzejjed, li Alla ma
jcahhadlux, anqas ghal ftit ta' zmien, mill-glorja tieghu, wara li hu
ccahhad minn kollox f'din id-dinja, wara li ccahhad mill-ghana li kellu
f'butu, mill-ghozza t'ommu u ta' niesu, mill-kumdita' li biha setgha
ghadda hajtu kollha bla hsieb ta' xejn, u minn tant hwejjeg ohra
tad-dinja.
Forsi u
aktarx dawk it-tfal li kienu jghidu dik it-talba mhux kollha hasbu
x'kienet tfisser il-kelma mistrieh li kienet hierga minn fommhom, izda
Alla li hu All tal-mistrieh u tal-paci kien qieghed jifhem dak li tifhem
il-Knisja meta titlob fuq il-mejtin taghha.
Ghidt
f'qalbi: kemm hi xorti kbira li issib wara mewtek tant iltiema jitolbu
il-mistrieh ghar-ruhek bhala radd ta' hajr ghal kull ma tkun ghamilt
maghhom.
U din
it-talba ghadha tinstema fl-Istituti kollha ta' kull filghaxija u ta'
kull filghodu ghar-ruh Mons. De Piro, ghax bhalissa donnhom it-tfal u
dawk ta' madwarhom ma jistghux jahsbu f'haga ohra x'hin jilmhu l-vojt li
fih jinsabu.
Meta Alla
jrid, nahsbu f'haga ohra.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
15 ta'
Settembru, 1948.
Mons. E.
Bonnici.
Pg 4
B'Tifkira
ta' Mons. De Piro.
Nhar
il-Hamis li gej, 16 tax-xahar, jinfetah qabru fid-dell tac-cipress
tac-cimiterju. Ilu 15-il sena maghluq dak il-qabar, jghozz il-fdal
tieghu. Iz-zmien t'Alla jimxi bil-mod, izda jasal fejn irid. Minn go dak
il-qabar, sejjer jintrefa;, maghluq go tebut iehor, il-ghadam tieghu.
Minn hemm ghall-Knisja ta' Sant'Agata ta' l-Imdina u minn hawn
ghall-post tieghu f'Sant'Agata tar-Rabat sa ma Alla jsejjahlu biex
izejjenu bil-gmiel ta' ruhu.
Mons. De
Piro kien halla fit-testment: "Nista nindifen fil-Kattidral, izda rrid
li s-Superjur tal-Kumpanija ta' San Pawl jiddisponi mill-katavru tieghi
kif irid hu". B'hekk l-ebda xewqa ma wera, ghamel bixx att ta'
ubbidjenza. Minn superjur tal-Kumpanija ried isir, wara mewtu, sudditu
taghha f'dak li baqa' minnu fid-dinja. Bhalma f'hajtu kien jghid 'l
Alla: aghmel bija dak li trid Int; wara mewtu dan l-att ta'
sottomissjoni ghamlu lejn dak is-superjur li kien f'hajtu sudditu
tieghu: "bil-katavru tieghi aghmel dak li trid int!"
U x'setghet
trid il-Kumpanija ta' San Pawl hlief li tigbor fi hdanha, fid-dar
taghha, that ghajnejha dak li fadal fid-dinja mill-Fundatur taghha?
Ghadda zmien
bi zmien. Ghaddew sewwa sew hmistax il-sena. Izda l-hsieb ma baqax
sejjer mar-rih. Waqaf u nhar il-Hamis ser isehh.
Mic-Cimiteru ta' l-Addolorata ghal Sant'Agata tar-Rabat. L-Istituti
tal-Karita' li mexx f'hajtu, ikunu hemm, jimxu warajh, iwassluh
sal-post. It-tfal, li fihom jinsabu llum, aktarx li ma jafuhx, forsi
lanqas kienu ghadhom twieldu meta miet hu, jafuh biss b'ismu,
fir-ritratti tieghu fl-istitut taghhom, fil-kliem ta' tifhir u qima li
semghu fuqu. Jafuh fl-opri tieghu, ghax jekk illum dawn it-tfal jinsabu
qalb dawk l-erba' hitan ta' hniena u mhabba nisranija, dan hu gej
mill-hidma kontinwa bla mistrieh ta' xejn ta' Mons. De Piro.
Forsi dawn
it-tfal ma jxerrdux demgha minn ghajnejhom, ghax ma garbux it-telfa
tieghu, imma li kellhom nhar il-Hamis li gej, jingabru fit-triqat li
mic-Cimiteru jiehdu ghar-Rabat u l-Imdina, t-tfal kollha, binet u
subien, li trabbew fi zmienu go l-Istitut, illum forsi dawn missirijiet
u ommijiet, kienet tixtered izjed minn demgha wahda. U li kienet ghadha
hajja ommu, il-Markiza De Piro, zgur li nhar il-Hamis kif tilmah
mit-tieqa taghha l-Katavru tieghu kienet terga' ttenni dawk l-istess
kelmiet li kienet tghid kull darba li kienet tilmhu gej id-dar: gej
il-fqir tieghi.
Meta dak
in-nhar stess li miet, irhewli f'idejja l-hames Istituti li kellu hu, sa
ma jaraw x'ser isir, u bdejt inzurhom wiehed wiehed u qalloeb
ir-registri ta' l-amministrazzjoni taghhom, iltqajt, tista' tghid f'kull
istitut, imqieghed fuq l-iskrivanija u miktub minn stess, avviz li kien
jghid hekk: post ghal kull haga u kull haga f'postha. Dan, nahseb
jien, kien is-sigriet ta' l-ezattezza tal-ghageb li sibt fil-kotba
tieghu.
Post ghal
kull haga u kull haga f'postha.
Ghalhekk,
minn nhar il-Hamis li gej sa ma jrid Alla, il-fdal ta' Mons. De Piro
jitqieghdu f'posthom fil-Knisja ta' Sant'Agata.
_________________________________________________________________________
Fl-istess Pagna 4, ta' Lehen
is-Sewwa, insibu artiklu iehor ta' C.P.B. bit-titlu:
F'Ghawdex
IT-TIFKIRA
tal-bniedem sewwa, ma tintemm qatt; huwa jibqa' jghix fl-opri li jkun
halla u jibqa' mbierek minn dawk li jgwdu l-wirt tieghu. Dan it-tifhir
tal-bniedem sewwa, jaqbel wisq ghal dak il- Ministeru t'Alla tant
maghruf ghall-qdusija u ghall-hidma tieghu, li fis-17 ta' dan ix-xahar
ta' Settembru, jahbat il-hmistax l-anniversarju tal-mewt tieghu.
Monsinjur De Piro, kif kien ihobb li jsejhulu , billi l-umilta' tieghu
gaghlitu dejjem iwarrab u jahbi t-titolu tan-nobilta' u tad-ddinjita'
tieghu, li kienu jaghmluh wiehed mill-aqwa persunaggi ta' Malta.
Skop ta'
dawn il-kelmtejn mhuc li tighata l-hajja u t-tifhir tal-fundatur,
riformatur u direttur ta' ghadd ta' Istituti ta' beneficenza fiz-zewg
gzejjer taghna; dan sar, u jsir u jibqa' jsir mill-ulied gheziez
tal-Kumpannija Missjunarja ta' San Pawl, li huwa waqqaf, kif ukoll minn
tant Istituti, li huma monument l-aktar sod li jzommu dejjem hajja
l-fama tieghu; l-iskop ewlieni ta' dawn il-kelmtejn huwa li tinghata
xhieda, pubblika u kif inhi tassew xierqa, ta' kemm Monsinjur De Piro
baqa' u jibqa' fil-menti u fil-qalb ta' l-Istitut ta' l-orfni subien,
imwaqqaf f'Ghajnsielem, mill-Wisq Reverendu Kullegg tal-Kappillani ta'
Ghawdex taht l-isem ta' "Dar ta' San Guzepp", li Monsinjur De Piro dam
ghal tmien snin jiehu hsiebha, bhala l-ewwel direttur, benefattur u
missier mahbub taghha, li mill-bi8du taghha organizzaha b'ghaqal kbir,
inawgraha b'festa kcira u taha dik ix-xejra li kien jaf jaghti hu, li
biha d-Dar ghadha miexja tant tajjeb u ghaddejja dejjem 'il quddiem,
that id-dipendenza ta' l-Isqof Djocesan ta' Ghawdex u t-tmexxija ta'
Direttur, meghjun minn Assistant tieghu, zewg Sacerdoti mill-ahjar u
mill-aktar haddiema, li fil-kliem u fil-ghemil taghhom ghadu jidher
l-ispirtu ta' Monsinjur De Piro.
Jiena li qed
nikteb, li ghaddejt zmien madwar Monsinjur De Piro fil-Kurja ta' Malta,
staghgibt bosta drabi bil-hrara, bil-hegga u blimhabba li huwa kellu
lejn id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem; mistieden minnu, that kmand
li ma nonposx, kelli x-xorti nassisti bl-akbar pjacir, ghac-cerimonja
tal-ftuh tad-Dar, li saret, fost festi kbar, nhar Lapsi, is-17 ta'
Mejju, 1925 mill-Gvernatur ta' dak iz-zmien, war li giet imbierka
mill-Isqof ta' Ghawdex illum Arcisqof ta' Malta, meta Monsinjur De Piro,
b'ghajnejh jghumu fost bahar ta' dmugh ta' ferh u ta' kommozzjoni, wera,
f'indirizz li hareg minn qalbu, kemm habb id-Dar; smajt ukoll minn
Monsinjur De Prio, bi tbissima f'fommu, l-incident ta' meta kein fid-Dar
ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem, ilesti ghall-festa tal-ftuh taghha, u
f'daqqa wahda, fil-waqt li kien qed jistrieh ftit, il-paviment tal-kamra
cieda minn loku, u huwa, qalb ix-xorok u mbarazz iehor sab ruhu, bla
hsieb fil-pjan ta' that, u gie mehlus minn korriment serju, kif stqarr
huwa stess, bi grazzja specjali ta' San Guzepp, li kien tant ihobb.
Id-Dar ta'
San Guzepp ta' Ghawdex ma nsiet qatt u qatt ma tinsa t-tifkira ghaziza u
mbierka ta' Monsinjur De Piro: u ma jidholx fiha habib tieghu li ma
jsemmuhx mieghu, bhala l-ewwel Direttur taghha; anzi juruh xi hwejjeg
minn tieghu, il-kamra li kienet waqghet bih u sahansitra tifkira ta' din
il-waqgha, li tikkonsiti f'disinn, impingi tajjeb hafna, li juri
l-Monsinjur De Piro, niezel ghal isfel, wiehed mit-tant sagrificcji
tieghu ghad-Dar mahbuba tieghu.
Sabiex
imbaghad, jidher aktar car, fiz-zminijiet li ghad iridu jigu kemm id-Dar
ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem qatt ma nsiet u qatt ma tinsa lil
Monsinjur De Piro, l-ewwel Direttur taghha, il-habrieki u mahbub minn
kulhadd Direttur tal-lum haxeb u rnexxielu jaghmel fl-ewwel bitha ta'
l-Istitut, sewwa sew fid-dahla tieghu, faccata tal-bieb ta' barra,
monument b'tifkira ta' Monsinjur De Piro, etern daws l-irham u l-bronz
li minnhom huwa maghmul, li juri fil-medaljun ta' fuq ir-ritratt ta'
Monsinjur De Piro, twajjeb, dahkani, bhalma kien il-karattru tieghu,
fil-medaljun t'isfel il-San Guzepp, imdawwar bit-tfal ta' l-Istitut,
jifrah bihom u huma jifirhu bih, u fin-nofs, bejn iz-zewg medaljuni,
kitba bil-Latin, li xxandar ir-rabta li torbot l-Isitut ma l-ewwel
Direttur tieghu.
Fuq kollox,
id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghajnsielem mhix biss tiftakar dejjem, ta'
kuljum u bosta drabi mal-gurnata f'Monsinjur De Piro, fit-talb u
fis-sufragji li hija tghmel ghall-benefatturi taghha, hajjin u mejtin,
izda wkoll ta' kull sena, fil-jum ta' l-anniversarju tal-mewt tieghu,
nhar is-17 ta' Settembru, taghmel it-tifkira tieghu specjali u
tapplikalu l-Quddiesa bit-Tqarbina tat-tfal, kif ukoll l-opri tajba
kollha tal-gurnata b'sufragju tar-ruh imbierka tieghu, li fil-waqt li
thares bil-hlewwa lejn l-Isituti kollha li huwa tant ibbenefika, thares
b'harsa specjali lejn id-Dar ta' San Guzepp ta' Ghawdex, li kienet tant
'il gewwa fil-qalb kbira tieghu.
_________________________________________________________________________
Il-Qalb ta'
Marija
Settembru
1956
Nru.21
Pg 2
Mons. De
Piro
Missier u
Habib
Fejn huma
l-kbarat tan-nazzjonijiet? Lenin, Stalin, Hitler, u ohrajn
bid-dittatorja kollha taghhom? Mietu u ma mewthom spicca kollox. Mhux
biss, l-izjed hu li anki dawk stess li kienu jappogjawhom, issa lanqas
biss ma jridu jisimghu aktar fuqhom. Imma mhux hekk fuq il-bniedem
t'Alla. L-opri tieghu jibqghu. Hekk gara dejjem mal-medda taz-zmien.
Miet Giovanni Bosco, il-Cottolengo, u ohrajn, imma ghadhom u jib qghu
magharufin matul is-snin. U fic-cokon taghha, Maltata tista' tghodd ma
dawn wiehed minn uliedha, il-mahbub Mons De Piro.
Ghaddew ga
23 sena, minn mindu halliena, imma, ghadu jghix fostna, blopri li halla
b'mod specjali bis-Socjeta' Religjuza Missjunarja, li huwa waqqaf.
L-eghmil tal-bniedem t'Alla, ma ghandux jindifen ma ghadmu, imma ghandu
jibqa mnaqqax u mnizzel b-ittri tal-bronz fil-qalb ta' kull bniedem,
biex jiswew ta' tqanqil ghall-ohrajn, u ta' hajr lil Alla.
Lil Mons. De
Piro kienet tafu Malta kollha. Ghalkemm aktarx kont issibu maghluq
fil-kamra li kellu f'kull Istitut li kien imexxi, mohhu, qalbu u butu
kienu dejjem ireddnu fuq haga wahda; biex ighin il-foqra. Bl-umbrella
that spalltu u b'xi ktieb f'idu, min kien jarah, kien jahsbu wiehed li
ma ghandux x'jaghmel. Biss meta kont tersaq lejh malajr kont taqralu
f'ghajnejh il-kotra ta' hsibijiet li kien ikollu. Hisiebu dejjem wiehed,
kif ighin il-fqar u l-ulied il-haddiema. Kull min kien jersaq ghandu
kulhadd kien johrog imfarrag. Iben, is-sinjuri, bin il-markiziz, ried
ighix ta' fqir, u dan kienet wisq tajjeb ittennih is-Sinjura Ursola,
meta tara lil binha Giuseppe riesaq lejha, "Hekku gej il-fqir tieghi".
Kienet
is-sena 1907, u l-Isqof Pace sejjah liz-zaghazugh sacerdot, Dun Guzepp
De Piro, u fdalu f'idejh l-Istitut ta' Fra Diegu. Kemm ferah b'din
il-Missjoni, il-habib tal-fqar. Kemm kien iwissihom u jipprietkalhom
biex dejjem jghixu fil-biza t'Alla, vera twissija ta' missier. Biss
daqshekk, kien ghadu mhux bizzejjed ghall-qalb ta' Mons. De Piro.
Kienet
is-sena 1922, u narawh Direttur ta' l-Istitut ta' San Guzepp (Hamrun).
Dana kien ikun ga bizzejjed, ghax-xoghol ta' bniedem wiehed, ghax
kulhadd jista jifhem kemm trid biex tahsbilhom ta' kuljum ghal ruhom u
gisimhom lil dawk imsejkna orfni. Ma kien kuntent, ried jiftah, hdejn
id-Dar ta' San Guzepp, Dar ohra ghat-trabi. U rnexxielyu, ghax ftit
boghod, fetar Dar ghac-ckejknin, u fdaha f'idejn ix-xebbiet li dahlu
fl-Istitut tas-Sinjorina Curmi taz-Zejtun.
F'Birkirkara jinsab Istitut iehor ghall-bniet imwaqqaf min-Sinjorina
Guzeppa Psaila u msejjah Istitut "San Frangisk di Paula", Mons. De Piro
dahal ghalih ukoll. F'Birkirkara stess dahal ukoll ghall-Oratorju
Festiv, li hallih in-Nutar Casolani, lis-Socjeta' li waqqaf hu. Fih ta'
kuljum jingabru wlied il-haddiema, ghad-duttrina u r-rikrejazzjoni
onesta.
Haseb
f'Ghawdex ukoll u fis-sena 1925, fetah l-Istitut ta' San Guzepp
f'Ghajnsielem ghat-tfal orfni.
Biss l-aqwa
u l-isbah opra, u li kienet il-mimmi ta' ghajnejh u li turi l-qalb kbira
li kell ta' missier u habib tal-poplu, hija bla dubju ta' xejn
is-Socjeta' Religjuza li waqqaf: il-Kumpannija ta' S. Pawl, l-ewwel
Socjeta' Missjunarja f'Malta. Ma kien kuntent li jahseb f'Malta, imma
ried ukoll jahseb f'dawk li jinsabu 'l boghod minn gziritna, u f'din
il-missjoni huwa ried jaghti preferenza lill-Maltin ta' barra. Illum
il-holma ta' Mons. De Piro sehhet. Illum din is-Socjeta' ta' San Pawl,
ghandha Dar f'Melbourne fl-Awstarlia, fost il-Maltin fejn hemm tliet
qassisin, u Dar ohra f'Perth, li ghandha Parrocca maghha, fejn hemm
ukoll tliet qassisin, li lkoll qeghdin jahdmu bla heda ghall-gid
tal-Maltin.
Kien il-jum
17 ta' Settembru, 1933, waqt li kien qieghed ma' Gesu Sagramentat, meta
s-Sinjur ghogbu jsejjah li-serv fidil ghall-premju etern. Ghex ta' fqir
fost il-fqar u ried imut ta' fqir. Miet fl-isptar Centrali fost
l-imsejkna morda. Ghalhekk dan il-jum, ghandu jkun ghaziz, mhux biss
ghall-fqar li kienu gheziez ghalih, imma sahansitra ghall-Maltin kollha
ghax kien missier u habib ta' kulhadd.
_________________________________________________________________________
Tahdita
Bijografika
Minn: Guz:
Dimech Debono.
Maghmula
minn fuq ir-Rediffusion f'eghluq il-25 sena tal-mewt ta' De Piro.
Monsinjur
Guzeppi dei Marchesi De Piro.
Monsinjur
Guzeppi De Piro kien iben in-Nobbli Alessandru De Piro D'Amico u martu,
is-Sinjura Orsla Agius li lihom twieled gewwa l-Imdina nhar it-2 ta'
Novembru, 1977.
Meta tfarfar
beda l-istudju tieghu mehtieg biex jilbes it-toga, imma l-Madonna ta'
Pompei nhar il-festa taghha fis-sena 1898 sejhitlu biex ikun Ministru
ta' l-Iben Divin taghha billi mbaghad bdiet aktar tghogbu l-qdusija
tas-Sacerdozju.
U ma dan
kollu sa mill-1894 insibuh minn ta' l-ewwel bl-Istendard tal-Licea f'idu
f'dimostrazzjoni ta' Protesta Religjuza.
Kellu 21
sena meta f'Ottubru tal l-1898 mar jistudja fil-Kullegg "Capranica" ta'
Ruma fejn dam sal15 ta' Marzu, 1902 meta xewqtu li jsir Sacerdot sehhet
minn idejn kardina fil-Bazilika ta' San Gwann fil-Lateran.
Hsieb Dun
Guzepp kien li jibqa' Barra, imma Alla riedu li jerga' lura f'Artu biex
jahdem shih ghal Artu u minn Artu ghal arijiet ohra.
Ghalhekk
fit-2 ta' Marzu ta' dik is-sena l-Isqof Pietru Pace nduna li ghal jista
jkun Missier mill-aqwa ta' l-iltiema.
Ghalhekk
fdalu f'idejh l-Istitut ta' Fra Diegu meta f'daqshekk l-istess bhal San
Gwann Bosco, hu kellu l-ghajnuna t'ommu bhala mara tassew qaddisa li
kienet.
Fl-1909 hu
ried jaghmel fatti x-xewqa li sa minn meta kien ghadu seminarista kellu
biex ikun fundatrur ta' kongregazzjoni Missjunarja Religjuza l-aktar
billi, bhalma stqarru l-Arcisqof prezenti taghna, "F'waqt li ghandna
Kongregazzjonijiet maltin tas-Sorijiet, m'hawnx hlief dik ta' San Pawl
ta' l-irgiel", jigifieri l-Kumpannija li f'dak iz-zmien kien ghadha biss
mahsuba minn Dun Guzepp De Piro biex titwaqqaf.
Ghalhekk
gharraf bil-hsieb tieghu lill-Isqof (aktar tard Kardina) Pietru La
Fontaine f'waqt li kien fostna bhala Vizitatur Appostoliku. U minn
ghandu qala' l-ghajnuna mehtiega biex il-Qdusija Tiegh, il-Papa San Piju
X. gie mgharraf b'kollox…u mbaghad bil-ferha kollha ta l-approvazzjoni
Tieghu.
Approvata u
mbierka , kif sfat, mill-Papa, Dun Guzepp nhar it-30 ta' Gunju, 1910 ta
l-hajja lill-opra tieghu billi beda bi tliet aspiranti; student u zewg
fratelli katekisti.
Mill-banda
l-ohra fl-1911 l-isqof ried li bhala hlas tal-hidma fejjieda tieghu
jaghmlu kugitur tad-Dekan tal-Kattidral kif ukoll idahhlu fit-triq li
jilhaq wiehed minn ta' madrar il-Papa ghax fehem wisq tajjeb kemm
jiswielha ta' gid lill-Knisja bniedem hekk qalbieni li sa ghaqdiet
sigrieti tal-mishutin ghamlu hilithom biex jigbduh maghhom.
Billi ghalih
tista' wkoll tinghad il-frazi: "persuna ta' nisel nobbli, imma aktar
nobbli fil-qdusija" li Berengosju qal ghall-imwielda principessa
Sant'Elena, allura hu ta min ikun jaf sew li hu qatt ma habb l-unuri.
Imma jekk
irnexxielu jisgicca mill-unuri li jkun wiehed mill-"Onorati"
tal-"Kazin…", u xejn inqas meta aktar tard f'Ruma gie mistieden bgiex
jidhol fl-"Accademia dei Nobili", b'dana kollu r-rabta ta' l-ubbidjenza
gieghlitu jaccetta l-grad ta' Monsinjur li, kif sthoqqlu, kien
inghatalu.
Fl-1914 hu
ma ferahx bil-ftit meta mill-Isqof Portelli s-segwaci tieghu
fil-"Kumpannija ta' San Pawl" inghataw il-libsa ta' missjunarji kif hija
llum.
Meta fl-1915
lahaq l-Isqof Caruana, hu malajr ghazlu segretarju tieghu. U tliet snin
wara ghamlu Rettur tas-Seminarju ta' l-Imdina.
Fl-1919
kellu sodisfazzjon jara l-ewwel wiehed minn fost il-missjunarji tieghu
ordnat Sacerdot.
L-imsemmija
opra tieghu baqghet dejjem gejja l-quddiem b'mod li fost l-akbar ferh
tieghu rnexxielu jaraha mwaqqfa kanonikament mill-istess Isqof Caruana
b'digriet ta' l-14 ta' Novembru, 1921.
Il-hsieb, li
kellu jberren f'mohhu sa minn meta fl-1902 kien qieghed jistrieh f'Davos
l-Isvizzera biex kieku jidhol fl-Istitut ta' San Guzepp li hemm mibni
bejn Birkirkara u l-Hamrun, bed bil-mod isehh wara zmien.
Ibda biex,
hu qaghad kemm il-darba flok Dun Gorg Bugeja meta dan id-Direttur ta'
l-Istitut kien ikollu bzonn iwarrab xi ftit.
Fl-1922 hu
nnifsu sar is-successur tieghu f'dik il-kariga billi t-twajjeb Dun Gorg
meit fil-25 ta' Novembru ta' dik is-sena.
Aktar tard
hu fetah dar ohra qrib l-istess Istitut ghat-trabi subien. Fl-istess
zminijie gar li s-Sinjorina Curmi, fundatrici ta' l-Istitut "Gesu
Nazzaren" fiz-Zejtun, kellha bzonn l-ghajnuna tieghu bhala l-benefattur
ta' dawk it-tfal bniet migburin gewwa fih.
F'isem
Kristu hu accetta t-talba taghha bil-qalb kollha; ha hsieb l-Istitut;
giebu l-quddiem, u bhal dak ta' San Guzepp kabbru kemm felah biex kemm
jista' jkun ma jikser qalb hadd minn dawk kollha li jkunu jinhtiegu
l-farag li jingabru fihom.
Ghalkemm
imghobbi bil-piz ta' tliet istituti tal-karita' u iehor tal-Missjoni, hu
waqqaf Orfanatrofju f'Ghawdex nhar il-21 ta' Mejju, 1925 fuq talba li
f'isem l-Isqof t'hemm kienet saritlu hames xhur qabel.
Istitut
iehor, li kellu x'jaqsam meighu, u li giebu l-quddiem, hu l-Istitut "San
Francesco di Paoli", imwaqqaf mis-Sinjorina Guzeppa Psaila gessa
Birkirkara, u li skond xewqtu, wara mewtu ghadda f'idejn is-Sorijiet
Missjunari ta' Gesu Nazzarenu.
Fl-1927
Monsinjur De Piro gie moghti f'idejh l-Oratorju ta' Birkirkara biex
ikompli jservi ghall-Edukazzjoni Religjuza t'ulied il-Poplu barra milli
xejn inqas beda jisa bhala Kullegg t'Edukazzjoni Avanzata ghal dawk li
jixtiequ jsiru Missjunarji fil-Kongregazzjoni Missjunarja tieghu.
Altru li
sewiex ta' xejn, imma sewa bil-bosta t-thabrik tal-Kanonku Penitenzjier
Dun Mikiel Sammut biex fl-imsemmi subborg twelidu ra l-imsemmi post ta'
fejda religjuza jiehu l-holqien tieghu mill-qalb twajba tan-Nutar
M.L.Casolani.
Barra milli
kien ukoll Direttur tas-Sacerdoti Adoraturi, u Rettur ta' San Kalcidonju
id-Dar ta' l-Iritiri, hu gie fl-1932 maghzul wiehed miz-zewg
Rapprezentanti tal-Kleru fis-Senat meta tghidx kemm il-darba gall-gid
t'Artu u ghall-harsien ta' Dinu, htieglu jibqa' sas-siegha ta' bil-lejl
u aktar ukoll fil-Parlament.
Aqwa minn
hekk hu kien il-bejjieni li b'ghaqlu u sforz il-hegga tieghu twittew
id-differenzi li fi zmienu kienu nqalghu bejn Knisja u Stat fejn
imbaghad id f'id baqghu jahdmu ghall-Gens Kattoliku taghna.
Mertu iehor
tieghu u illi, ghalkemm fl-1950 konna ahna li qajjimna l-kwistjoni ta'
nteress nazzjonali dwar il-probabilita' li kien hemm Papa Malti jew
ghall-inqas Papa mwieled f'Malta, imma b'dana kollu kien Monsinjur De
Piro l-ewwel wiehed li minn Ruma wassal dan it-taghrif gewwa Malta fejn
imbaghad ahna, li qeghdin inkellmukom, poggejnih quddiem ghajnejn
il-Pubbliku Malti permezz ta' l-Istampa Lokali.
Meta nafu xi
bniedem serju kien Monsinjur De Piro, allura hassejna lilna nfusna certi
li min tah limsemmi taghrif ghalibn mhux ftit importanti, kienu Nies
Awtorevoli, ghax mill-bqija ma kienx sa jemmen kollox bl-addocc.
U kemm dan
id-dubju u din ix-xewqa ghad jistghu jsiru fatti hemm il-kas li
b'minkejja ta' kemm il-darba fil-pinna tal-kittieba ta' kull gens
instabet in-nazzjonalit' ta' kull Papa li s'issa sar, ir-Registri
Ufficjali tal-Vatikan juru mod iehor ghax kif dan l-ahhar Patrick Crosse
xandar, flimkien ma l-akbar ghadd ta' Papiet Taljani, 17 Francizi, 11
Griegi, 4 Germanizi, 3 Spanjoli, 3 Afrikani, 1 Ingliz, 1 Portugiz, u
iehor Olandiz, jinsabu rregistrati zewg Papiet ohra li art twelidhom
baqghet bla maghrufa…. ghall-inqas s'issa bla maghrufa, u li allura
jisthoqq isir studju tassew kbir min-naha taghna l-Maltin ghal xi
decizzjoni li xi darba tista' ssir dwar in-nazjonalita' forsi Maltija
taghhom, specjalment war li ahna diga' fissirna x'inhi l-fehma ta' Nies
Maghrufa…ta' Nies Awtorevoli gewwa Ruma dwar il-probabilta' li f'xi
zmien kien hemm Papa malti bhalma Maltin kien hemm Princep, Duka u
Vici-Rejjiet ta' diversi artijiet.
Imma biex
inkomplu bis-suggett taghna halli nghidu li f'dik l-ahhar sen li konna
semmejna Monsinjur De Piro haseb biex jibni l-Kunvent ta' Sant' Agata
bal l-Casa Madre xierqa ghall-kongregazzjoni li kienet qeghda dejjem
tikber tant li llum tghodd aktar minn 50 Sacerdot.
L-ewwel
gebla tpoggiet fid-29 ta' Gunju, 1932, imma l-istess bhalma gralu
fil-bini l-iehor mahsub ghax-xjuh li darba kienu tfal ta' l-istitut ta'
San Guzepp, hu ma kellux ix-xorti jarah lest ghax nhar is17 ta'
Settembru, 1933, jigifieri 25 sena ilu, f'waqt li kien qieghed
jikkonduci l-ewwel festa tad-Duluri gewwa l-Hamrun, hassu hazin fuq
it-targa ta' l-artal, u miet mal-lejl fl-ghomor ta' 56 sena.
M'ghandniex
xi nghidu hu ma mietx kbir, imma biex lahaq safa Appostlu ta' Gesu'
Kristu u Missier l-iltiema hu kien ghex bizzejjed la Alla ma ppermettiex
li jmut b'mard jew b'disgrazzja zmien qabel, waqt li jkun se jaghmel xi
opra fejjeda bhal meta darba sfrondat l-art bih ghall-kamra ta' that
fl-Istitut t'Ghawdex.
Hu gie
midfun fil-Kappella tal-Familja gewwa c-Cimiterju ta' l-Addolorata, imma
15 il-sena wara, hekk kif il-Kumpannija, frott tal-hidma tieghu, kellha
superjur wiehed minn uliedha stess, maljar hasbet biex il-fdal tieghu
gie midfun qribhom go sarkofagu gdid li ghamlulu f'Sant' Agata stess
biex il-prezenza tieghu f'nofshom izzid theggihom imorru missjunarji
f'artijiet imbeghda kif hekk kienet ix-xewqa li fisser waqt mewtu.
U hutna
mbeghda f'Tunes, Lixandra, l-Amerika u l-Awstralia qeghdin diga' jhossu
l-effetti tajba ta' hidmiethom, li, kif ghedna, kienet l-istess xewqa
tieghu… l-istess xewqa patrijottika tieghu…l-istess xewqa qaddisa
tieghu.
_________________________________________________________________________
Il-Qalb ta'
Marija
Lulju 1960
Kienet
Holma.
Kienet holma
imma, l-ewwel bicca bini tad-dar ta' S. Agata kienet lesta u Mons. G.
DePiro ma xi membri tal-Kumpanija kien hemm, kif kien jaghmel soltu
darba fil-gimgha. Kien filghaxija meta bis-serjeta' kollha qal lil ta'
madwaru li kellu holma, ftit stramba, imma li xtaq jghidilhom.
"Sibt ruhi
fuq vapur, konni mixjin, meta f'daqqa wahda grat xi hsara fl-iskrun;
jiena nzilt mal-gemb u bdejt nithabat biex nirrangah, imma ma lhaqtx
naghmel dan ghax magenbi sibt 'xebba' li qaltli 'itla', halli f'idejja,
issa nkompli mmexxi jiena'. Mons G. DePiro qal li kienet holma, imma
hawn, li min jafu jaf kemm kien serju, ghalkemm sejhilha holma, that
certa mportanza meta ried jirrakkontha lill-membri tal-Kumpanija; barra
dan propju ftit granet wara Mons. DePiro miet u d-dghajsa ckejkna
tal-Kumpanija kellha tghaddi f'idejn haddiehor. Issa ahna bl-ebda mod ma
rridu nesageraw il-holma, pero' lanqas hadd ma jlumna jekk, wara li nafu
mill-famuz holm ta' San Gwann Bosco, u war li nikkunsidraw
ic-cirkustanzi kollha naslu ghall-konkluzjoni li ghalkemm f'holma dik
ix-xebba setghet kienet il-Vergni Marija li lejha Mons. DePiro kellu
kull qima.
U ma setax
ma jkunx hekk; difatti kien f'riglejn Marija Sultanta tar-Ruzarju li
fit-8 ta' Mejju 1898, waqt is-supplika, fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt,
Mons. DePiro hass il-vokazzjoni sacerdotali, meta kien diga ta bidu
ghall-istudju tal-Ligi.
Aktar
l'quddiem inisbu dejjem izjed tikber fih din l-imhabba Marjana, u narawh
f'entuzjazmu ta' venerazzjoni u fiducja, ipoggi f'idejn Marija Assunta
Probandat tal-Kumpanija, u kien dak in-nhar stess, fis-sena 1932, li
ghan-nom tal-kumpanija talab lil Mons. Arcisqof Dom M. Caruana biex
iressaq quddiem il-Q. T. il-Papa t-talba biex jghaddi 'l quddiem
id-definizzjoni ta' Marija S.S.ma.
Lejn
il-Vergni Marija Mons. DePiro kien ihares sa minn dejjem bhala
l-"Ghassiesa" tal-Kumpanija, u jghidulna l-kbar taghna li kienu ghadhom
joqghodu l-Imdina meta l-Fundatur kien soltu jghid li malli jidhol
il-bieb kien ikun jaf x'ma hemmx, "ghax il-Madonna qaltli", u kien ikun
qieghed jirreferi ghall-kwadru sabih u ghaziz hafna ghalin, li allura
kien imdendel fl-intrata.
Marija ma
naqset qatt lis-serv fidil taghha, anzi riedet li jkun propju waqt li
qed jaghmel festa lilha, tad-Duluri, li tigi biex tigbor ir-ruh ta' dak
l-iben ghaziz.
Mons G.
DePiro miet u l-Kumpanija?… hafna hasbuha tispicca hija wkoll, u forsi
kellhom ragun imma l-fatti wrew il-kuntrarju; kien hemm xi hadd li
qaghad imexxi, iva, hija bla dubju ta' xejn ix-"Xebba", tal-'holma' ,
hija l-Vergni Mbierka, li l-Fundatur hallielna fir-regola li ghandha
tkun il-mudelll taghn u li ghandna nippriedkaw dejjem id-devozzjoni
taghha.
"Issa halli
f'idejja", qalet ix-'Xebba', u d-dghajsa baqghet sejra, anzi f'dawn
l-ahhar zminijiet Marija ghogobha tonorana biz-zjara taghha l-izjed
sensibbli.
Meta l-Wisq
Rev. Dun M. Callus gie maghzul mill-E.T. l-Arcisqof bhala superjur
tal-Kumpanija, huwa xtaq li l-ewwel haga li jaghmel tkun li jigbor
f'Sant' Agata l-fdal ghaziz tal-Fundatur u hekk Mons. DePiro rega gie
fostna.
Imma mieghu
giet, biex nghid hekk, ukoll il-Vergni Mbierka, meta gie moghti
lill-Kumpanija mill-Familja Cirillo, kwadru ghaziz hafna tal-Qalb bla
Tebgha ta' Marija; u kemm barka tas-Sema ma nizlitx fuqna u fuq kull min
resaq lejn din ix-Xbieha prodigjuza fiz-zmien li ilu fil-knisja taghna.
Meta
filghaxija jinzel il-lejl u tasal biex taghlaq il-gurnata, boghod
mit-taqlib u l-bluha tad-dinja, nara l-Komunita' ta' Sant'Agata,
Superjur, Studenti, Novizzi u Fratelli katekisti, jingabru madwar
il-qabar tal-Fundatur wara dik il-Qalb ta' Omm li meta kellu jigi nieqes
il-Missier ma sabitx bi tqila li tiehu f'idejha x-xorti taghna, allura
nifhmu li din tal-Fundatur ma kienitx biss holma.
Tkun talba
siekta din ta' kull filghaxija, talba libera, qasira jew fit-tul, tkun
talba tal-qalb, talba ta' l-ulied, talba li tkompli tmexxi d-dghajsa
ckejkna taghna fl-ibhra miftuha, fejn is-Sinjur joghgbu jsejhilna biex
nahdmu fil-qasam tieghu.
Hekk
il-holma saret realta.
_________________________________________________________________________
Artiklu
Francis
Darmanin S.S.P.
Pg. 257
It-Tieni
Sacerdot Malti
Li se
tfakkar il-"Christus Rex"
Fundatur
tas-Socjeta' Ta' San Pawl.
Din is-sena
l-Christus Rex, ghaqda tas-Sacerdoti, maghrufa hafna ghall-gid
spiritwali li qieghda thalli fil-kamp ta' l-Apostolat, ghogobha taghzel
lil Mons. Giuseppe De Piro biex turih lill-poplu bhala sacerdot,
patrijott u cittadin Malti.
Min hu Mons.
De Piro? X'ghamel li ismu ma jmut qatt?
Mons. De
Piro twieled fl-Imdina fit-2 ta' Novembru, 1877, min-Nobbli Alessandru
Dei Marchesi De Piro u Ursola Agius. Ta' 11-il sena beda l-istudju
tieghu fil-Liceo. Kif spicca l-istudji sekondarji z-zaghzugh Guzeppi
ssokta jistudja ghal avukat. Imma l-bniedem jipproponi u Alla
jiddisponi.
Kien fit-8
ta' Mejju, 1898, u bhas-snin l-ohra, l-istudenti ta' l-Universita' kienu
migura fil-knisja tal-Gizwiti sabiex jaghmlu s-Supplika tal-Madonna ta'
Pompei. U hekk waqt it-talba l-Madonna tisraqlu qalbu. Guzeppi hass
is-sejha, fehma u wieghed li jitlaq l-istudji tal-ligi u jaqbad ta'
l-Artal.
Ghalhekk ta
21 sena beda l-istudji ghal qassis fil-Kullegg Capranica f'Ruma.
Ix-xewqa tieghu nqatghet fil-15 ta' Marzu, 1902, meta gie ordnat
sacerdot fil-Bazilika ta' San Gwann Lateran.
Hawn Dun
Guzepp beda x-xoghol ghas-salvazzjoni ta' l-erwieh. Mons. G. Pace sejjah
lil Dun Guzepp u fit-2 ta' Awissu, 1907, tah f'idejh l-Istitut Fra
Diegu, li kien safa bla Direttur. Hu mexxa dan l-Istitut ghal 26 sena.
Fl-1909
gietu x-xewqa li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja u fl-istess hin wera
l-hsieb tieghu lil Kardinal Pietru La Fontaine li weghdu li jressaqqlu
x-xewqa nobilissima tieghu ghand il-Qdusija Tieghu l-Papa, li dak
iz-zmien kien San Piju X. U hekk sehhet ix-xewqa tieghu u fit-30 ta'
Gunju, 1910, twieldet is-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl bil-barka
tal-Papa San Piju X.
Fis-sena
1911 Dun Guzepp ha l-pussess ta' Monsinjur fil-Kattidral ta' l-Imdina.
Malli Mons. Caruana lahaq Isqof ta' Malta fl-1915, huwa sejjah lill
Mons. G. De Piro u ghamlu Segretarju tieghu, post li dam jokkupa sa
l-1918. Kif spicca minn Segretarju, l-Isqof ghamlu Retur tas-Seminarju
fejn dam sentejn.
Wara l-mewt
ta' Dun Gorg Bugeja, Direttur tad-Dar ta' San Guzepp tal-Hamrun, l-Isqof
qieghed lil Mons. De Piro Direttur, fejn baqa' sa kemm miet. Fl-istess
waqt kellu wkoll f'idejh l-Istitut ta' Gesu Nazzarenu li hemm iz-Zejtun,
imwaqqaf mis-Sinjorina Curmi. Huwa ghen hafna wkoll fit-twaqqif
tas-Socjeta' tas-Sorijiet tan-Nazzarenu. Wara talba li ghamillu
s-Segretarju ta' l-Isqof ta' Ghawdex, huwa waqqaf id-Dar ta' San Guzepp
li hemm f'Ghajnsielem fil-21 ta' Mejju, 1925, li kienu jiehdu hsiebha
l-membri tas-Socjeta' ta' San Pawl li huwa kiem waqqaf. Barra minn dan
kellu wkoll f'idejh l-Istitut "S. Francesco di Paola" ta' Birkirkara,
imwaqqaf mis-Sinjorina Guzeppa Psaila.
Fl-1932
Mons. Arcisqof Caruana ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru Malti
fis-Senat. Nghidha kif inhossha, din il-kariga sefghet ghalih f'martirju
li bih Alla riedu jtemm hajtu biex ikun tassew vittma tal-karita' u ta'
l-ubbidjenza. Mhux darba u tnejn giel li dam sas-siegha ta' bil-lejl
imqajjem u filghodu kmieni ghall-hamsa kont tarah gharkupptejh jaghmel
il-meditazzjoni. Kemm dam fis-senat irnexxielu b'ghaqal kbir u dehen
tassew qaddis, igib il-paci politico-religjuza li tant kienet mixtieqa.
Kemm tabilhaqq kienu jibuh shabu tas-Senat intwera bic-car f'mewtu u
fil-funeral li sarlu wara.
Ghandha
ragun Malta tfakkar il-hajja ta' Mons. Giuseppe De Piro, ghaliex fih hi
rat sacerdot tassew qaddis, wiehed mill-aqwa patrijotti u veru cittadin
dehen taghha.
Kien il-jum
tas-17 ta' Settembru, 1933, li Mons. G. De Piro ma kellux jara tintemm.
Dak in-nhar saret il-festa tad-Duluri ghall-ewwel darba fil-Hamrun u
Mons. G. De Piro kien ir-ruh u l-mexxej ta' din il-festa. In-nies kienu
jistaghgbu kif dan il-bniedem seta jiflah ghal tant xoghol. Il-Madonna,
li darba serqet il-qalb ta' Mons. De Piro u wrietu t-triq
tas-Sacerdozju, hekk issa f'din il-festa ghaziza taghha serqitu minn
fostna u wrietu t-triq eterna li ghaliha hadem tul hajtu kollha bla
waqfien. Miet fl-Isptar Centrali, qalb hafna tfal morda u mcahhda minn
dik l-hena li jhoss fundatur fuq is-sodda tal-mewt imdawwar minn uliedu.
_________________________________________________________________________
Artiklu
6 ta’ Frar
1961
Bro. Francis
Darmanin S.S.P.
Garrejnieh
l-Ahhar Darba.
MONSINJUR G.
DE PIRO miet fis-17 ta' Settembru 1933 u gie mitfun fic-cimiterju ta'
l-Addolarata. Fl-1948 is-Superjur Dun M. Callus S.S.P. xtaq li
l-Fundatur ikun midfun go Sant'Agata, il-post fejn kien hu stess.
Ghalhekk dal-hsieb twettaq u gie poggut f'sargofagus.
Xi sena u
nofs ilu, Rev. Fr. S. Tomlin, Fr. Master tan-Novizzi u Studenti gietu
li-idea li jhaffer Kripta fejn kien poggut il-Fundatur. Saru il-pjanti
mill-Kavallier Bonello u x-xoghol beda tiela gmielu. Kemm l-istudenti u
kemm in-Novizzi b'sagrificcji kbar hadu parti kbira ta' garr
tat-terrapien, thaffir u konkriet. Kemm hi sabiha tara lil kulhadd taht
l-inizjattiva tal-Brothers taghna imidd idu ghax-xoghol!
Wara li sar
l-ewwel qabar gie poggut Dun G. Spiteri S.S.P. fil-5 ta' Lulju 1960,
l-ewwel sacerdot mejjet tal-Kumpannija. Wara hafna tbatija u zmien
il-Kripta kienet kwazi lesta, meta nhar il-Hamis 26 ta' Jannar 1961 gie
it-trasportat il-fdal tal-Fundatur mill-kamra ta' barra. Kellna ngorruh
hemm ghal ftit xhur biex inkunu nistghu nahdmu ghax il-Kripta saret
fil-post fejn kien qieghed hu gos-sargufagus.
Bros.
Albert, Vincent, Thomas u zewg Fratelli Katekisti Bros. Calcedon, u
Lawrence, raw il-Fudatur. L-ewwel tlieta iffirmaw bhala xhieda
fid-dokument li gie mqieghed fit-tebut.
Dawl li
refghuh kienu Bros. Alber, Bincent, Thomas, Norbert, William, Dennis,
Michael, u Francis. Bro. David kien il-"photographer". Kien hemm
prezenti wkoll il-"Padre" u l-komunita' kollha. Wara li nizzilnieh
tkantat il-"Libera". Imbaghad Fr. Tomlin bierek u incensa il-fdal u gie
maghluq fis-sargofagus. Ix-xoghol sar mill-imghallem Anglu Quattromani u
nepputih Salvu. L-iskultura tas-sargufagus saret mill-iskultur
Montabello. Il-Padre qalilna biex nghidu Pater Noster u Requiem ghar-ruh
Dun Guzepp u hekk twettqet wahda mill-holmiet sbieh tal-ghaziz Fr.
Master.
Huwa hsieb
sabih ukoll ta' Fr. Tomlin li nigibu lil Fra Gilormu Gatt S.S.P. l-ewwel
Fratell u Membru mejjet tas-Socjeta' mic-Cimiterju tal-Addolorata u hekk
titwettaq il-holma, "Ulied mal-Missier Taghhom".
_________________________________________________________________________
OPERAII AUTEM PAUCI
Bulettin ta'
l-Unjoni Pontificja Missjunarja tal-Kleru f'Malta.
Ottubru-Dicembru, 1961
Id-Direzzjoni.
Pg. 1
B'Tifkira
tal-Fundatur tas-SOCIETAS SANCTI PAULI.
Socjeta'
Maltija mwaqqfa bie skop ghal kollox missjunarju, hija dik maghrufa
minna bhala "Societas Sancti Pauli". In-nies taghraf lil dawn
il-missjunarji bhala "Ta De Piro". Dawn is-Sacerdoti Maltin jidhlu f'din
il-Kumpanija bl-iskop li jmorru fl-arijiet tal-Missjoni jew kwazi
missjunarji.
Il-Fundatur.
Min waqqaf
din il-Kumpanija ta' Sacerdoti huwa l-mibki Monsinjur Guzeppi De Piro,
li, flimkien ma l-istess uliedu, u mal-"Christus Rex", ridna ahna wkoll
infakkru f'din ir-Rivista taghna. F'parti ohra qeghdin ingibu xi haga
minn hajtu, miktuba minn wiehed li jaf sewwa l-Kumpanija u
lill-Fundatur. Hawn nistghu si ftit nistudjaw lil din il-figura nobbli
tas-Sacerdot Malti li ndahal ghal din il-bicca xoghol. li jkompli izid
mal-monumenti sbieh u qalbiena li waqqaf il-Kleru Malti matul is-sekoli.
Kleru
Qalbieni.
Ighidulna
x'ighidulna l-ghedewwa tar-Religjon taghna, izebilhuna kemmm izebilhuna,
ahna nistghu dejjem niftahru b'wiccna minn quddiem, li l-Kleru Malti
ghandu fost il-fili tieghu, nies qalbiena li habbew lil Malta daws u
iktar mill-aqwa Maltin li qatt dehru fuq din il-gzira. Illum insemmu
biss lil Mons. De Piro.
L-Emigrazzjoni Maltija.
Meta
l-Maltin bdew, sistematikament, ihallu x-xtut ta' din il-gzira biex
ifittxu hozhom f'art 'l boghod, il-Knisja hadet hsiebhom ukoll. Mill-art
tal-Fidi, mill-art ta' San Pawl, minn art mija fil-mija Kattolika, dawn
hutna Matin kellhom isibu ruhom f'artijiet kwazi ghal kollox pagani u
protestanti. Mons. De Piro ma hasibx biss li jhajjar lil xi hadd imur,
imma ghal dan il-ghan waqqaf Kumpannija shiha ta' Sacerdoti. U kienu u
ghadhom dawn is-Sacerdoti li qeghdin jiehdu hsieb il-Maltin fl-art gdida
li laqghethom.
Qassis
Missjunarju
Mons. De
Piro, diga' missjunraju f'pajjizu, kien ihares iktar 'il boghod mix-xtut
taghna. Kien ihares lejn il-medda kbira ta' artijiet fejn il-Vangelu ta'
Kristu kien ghadu mhux imxandar. Kien jisma fih l-ghajta ta' dejjem
iktar qawwija u penetranti tal-Imghallem tieghu. "Xterdu mad-dinja,
ghallmu l-gnus kollha". Ried li s-Socjeta tieghu tiehu l-isem mill-kbir
missjunarju li kkonveta lil Malta: San Pawl. Ried li s-Sacerdoti li
jwiegbu ghas-sejha tieghu, jkunu missjunarji, ried li huma wkoll iharsu
bhalu lejn il-miljuni li ghadhom mhumiex fil-merhla wahda ta' Kristu.
Il-Kumpanija ghadha zaghzugha. Hija tittallab vokazzjonijiet iktar. Biex
tkun tista tibghat lil uliedha ukoll f'artijiet ghal kollox missjunarji.
Dan kien il-ghan tal-Fundatur u nitlobu 'l Alla li jsehh ma jdumx.
UT FLOREAT
Ix-xewqa
taghna hi li din il-Kumpanija tikber. Malta minn dejjem kienet generuza
mal-Missjonijiet. Ghajnuna materjali tat dejjem. Personal tat ukoll.
Imma forsi f'dan il-kamp ta' personal ghadha ma tatx bizzejjed. J'Alla
Malta taghti iktar, iktar haddiema fl-ghalqa kbira ta' Kristu.
Is-Socjeta' ta' San Pawl, imwaqqfa mill-qaddis Monsinjur De Piro, ghad
tista taghti sehem kbir. Meta qeghdin infakkru lill-qalbieni Fundatur
taghha, ejjew nitolbu flimkien ghal iktar haddiema fl-ghal tas-Sinjur.
_________________________________________________________________________
Bro. Vincent
Magro S.S.P.
Mons. G. De
Piro, Qassis li Ghamel Gieh lil Malta.
Malta
fic-cokon tagha tat nies kbar lill-Knisja Mqadds, bhalma kienu Mons. E.
Dandria, Fra Diegu (appostlu tal-Karita), Mons. G. De Piro u ohrajn.
Mons G. De Piro ghamel dejjem li sta' biex jghin lil kulhadd minghajr
ebda distinzjoni ta' hadd. Hu kien l-intermedju bejn il-Knisja u l-Istat
fis-snin 1932-33.
Mons. G. De
Piro twieled l-Imdina fit-2 ta' Novembru, 1877, u gie mrobbi fil-biza'
t'Alla minn genituri tassew tajbin. Ghall-ewwel kellu hsieb isir avukat,
imma mbaghad Alla sejjahlu ghal warajh. Il-kors tieghu sacerdotali
ghamlu Ruma fil-Kullegg "Capranica". Fl-1902, huwa gie ordnat sacerdot
minn idejn Kardina fil-Bazilika ta' San Giovanni Laterano. Lura lejn
Malta ntefa' b'ruhu u b'gismu ghax-xoghol. Diga' fl-1907 gie afdat lilu
l-Istitut ta' Fra Diegu (Hamrun) li kienet bicca xoghol kbira ghalih
wara hames snin biss li kien ilu jqaddes. Il-karigi li l-Awtoritajiet
Ekklezjastici fdawlu f'idejh kienu hafna. F'idejh kellu t-tregija ta'
dawn l-Istituti li gejjin: San Guzepp (Hamrun), tan-Nazzarenu (Zejtun),
tal-Karita' ta' San Francesco di Paola (Birkirkara), u hu stess waqqaf
l-Istitut ta' San Guzepp f'Ghawdex fis-sena 1924. Barra minn din
ir-responsabilta' kollha, ghal xi zmien kien Segretarju ta' l-E. T.
Mons. Arcisqof M. Caruana, imbaghad mill-1918 sa l-1920 kien rettur
tas-Seminarju.
Bhala
tpattija l-E.T. Mons. Arcisqof M. Caruana lil Mons. G. De Piro ghamlu
Kugitur tad-Dekan tal-Katidral. Dawn il-karigi kollha juru l-fiducja
kbira li kellhom fih l-Awtoritajiet Ekklezjastici.
Kif diga
semmejna fil-bidu l-iktar bicca soghol li swietlu nkwiet kienet dik meta
hu gie nlahhaq mill-E. T. Mons. Arcisqof M. Caruana bhal Rapprezentant
tal-Kleru Malti fis-Senat.
Tassew li
Mons. De Piro ghandna ghax niftahru bih ahna l-Maltin ghall-gid kbir li
ghamel maghna fiz-zmien l-imghoddi, izda l-gid li ghamel hu, ghadu haj
fil-Kumpanija Missjunarja ta' San Pawl li hu stess waqqaf fl-1910.
Il-hsieb tal-waqfien taghha kien li Mons. G. De Piro jibghat missjunarji
f'dawk il-postijiet kollha fejn m'hemmx qassisin bizzejjed, dejjem bi
prefernza fejn jinsabu l-emigranti hutna l-Maltin. Dan il-hsieb
bil-ghajnuna t'Alla u war hafna provi il-Kumpanija ta' San Pawl qieghda
twettqu bis-shieh. Il-Kumpanija ga ghandha zewgt idjar go Perth u go
Melbourne (l-Awstralja), u ohra go Windsor (il-Kanada). Hafna jghidulek
li kieku l-qassisin taghna ma marrux f'dawn il-postijiet, kieku llum
il-Maltin tilfu l-fidi ghal kollox. Il-Kumpanija ta' San Pawl ghandha
wkoll tliet idjar hawn Malta: St. Agatha's (Rabat), San Guzepp (Hamrun),
u l-Oratorju Birkirkara.
Nistqarru
bejn u bejn ruhna: "Kienx bniedem kbir Mons. G. De Piro? Jisthoqqlu jew
le tifhir lil dan il-qassis Malti hekk ta' hila u dehen?" Din kienet
ir-ragun li "Christus Rex" din is-sena ghazlitu bhala l-qassis li ghandu
jigi maghruf minn kull Malti ta' din il-Gzira taghna.
_________________________________________________________________________
Ghawdex
15 ta'
Novembru, 1961
N. Bonavia
S.S.P.
Pg. 2.
Monsinjur G.
De Piro u l-Istitut ta' Ghawdex.
F'dawn
il-granet f'Malta l-ghaqda ta' "Christus Rex" sejra turi (din is-sena)
lil Mons. G. De Piro bhala Figura Nazzjonali. Hija haga tassew sabiha li
ntaghzel dan il-bniedem. Dan il-bniedem li huwa tant maghruf mix-xjuh
kien jahasra qed jintesa miz-zghar. Sacerdot li tant ghamel gid ghal
Malta u Ghawdex. Huwa maghruf bizzejjed ghall-imhabba li kellu lejn
l-iltiema u gha dak il-Monument haj tal-Fidid taghna, is-Socjeta
Missjunarja ta' San Pawl li huwa waqqaf.
Izda ma'
Ghawdex Mons. G. De Piro ghandu x'jaqsam b'mod specjali, ghaliex fl-1925
f'isem l-Ecc. tieghu Mons. Arcisqof M. Gonzi, quddiem il-Gvernatur Sir
Waloter Congreve fetah l-Istitut ghaziz ta' San Guzepp f'Ghajnsielem.
Kif beda
l-istitut:
Il-Knisja
bhala Omm hanina minn dejjem xtaqet li tiehu hsieb l-iltiema f'Ghawdex;
ghalhekk naraw l-Arcisqof Mons. P. Pace diga b'dan il-hsieb iberren
f'rasu. L-Isqof ta' warajh Mons. G. M. Camilleri O.E.S.A. ma halliex dan
il-hsieb jghaddi mar-rih u infatti flimkien ma' l-Arcipriet u
l-Kappillani ta' Ghawdex qatghuha li jwaqqfu Istitut fil-Villa Gauci
biex b'hekk ikunu bdew xi haga. Izda l-prividenza riedet li jkun
haddiehor li jiftah l-istitut propju ta' ta' Ghawdex. Le mhux fil-Villa
Gauci, izda fid-dar stess li fiha darba kien joqghod il-maghruf Ballijju
ta' San Gwann.
Il-Waqa
Tal-Monsinjur:
Mons.
Arcisqof M. Gonzi li dak iz-zmien kien Isqof ta' Ghawdex, sejjah lil
missier il-fqar Mons. G. De Piro (ghax hekk kienu jzommuh f'Malta) biex
jiehu hsieb jiftah Istitut sewwa gewwa Ghawdex. Mons De Prio bniedem ta'
qalb tad-deheb ma ghidux kemm ferah meta l-Isqof tah din l-ahbar. Izda
ghalih kienet haga difficli li jkun jista jlahhaq ma' Ghawdex ukoll,
ghax f'Malta huwa kien diga' qieghed jiehu hsieb ta' diversi Istituti.
Izda dak li jrid Alla jsir. Ghalhekk wara Mons. De Piro mar Ghawdex u
beda t-tiswija tad-dar. Waqt dan iz-zmien gara fatt li jure kemm
id-dimonju ma hax pjacir b'dan ix-xoghol. Mela darba waqt li Mons. De
Piro kie qieghed jistrieh f'wahda mill-kmamar ta' fuq waqa' s-saqaf bih.
Alla ried li ma baqax mejjet b'dik il-waqa'. B'dana kollu ma sofriex
hlief il-ksur ta' siequ u xi ftit gerhat ohra. Minkejja dan il-fatt,
il-Monsinjur li kien ser jiftah l-Istitut privatament qal li jrid jifthu
b'Solennita' l-aktar kbira. Ghalhekk nhar Lapsi ta' l-1925, l-Ecc.
tieghu l-Arcisqof Gonzi u l-Gvernatur Sir Walter Congreve waslu
f'karozza wahda biex jifthu ufficjalment l-Istitut Djocesan ta' Ghawdex.
Kien hemm prezenti wkoll ghal din ic-cerimonja hafna dinjitarji kemm
Ekklesjastici kif ukoll Civili.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl.
Monsinjur De
Piro sejjah biex jiehu hsieb dan l-Istitut lill-gheziez uliedu,
il-membri tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Dawn il-membri kienu
mharrgin sewwa fix-xoghol ghax kien ilhom hafna jahdmu qal l-Iltiema ta'
l-Istitut ta' San Guzepp il-Hamrun. Sa mill-bidu nett tat-twaqqif
tal-Istitut f'Ghawdex il-Monsinjur gharaf l-importanza tax-xoghol.
Ghalhekk f'qasir zmien waqqaf is-sengha tal-hajjata, mastrudaxxa u
tal-Iskarpan. Kull meta kien jigi Ghawdex Monsinjur De Piro kien dejjem
jigi mghobbi b'xi haga. Darba fost l-ohrajn wasa b'qartas mhux bhla
tas-soltu, f'dan il-qartas kien hemm strument tal-banda u dak in-nhar
dan it-twajjeb missier qal li jrid iwaqqaf banda. Intant strument wara
l-iehor il-banda twaqqfet. U min jaf kemm kellu progetti ohra l-Fundatur
ghall-Istitut, imma Alla qallu bizzejjed. Kien sew sew is-17 ta'
Settembru 1933 meta r-ruh ta' dan il-bniedem qaddis ittajret bejn
is-smewwiet biex tiehu l-premju li kien jisthoqqilha. Monsinjur De Piro
miet f'riglejn l-artal wara l-purcissjoni tad-Duyluri gewwa l-knisja
tal-Hamrun. Ezatt kif xtaq hu ghax dejjem kien jitlob; "sinjur aghmel
mmut vicin tieghek f'riglejn l-artal".
L-Istitut u
l-Kleru ta' Ghawdex.
Wara l-mewt
tal-Fundatur il-membri tas-Socjeta ta' San Pawl baqghu jiehdu hsieb
tal-Istitut huma. Izda wara sena minhabba hafna xoghol li kellha Malta,
dis-Socjeta ta' San pawl kellha thalli dan l-Istitut. Ghalhekk
l-Arcisqof sejjah lil Dun Guzepp Galea Rapa u hatru l-ewwel Direttur
tal-Istitut ta' Ghawdex. Dan kien fl-1934. Din l-ghazla kienet tassew
minn Alla ghax Dun Guzepp sa mill-ewwel wera l-kapacita' u l-imhabba
tieghu lejn l-Istitut. Dan jixhdu x-xoghol li ghamel bhal ma huma
d-dormitroju, ir-refittorju, is-sala tat-tijatrin u hwejjeg ohrajn. Izda
l-ikbar opr li ghamlu Dun Guzepp hi bla dubju ta' xejn il-bini
tal-Istitut il-gdid, u li hija haga kollha kemm hi tieghu. Illum ma' Dun
Guzepp hemm Dun Gwann Galea li ilu mill-1934, il-Kanonku Emanuel Galea
li jiehu hsieb l-istamperija, Dun Tarcis Attard prefett tat-tfal, u hemm
ukoll xi Sorijiet Agostinjani.
Monument lil
Mons. De Piro.
Il-Kleru ta'
Ghawdex ried jaghmel xi haga biex Mons. De Piro fundatur tal-Istitut
jibqa' imsemmi ghal dejjem bhala benefattur kbir tat-tfal iltiema
f'Ghadex. Ghaldaqsthekk ghamlulu Monument fil-bitha tal-Istitut
il-qadim, u li kien gie mikxuf fid-9 ta' Mejju 1948 mill-Ecc. Tieghu
Mons. G. Pace Isqof ta' Ghawdex. Ghal din l-okkazjoni kien hemm prezenti
ghadd kbir ta' Kappillani u Kleru, flimkien ma' rapprezentanza sabiha
ta' nies Ghawdxin. Il-Monument huwa xoghol tal-Professur Pisi, biex
b'hekk Mons. De Piro ma ' jintesa qatt u l-Ghawdxin kollha jibqghu
jiftakru f'dan il-Benefattur kbir ta' wliedhom.
_________________________________________________________________________
Il-Qawmien
16 ta'
Novembru, 1961
Norbert
Bonavia S.S.P.
Pg. 2
Mons. G. De
Piro.
Din is-sena
l-ghaqda ta' 'Christus Rex', ippropniet lil Mons. Guz\eppi De Piro bhala
figura nazzjonali. Kienet ghazla tassew sabieha l-ghaliex dan il-bnedem
huwa veru ezempju ghal kulhadd kemm fil-hajja privata tieghu, u kemm
fil-hajja pubblika. Huwa hadem f'diversi kampijiet ta' xoghol ghall-gid
ta' art twelidu u tal-Knisja.
Hadem
fl-istituti tal-karita'. Hekk per ezempju, insibuh bhal direttur
fl-istitut ta' Fra Diegu u ta' San Guzepp il-Hamrun. Insibuh bhala
wiehed li hadem kemm felha ghat-twaqqif ta' l-isititut tan-Nazzarenu
taz-Zejtun u ta' San Frangisk di Paoli f'Birkirkara. U mbaghad insibuh
bhala fundatur fl-istitut ta' San Guzepp ta' Ghawdex. Dan ta' l-ahhar,
kien l-Arcisqof taghna li talbu biex iwaqqfu. Dan sar fi zmien meta
f'malta kellu diga' f'idejh erba' istituti u s-Socjeta' Missjunarja ta'
San Pawl li kien ghadu kif waqqaf.
Xoghol iehor
likellu kien il-Parlament. Mons. Isqof Mauru Caruana ghazlu biex ikun
rapprezentant tal-Kleru fis-Senat. Dan kien post delikat hafna imma huwa
gharaf jaqdi dmirijietu sewwa. Min ma jfitakarx x'ghamel Mons. De Piro,
fil-kwistjoni bejn Lord Strickland u l-Knisja? Il-paci u l-ftehim kien
kollu xoghol tieghu.
Minn barra
dan Mons. De Piro kien ukoll, segretarju generali ta' l-isqof Mauru
Caruana, Rettur tas-Seminarju u Dekan tal-Katidral. Dawn il-karigi gew
moghtija lilu bl-ubbidjenza, ghax hu dejjem hass li ma kien den ta' dawn
il-karigi. Anki l-unur li jkun Monsinjur irrifjutah u ghamel kemm felah
biex ma jiehdux, izda l-isqof obbligah.
Opra ohra
kbira li ta lill-Knisja u lil Malta Mons. De Piro hija s-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl. Din kienet l-aqwa opra ta' hajtu, u kemm
swietlu lill-ghaziz fundatur din is-socjeta' taghna! Bizzejjed li wiehed
ikun qara xi hajja ta' qaddis li kien fundatur ta' xi Ordni jew Socjeta'
biex ikun jista' jifhem ftit xi tfisser tkun fundatur ta' Ordni jew
Kongregazzjoni Religjuza. Mosn. De pro hass li malta ghandha tkun tafulu
lil Alla tal-Fidi taghha hekk providenzjali. Ghalhekk waqqaf l-unika
kongregazzjoni Religjuza Maskili ta' Malta. lil uliedha ziedilhom vot
mat-tlett voti Evangelici, il-vot tal-Missjoni, biex imorru f'kull parti
tad-dinja, bie prefernza ghax-xoghol qalb l-Emigranti Maltin. Illum wara
erbghin sena mit-twaqqif Kanoniku taghha s-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl, barra li ghandha tlett djar hawn Malta, fosthom l-istitut ta' San
Guzepp tal-hamrun li ilu ghandha minn zmien il-fundatur, ghandha wkoll
zewg djar l-Awstralja u ohra l-Kanada fejn hemm l-iktar emigranti
Maltin.
Mela hija
haga tassew sabiha li din is-sena gie maghzul Mons. Guzeppi De Piro biex
Malta kollha terga' ggedded il-memorja ta' dan il-bniedem u timitah.
Ghalhekk nixtieq inheggeg lil kulhadd jiehu parti fic-celebrazzjonijiet
li sa jsiru ad unur tieghu. L-Istitut Kattoliku fil-hamsa u ghoxrin ta'
Novembru sejra ssir Akkademja u fil-Motherhouse tas-Socjeta' Missjunarja
ta' San Pawl ir-Rabat ghall-okkazjoni sejra tinfetah ghall-pubbliku
parti gdida mid-dar fit-18 u 19 ta' dan ix-xahar, wara li tkun imbierka
mill-Arcisqof.
_________________________________________________________________________
Il-Berqa
Is-Sibt, 2
ta’ Dicembru, 1961
Minn N.N.
Pg…
Socjeta’
Maltija tal-Emigranti.
Ghaqda
missjunarja ta’ San Pawl.
"Nahsbu
f’hutna ta’ barra". Dawn il-kliem hargu mill-qalb imhegga ta’ Mons.
Guzeppi De Piro. Huwa kien bniedem li jilmah fil-boghod u gie
ghall-konkluzjoni li ghandu jkun hemm Socjeta’ Maltija ta’ Sacerdoti u
Brothers li jkollha hsieb specjali tal-emigranti Maltin. Kien ghadu
jistudja ghal sacerdot meta dan il-hsieb beda jberren go mohhu. Izda
kellu jistenna disa’ snin sakemm il-hsieb tieghu twettaq fl-1910
bil-barka tal-Qaddis San Piju X, u F’Gunju ta’ l-1921 ir-regoli gew
approvati u s-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl giet imwaqqfa.
Il-progress
li s-Socjeta’ kienet qieghda taghmel narawh imfisser f’ittra li
l-Arcisqof Mawru Caruana kien baghat lil Mons. De Piro f’gheluq il-25
sena li kien ilu jqaddes. L-ittra tibda hekk: "Hadt tassew gost meta
rajt li s-Socjeta’ ta’ San Pawl, ghall-missjonijiet ta’ barra, sejra
gmielha ‘l quddiem that il-ghajnejn tieghek li bdejtha, waqqafta u
qieghed tmexxiha".
U bhala
awgurju ghall-gublew tieghu sacerdotali, l-Arcisqof issokta jiktiblu:
"…nixtieqlek li dak li zrajt u li nibet u li msoqqi bil-gharaq tieghek,
kiber u beda jaghti l-frott, meta taghlaq il-50 sena tal-quddiesa
tieghek tarah sigra, tara wkoll hafna xtieli mehudin minn dis-sigra u
mhawlin band’ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu
l-ghasafar ta’ kull gens u li dak in-nhar inti tisma’ dawk l-ghasafar
jghannu bla mistrieh, donnhom jizzu hajr ‘l Alla talli mhabba fik sabu
l-kenn, id-dawl u l-hajja."
L-awgurju
twettaq izda mhux ghal kollox. Ghax Mons. De Piro miet fl-1933 u ma
setax jara s-sena 1952, is-sena tal-gublew sacerdotali tieghu. Imma
l-parti l-ohra sehhet tassew ghax fl-1952, is-Socjeta’ kienet diga’
baghtet xi whud mill-membri taghha l-Awstralja u b’hekk bdiet thawwel
xtieli ohra f’artijiet imbeghda.
Fil-Kostituzzjoni "Exsul Familia", li l-Papa Piju XII kien hareg
fl-1952, huwa wera x-xewqa li l-emigranti jkollhom maghhom sacerdoti ta’
l-istess ilsien taghhom, sacerdoti li jkunu jistghu jifhmuhom ahjar
fid-diffikultajiet taghhom. Hutna l-Maltin emigranti ghandhom ukoll
maghhom sacerdoti Maltin.
Il-Hadd, 13
ta’ Jannar, 1952, ma ghandu jintesa qatt mill-emigranti Maltin ghaliex
kien il-jum li fih giet miftuha l-ewwel Dar tal-Missjoni gewwa
l-Awstralja, f’Melbourne, mill-E.T. l-Arcisqof Mannix, Dar li ghandha
dan il-hsieb specjali - li tahdem fost l-emigranti Maltin.
L-Arcisqof
ta’ Perth, Mons. Redmond Prendville, f’ittra tieghu tat-18 ta’ April
tal-1956, ghogbu jafda f’idejn is-Socjeta’ ta’ San Pawl id-direzzjoni
"in perpetuum" bil-"cura animarum" tal-Parrocca gdida ta’ Swanbourne,
Western Australia, fil-waqt li l-Maltin li jinsbu tant f’Perth kemm
ukoll f’dak l-Istat jibqghu that il-kura ta’ l-istess Socjeta’.
Fl-1958
is-Socjeta’ hawlet fergha ohra gdida f’kontinent iehor. Din id-dar, li
qieghda f’Windsor, Ontario, Kanada, fiha 2 sacerdoti u Lay-Brother.
Bhad-djar l-ohra ta’ l-Awstralja sservi wkoll bhal centru ghall-Maltin.
Illum
is-Socjeta’ tghodd fuq is-60 membru u ghandha 3 djar hawn Malta: -
Il-Motherhouse Sant’Agatha, fejn jitrawmu l-futuri missjunarji,
sacerdoti u brothers: l-Istitut ta’ San Guzepp, il-Hamrum: u l-Oratorju
B’Kara. Ghandha wkoll 3 djar ohra barra minn Malta, li diga semmejna
izjed ‘l fuq. Hija baghtet diga 14-il- missjunarju, 1 l-Abbissinja, 3
fil-Kanada u 10 fl-Awstralja: li qeghdin 3 f’Perth u 7 f’Melbourne.
Ghalhekk
hija gaga ta’ konsolazzjoni x’hin tiftakar li hawn Socjeta’ Maltija li
qeghda trawwem novizzi u studenti bil-hsieb li tibghathom ma’ hutna li
biex isibu x’jieklu hallew art twelidhom u ‘l mieshom.
Ghalhekk
kienet profezija dik ta’ l-Arcisqof Caruana meta qal lil Mons. De Piro…
"tara wkoll hafna xtieli mehudin minn din is-sigra u mhawlin band’ohra,
saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu l-aghsafar ta’ kull
gens ighannu bla mistrieh donnhom jizzu hajr ‘l Alla talli mhabba fik
sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja".
Naghmel
ghalhekk, appell lill-Maltin kollha specjalment lil dawk li ghandhom
nieshom emigranti, biex ighinu lil din is-Socjeta’ l-ewwel bit-talb
(ghax dan hu l-aqwa ghajnuna) u mbaghad billi jghinu l-Vokazzjonijiet
permezz tal-propaganda u fl-ahhar, ghax necessarja hafna, l-ghajnuna
materjali, biex dan ix-xoghol nobbli li zera’ u saqqa bil-gharaq tieghu
Mons. De Piro jkompli jikber ghall-glorja t’Alla u ghall-gid ta’
l-erwieh, specjalment ta’ hutna l-emigranti.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
It-Tlieta,
28 ta’ Novembru, 1996
Minn 'Wiehed
Minnkom'
Pg 3.
Il-Veri
Hbieb ta' L-Emigranti.
Socjeta' li
ghad Tikber Sewwa.
Meta thares
lejn l-istatistika tal-Gvern u tfittex kemm emigranti hallew pajjizma
ssibl li mill-gwerra 'l hawn telqu madwar 77, 700 ruh sa l-ahhar ta'
Settembru li ghadda. Izda ahna naqrawx qalb dawk in-numri l-istroja u
l-problem spritiwali li ghandu jew ser ikollu kull wiehed minnhom. Kemm
minnhom ghandhom bzonn ta' qassis li jiehu hsiebhom? Kollha kemm huma.
Fost dawk
l-emigranti, matul dawn l-ahhar hmistax il-sena, hallew pajjizhom
tnax-il qassis u tliet frajiet ta' Socjeta' relugjuza b'vokazzjoni
missjunarj. Qabdu tliet triqat tal-bahar ghal kollox differenti: it-triq
tal-Punent lejn il-Kanada, it-triq tal-Lvant lejn l-Awstralja u t-triq
ta' l-Afrika lejn l-Abissinja.
Dawn
il-missjunarji tal l-emigrant telqu mid-dar taghhom ta' Sant'Agata u
huma membri tas-socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Xoghol ta'
Snin.
Il-missjunarji ta' ordni religjuz ma jsirux bil-bakketta magika.
Jithawlu u jitilghu ftit ftit, sena wara l-ohar, bhal dawk is-sigar li
thawlu u ghadhom telghin malli tidhol fil-kunvent ta' Sant'Agata. Anzi
l-ewwel zerriegha taghhom, l-weewl zerriegha ta' sigar li ghandha futur
kbir, zeraghha Monsinjur De Piro. L-idea ta Monsinjur De Piro, li
jwaqqaf din is-Socjeta', gietu fl-1910 u l-Papa qaddis Piju X, fl-istess
sena berikha. Izda din iz-zerriegha, bhaz-zerriegha kollha, li taghti
frott tajjeb, damet zmien twil bhal midfuna fid-dlam. Fl-1921 l-Arcisqof
Caruana approva s-Socjeta'. Sitt snin wara, pijonier ta' mijiet ohra li
ghad iridu jimxu warajh, Fra Guzepp Caruana, telaq lejn l-Abissinja.
Telaq wahdu u ghal sebgha u ghoxrin sena baqa' wahdu. Is-Socjeta' ma
rnexxilhiex tibghat missjunarju iehor. Fra Guzepp li ghamilha ta'
kollox, minn spizjar sa mastrudaxxa, minn bennej sa infermier,
ghandl-unur li zamm il-bandiera tperper u salva l-idea missjunarja
tas-Socjeta'.
Imbaghad
giet il-gwerra. U Sant'Agata saret kamp ta' l-internament. Internati,
suldati, bahrin, pulizija, bombi fuqha, shelters fil-katakombi. Izda
z-zejt fil-lampa ta' quddiem l-atar baqa jixghel dejjem. L-idea
missjunarja ma ntfiet qatt.
Fl-1948
telaq l-ewwel grupp ta' sacerdoti ghall-Awstralja u fl-1958 telaq
l-ewwel grupp ghall-Kanada.
Is-Superjur, Dun Mikiel Callus, li tant hadem u kabbar is-Socjeta'
tista' tghid minghar hadd ma nduna, ghaliex hadem bie spritu ta' umilta'
nisranija, seta jiftah quddiemu l-mappa u jimmarka kull fejn is-Socjeta
kienet qieghda tahdem u kull fejn ghad trid tahdem.
Il-Missjunarji ta' San Pawl kienu gargu mill-katakombi u kienu qabdu
t-riqat tad-dinja. Fi zmien ghaxar snin mill-1948 sal l-1958, kienu
fethu djar f'Melbourne, f'Perth u f'Windsor ta' Ontario.
Il-Futur hu
taghhom.
Meta, ftit
granet ilu, gie inawgurat il-gewnah gdid tal-Kunvent ta' Sant'Agata,
mort bl-idea li ser nara bhal dormitorju ghan-novizzi godda. Kien ili ma
mmur snin. U sibt mhux biss Kunvent gdid ikbar, nadif, organizzat, imma
hajja u spirtu gdid ukoll. Fin-novizzi u fil-qassisin godda hemm
l-ispirtu ta' min ihoss li ghandu l-futur tieghu. hemm l-entuzjazmu.
Hemm il-fidi. U tidher, ghax thossha, li hemm il-grazzja ta' Alla.
Il-grazzja ta' Alla dejjem thossha meta tiltaqa' maghha. U l-Providenza
ta' Alla, specjalment il-Providenza tal-vokazzjonijiet godda, ta'
l-ghoxrin student u tat-tletin aspiranti, kwazi tmissha b'idejk.
Mort rajt
il-kappella gdida tal-Madonna, li ghaliha hemm devozzjoni kbir minn
Malta kollha, u sibt gojjell artistiku. Il-kappella b'armonija ta'
kuluri ta' irham mill-isbah, giet ideata mill-kavalier Vincenzo Bonello!
Ftakart meta konna flimkien ghaxrin sena ilu u meta, qabel ma tlaqna
ghall-ewwel vjagg li seta' kien il-qabar taghna, konna tlabna flimkien
ma' l-ohrajn u ma' Dun Mikiel Callus f'dik l-istess Knisja. Minn hemm
haduna f'nofs l-Afrika. Donnu destin li kull min jidhol Sant'Agata jrid
jaqbad it-triqat tad-dinja.
Jemigraw
maghhom.
Izda
l-missjunarji ta' San Pawl, li jridu jahdmu u jghixu, jimxu u jmexxu
l-emigranti Maltin, u maghhom emigranti Taljani, Francizi, Irlandizi, ma
jitrawmux qal il-katakombi ta' Sant'Agata. Jitrawmu jew qalb it-tfal ta'
San Guzepp tal-Hamrun, jew qalb it-tfal ta' l-Oratorju ta' Birkirkara. U
hemmhekk, avolja qalb it-tfal, bl-isfond tal-hajja taghhom u ta'
nieshom, jitghallmu iktar u jiedu esperjenza ikbar tal-hajja,
specjalment tal-hajja taz-zghazagh milli jistghu jiehdu mill-kotba
kollha tal-librerija tal-Kunvent. Studju, Sports, banda, Scouts, snajja,
teatrini, aptit u l-allegrija ta' min hu taht l-ghoxrin sena.
Fl-Oratorju organizzaw brigat bil-banda taghha. Kollha ideat u
attivitajiet li jemigraw maghhom ghal qalb iz-zghazagh u t-tfal ta'
l-emigranti Maltin.
Sal-lum
is-Socjeta' ghandha 26 qassis u 12 il-missjunarju. Izda Dun Mikiel
Callus jista jahseb ghal passaporti godda u jaqbad jimmarka fuq il-mappa
tal-Kanada u ta' l-Awstralja ic-centri godda li s-Socjeta ta' San Pawl
tiftah fihom.
U kultant
jinzel sal-kripta u jiehu l-pariri minn Monsinjur De Piro.
Il-pariri
ta' Monsinjur De Piro huma cari: aktar vokazzjonijiet u iktar
missjunarji qal l-eluf u l-eluf ta' emigranti Maltin. U mbaghad jasal
iz-zmien tal-Missjonijiet l-ohra. Hafna jiddependi mill-ghajnuna u
mill-"borse di studio" li jghatu l-hbieb ta' din is-Socjeta'.
U s-sigar
godda li thawlu fid-dhul ta' Sant' Agata, ghad jikkbru u jaghtu l-frott
huma wkoll. Is-sigar li jikbru huma simbolu tal-futur.
-_________________________________________________________________________
Lil Hutna
Dicembru,
1961.
Bernard
Mangion S.S.P.
Pg. 62
Mons. De
Piro u l-Emigranti.
Kull min
jiftakar lil Mons. G. De Piro, jiftakru bhala bnedem mill-izjed attiv,
li kien igawdi l-fiducja u r-rispett tas-superjuri ekklezjastici tieghu.
Bizzejjed insemmu xi ftit mill-hidma tieghu ta' gid ghal Malta,
specjalment ghall-fqar taghha; kien Direttur ta' mhux inqas minn hames
Istituti tal-karita'; Segretarju ta' l-Isqof Caruana; Rettur
tas-Seminarju; rapprezentant tal-Kleru fis-Senat; Direttur tal-Lega
tas-Sacerdoti Adoraturi; ko-fundatur tas-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu
Nazzarenu. Izda l-aqwa bicca xoghol li ghaliha haseb sa minn meta kien
ghadu jistudja ghal sacerdot, hija bla dubju ta' xejn is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl.
Bhala
Socjeta' Maltija, b'ideal Missjunarju, zgur li ma setax isib patrun
ahjar mill-Appostlu tal-Gnus. Ra mill-boghod kemm kien se jbati
l-emigrant Malti mighajr sacerdot malti u ghalhekk mimli bi spirtu
tassew Pawlin iddecieda li bhalu f'hutna ta' barra kienet l-ghjta
kontinwa tieghu. Ghalhekk ix-xoghol qalb l-emigranti ghamlu l-fini
principali tas-Socjeta' tieghu. Ghax, x'jiswa li ndahhlu fil-Knisja
Nsara godda jekk imbaghad nitilfu lil dawk li huma diga Nsara?
Is-Socjeta' ta' San Pawl, mimlija bl-ispirtu missjunarju u bl-imhabba
ghal "hutna ta' barra", tal-Fundatur taghha, qieghda twettaq xoghol ta'
fejda fost l-emigranti taghna. Meta wiehed ihares lejn il-gid li qieghda
taghmel din is-Socjeta' zgur li ghandu jghodd lil Mons. De Piro bhala
l-ikbar benefattur ta' l-emigrant Malti.
Kien fl-1948
meta l-ewwel membri tas-Socjeta' - Fr. Wistin Grech u Bro. Pantalleresco
- bdew il-hidma taghhom fl-Awstralja. Wara hafna tbatija u qtigh ta'
qalb fl-1951 fethu l-ewwel dar, is-St. Mary's Mission House gewwa
Melbourne - u kemm kienet mixtieqa u ghal qalb il-Maltin din id-dar juri
l-fatt li mill-ewwel saret ic-centru taghhom, centru li fih isiru
attivitajie spiritwali u wkoll rikreattivi. Fl-1952 mar gewwa
l-Awstralja fuq talba ta' l-Arcisqof ta' Melbourne, Fr. Galea. Ix-xoghol
dizinteressat taghom gibed l-ammirazzjoni ta' l-Awtoritajiet
Ekklezjastici li wrew ix-xewqa li jkollhom fosthom membri tas-Socjeta'
ta' San Pawl. Matul is-snin in-numru tas-sacerdoti tas-Socjeta' beda
jikber u mieghu bdiet tikber l-attivita' missjunarja. Izjed ma jmorru
qassisin l-Awstralja, izjed jinfethu orizzonti godda.
B'sinjal ta'
rikonoxxenza tax-xoghol imwettaw mill-membri tas-Socjta' fid-Djocesi
tieghu, l-Isqof ta' Perth, fl-1956 ta f'idejn il-kura tas-Socjeta
l-parrocca ta' Swanbourne. Wara biss 13 il-sena s-Socjeta' ckejkna ta'
San pawl ghandha fl-Awstralja, is-St. Mary's Mission House ta' Melbourne
b'erba sacerdoti u brother u s-St. Mell's Mission House u l-parrocca ta'
Swanbourne f'Perth bi tliet sacerdoti u brother, filwaqt li sacerdot
iehor jahdem bhal social worker f'Sale. Is-Socjeta' taghna ghanha wkoll
dar ohra - is-St. Paul's Mission House f'Londra, Ontario il-Kanada, fejn
hemm jahdmu il-membri tas-Socjeta', Fr. Mizzi u Fr. Grech, waqqfu ghaqda
ghall-Maltin, il-"Malta United Society", li ghandha l-"Malta United
Buletin" bhal organu taghha, b'Fr. Mizzi editur.
L-ispazju ma
jippermettilix li nikteb fuq dak kollu li ghamlet u qieghda taghmel
is-Socjeta' ta' Mons. De Piro ma' "hutna ta' barra". "B'hekk Mons . De
Piro jkun jista jinghadd ma' dawk l-erwieh qaddisa li skon l-espressjoni
liturgika, zejnu l-Knisja ta' Kristu b'familji godda ta' erwieh
haddiema". (Mons. Isqof Galea). Il-qalb kbira tas-Socjeta' ta' San Pawl
tiftah il-bibien taghha biex, mimlija bi qlub zghazagh u generuzi
tkompli tkabbar il-hidma taghha fost hutna ta' barra.
_________________________________________________________________________
Il-Berqa
Is-Sibt, 2
ta' Dicembru 1961
Artiklu minn
N.N.
Socjeta'
Maltija tal-Emigranti
Ghaqda
missjunarja ta' San Pawl.
"Nahsbu
f'hutna ta' barra". Dawn il-kelmiet hargu mill-qalb imhegga ta' Mons
Guzeppi De Piro. Huwa kien bniedem li jilmah fil-boghod u gie
ghall-konluzjoni li ghandu jkun hemm Socjeta' Maltija ta' Sacerdoti u
Brothers li jkollha hsieb specjali tal-emigranti Maltin. Kien ghadu
jistudja ghal sacerdot meta dan il-hsieb beda jberren go mohhu. Izda
kellu jistenna disa' snin sakemm il-hseib tieghu twettaq fl-1910
bil-barka tal-Qaddis San Piju X, u f'Gunju ta' l1912 ir-regoli gew
approvati u s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl giet imwaqqfa.
Il-progress
lis-Socjeta' kienet qieghda taghmel narawh imfisser f'ittra li
l-Arcisqof Mawru Caruana kien baghat lil Mons. De Piro f'gheluq il-25
sena li kien ilu jqaddes. L-ittra tibda hekk: "Hadt tassew gost meta
rajt li s-Socjeta' ta' San Pawl, ghall-missjonijiet ta' barra, sejra
gmielha 'l quddiem that il-ghajnejn tieghek li bdejtha, waqqaftha u
qieghed tmexxijha".
U bhala
awgurju ghall-gublew tieghu sacerdotali, l-Arcisqof issokta jiktiblu:
"…nixtieqlek li dak li zrajt u li nibet u li msoqqi bil-gharaq tieghek,
kiber u beda jaghti l-frott, meta taghlaq il-50 sena tal-quddiesa
tieghek tarah sigra , tara wkoll hafna xtieli mehudin minn dis-sigra u
mhawlin band'ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu
l-ghasafar ta' kull gens uli dak in-nhar inti tisma' dawk l-ghasafar
ighannu bla mistieh, donnhom jizzu hajr 'l Alla talli mhabba fik sabu
l-kenn, id-dawl u l-hajja."
L-awgurju
twettaq izda mhux ghal kollox. Ghax Mons. De Piro miet fl-1933 u ma
setax jara s-sena 1952, is-sena tal-gublew sacerdotali tieghu. Imma
l-parti l-ohra sehhet tassew ghax fl-1952, is-Socjeta' kienet diga
baghtet xi whud mill-membri taghha l-Awstralia u b'hekk bdiet thawwel
xtieli ohra f'artijiet imbeghda.
Fil-Kostituzzjoni "Exul Familia", li l-Papa Piju XII kien hareg fl-1952,
huwa wera x-xewqa li l-emigranti jkollhom maghhom sacerdoti ta' l-istess
ilsien taghhom, sacerdoti li jkunu jistghu jifhmuhom ahjar
fid-diffikultajiet taghhom. Hutna l-Maltin emigranti ghandhom ukoll
maghhom sacerdoti Maltin.
Il-Hadd 13
ta' Jannar, 1952, ma ghandu jintesa qatt mill-emigranti Maltin ghaliex
kien il-jum li fih giet miftuha l-ewwel Dar tal-Missjoni gewwa
l-Awstralia, f'Melbourne, mill-E.T. l-Arcisqof Mannix, Dar li ghandha
dan il-hsieb specjali - li tahdem fost l-emigranti Maltin.
L-Arcisqof
ta' Perth, Mons. Redmond Prendville, f'ittra tieghu tat-18 ta' April
tal-1956, ghogbu jafda f'idejn is-Socjeta' ta' San Pawl id-direzzjoni
"in perpetuum" bil-"cura animarum" tal-Parrocca gdida ta' Swanbourne,
Western Australia, filwaqt li l-Maltin li jinsabu tant Perth kemm ukoll
f'dak l-Istat jibqghu that il-kura ta' l-istess Socjeta'.
Fl-1958
is-Socjeta' hawlet fergha ohra gdida f'kontinent iehor. Din id-dar, li
qieghda f'Windsor, Ontorio, Kanada, fiha 2 sacerdoti u Lay-Brother.
Bhad-djar l-ohra ta' l-Awstalia sservi wkoll bhala centru ghall-Maltin.
Illum
is-Socjeta' tghodd fuq is-60 membru u ghandha 3 djar hawn Malta: -
Il-Motherhouse Sant'Agatha, fejn jitrawmu l-futuri missjunarji,
sacerdoti u brothers: l-Istitut ta' San Guzepp, il-Hamrun: u l-Oratorju
B'Kara. Ghandha wkoll 3 djar ohra barra minn Malta, li diga semmejna
izjed 'l fuq. Hija baghtet diga 14 il-missjunarju, 1 l-Abbissinja, 3
fil-Kanada u 10 fl-Awstralia: li qeghdin 3 f'Perth u 7 f'Melbourne.
Ghalhekk
hija haga ta' konsolazzjoni x'hin tiftakar li hawn Socjeta' Maltija li
qeghda trawwem novizzi studenti bil-hsieb li tibghathom ma' hutna li
biex isibu x'jieklu hallew art twelidhom u 'l nieshom.
Ghalhekk
kienet profezija dik ta' l-Arcisqof Caruana meta qal lil Mons. De
Piro…"tara wkoll hafna xtieli mehudin minn din is-sigra u mhawlin
band'ohra, saru sigar u li fuqhom marru jittajru biex jistkennu
l-aghsafar ta' kull gens ighannu bla mistrieh donnhom jizzu hajr 'l Alla
talli mhabba fik sabu l-kenn, id-dawl u l-hajja".
Naghmel,
ghalhekk, appell lill-Maltin kollha, specjalment li dawk li ghandhom
nieshom emgranti biex ighinu li din is-Socjeta' l-ewwel bit-talb (ghax
dan hu l-aqwa ghajnuna) u mbaghad billi jghinu l-Vokazzjonijiet permezz
tal-propoganda u fl-ahhar, ghax necessarja hafna, l-ghajnuna materjali,
biex dan ix-xoghol nobbli li zera' u saqqa bilgharaq tieghu Mons. De
Piro jkompli jikber ghall-glorja t'Alla u ghall-gid ta' l-erwieh,
specjalment ta' hutna l-emigranti.
_________________________________________________________________________
Malta
Missjunarja
Frar 1962
Francis
Darmanin S.S.P.
Pg. 27
Gej Sacerdot
Malti Maghna?
Fit-8 ta'
Dicembru telqu minn Malta 379 emigrant Malti fuq il-vapur "Fairsea".
Kienet xena ta' qsim il-qalb meta fid-dwana ngabru l-qraba u l-hbieb
taghhom biex isellmulhom ghall-ahhar darba. Kien hemm ukoll xi membri
tas-Socjeta' ta' San Pawl biex isellmu ghal dar'ohra lil Dun Karlu
Caruana S.S.P. Waslet is-siegha tal-firda u war li ghannaq lil ommu u
l-hutu u qrabatu bis lil hutu membri tas-Socjeta'.
Ftit wara
dehru telghin il-vapur u dik ix-xena ma tintesha qatt. it-tixjir ta'
l-imkatar u d-dmugh imsieheb mal-biki kien jaqsamlek qalbek. Il-vapur
kien lest. Beda jhaddem il-makni. U hutna l-emigrant taw l-ahhar harsa
fuq ix-xtut ta' art twelidhom. L-emigranti sejrin, telqu, iva mhux qed
jidhru izjed, le qalbhom maqtugha. Hares daqxejn madwarek ghaziz
emigrant u hemm tara bniedem mieghek, iva gej mieghek u se jibqa'
mieghek anki meta tasal fid-destin tieghek. Gej propju ghalik. Minhabba
fik telaq lil niesu, l-art li welditu, telaq kollox ghax ihobbok.
Din hija
t-tieni darba li Dun Karlu Caruana S.S.P. se jara x-xtut ta' Awstralja.
F'Mejju ta' l-1954, mal vapur "Sydney" kien mar ghall-ewwel darba. Huwa
kien kappillan t'abord u l-"Welfare Officer". Mar f'Melbourne biex hemm
jinghaqad mas-sacerdoti l-ohra shabu li qeghdin jahdmu fost il-Maltin.
Minn dak in-nhar ghaddew seba' snin ta' hidma ta' tbatija u ta'
sagrificcju li jitnizzel biss fil-ktieb tal-Mulej. Fit-28 ta' Mejju ta'
din is-sena gie hawn Malta biex jara lill-familja tieghu.
Fr. Caruana
hekk kif spicca l-istudji tieghu u gie ordnat sacerdot, gie mqieghed
fil-qasam ta' l-Apostolat. Fr. Caruana nghata b'ruhu u gismu biex
iwettaq il-missjoni tieghu. Ghalkemm sahhtu ma kinitx fl-aqwa taghha, hu
dejjem ghamel hiltu biex jara ferhanin il-mijiet ta' tfal li ta' kuljum
kienu jingabru fil-bitha ta' l-Oratorju Festiv li s-Socjeta' ta' San
Pawl ghandha f'Birkirkara. Dan jixhduh is-Superjuri tieghu, il-katekisti
u l-genitur tat-tfal.
M'ghaddhiex
zmien wisq meta s-Superjuri ghazluh bie ikun wiehed mill-Assistenti
tal-kummisjoni ta' l-Emigranti. U hawn Fr. caruana wera kemm kienet ghal
qalbu din il-missjoni. Huwa thabat u habrek, dar hafna postijie jaghmel
tahdidiet u konfernzi lill-emigran prospettive. U zgur li huwa stess
qatt ma kien jobsor li kellu jkun snin war Kappillan tal-Maltin
fl-Awstralja.
Ghalkemm din
l-ahhar kiene ta' bilfors tweggaghlu ftit qalbu, ghalix kienet tfisser
firda mill-gheziez genituri tieghu, niesu u aret twelidu, huwa kien
ferhan li gie maghzul biex iwettaq l-ideal ta' zoghzitu li jkun
Missjunarju u huwa kien wiehed mill-"pioneers" tas-Socjeta' taghna.
F'Melbourne, Fr. Caruana kien maghruf tajjeb hafna fost il-Maltin,
specjalment fost dawk ta' North Fitzroy, Fitzroy, Collingwood, Carlton,
Alton, Kensignton u Pascoe Vale. Huwa kien tabihaqq jaghraf jisraq
il-qalb ta' kulhadd kbar u ghar u lil kollha kemm huma bil-kelma t-tajba
kien iressaqhom lejn is-sagramenti Mqaddsa.
M'ghaddhiex
zmien wisq u Fr. Caruana gie maghzul biex ikun l-ewwel Kappillan
tal-maltin fid-Djocesi ta' Sale. U dak li l-Maltin f' Melbourne tilfu
fil-persuna ta' Fr. Caruna sabuh il-Maltin ta' Morwell East, Yalbourne,
Moe u Newborough.
Il-kliem
sabih li hareg mill-qalb ta' l-isqof ta' Sale, Dr. Lyons, qabel ma' Fr.
Caruana halla d-Djocesi tieghu, juri bid-deher kemm il-missjoni
tal-ghaziza Socjeta' taghna giet apprezzata fil-persuna ta' dan
is-sacerdot zelanti. U l-istess osservazzjonieti saru minn Fr. O'Dwyer,
Kappillan ta' Moe, minn Fr. O'Regan, Kappillan ta' Morwell East u minn
Fr. Walsh Kappillan ta' Yolbourne. Qabel ma gie Malta sarlu 'party'
f'giehu u sar xi prezentazzjonijiet min hutna l-emigranti, minn Dr. John
Wiseman f'isem in-nies tal-parrocca ta' Morwell East, u minn Mr. Theo
Van Der Zalam f'isem il-Catholic Youth Associations.
Wara li
qatta l-vaganzi hawn Malta, Fr. Caruana rega mar fl-Awstralja izda mhux
f'Melbourne imma fil-Parrocca ta' Perth li fit-18 ta' April tal-1956
l-Arcisqof ta' Perth, Mons. Redmond Prendiville kien ghogbu jafda
f'idejn is-Socjeta' ta' San Pawl. L-ideal li ghalih qeghda tghix
is-Socjeta' ta' San Pawl jidher li qieghed jigi mahdum b'ghaqal kbir
ghax fl-ghot ta' din il-Parrocca s-Socjeta' rat ir-rikonoxxenza
tas-Servizzi li l-membri taghha qeghdin jaghmlu ghall-Maltin Emigranti
f'Victoria u Western Australia.
In-numru
tas-Sacerdoti u Lay-Brothers tas-Socjeta' taghna qieghed ejjem jizdied
skon il-holma tal-Fundatur Mons. G. De Piro, li jara 'l ulied tieghu
jahdmu fost huthom l-emigranti Maltin. kellhom bzonn hutna l-emigranti
jaghrfu japprezzaw l-iedal nobbli ta' dawn il-qalbiena, li qeghdin
ihallu pajjizna mhux biex jaghmlu futur ghall-familji taghhom, imma
ghall-uniku gid ta' huthom il-Maltin.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 2
ta' Ottubru, 1965
Dun Bernard
Mangion, S.S.P.
Pg 3.
Mons.
Giuseppe De Piro
Missier
il-Foqra u l-Emigranti.
X'kont int
ghal Malta tixhdu Hi:
Missierhom u
Ommhom jistqarruk il-fqar, l-iltiema.
Jekk Malta
tilfet fik qaddis, jien nghidlek:
Is-sliem
ghalik, O Missjunarju, sliem.
(Karm.
Vassallo, 1935)
Fis-17 ta'
Settembru, 1933, il-mewt hasdet minn fostna, lil Mons. Guzeppi De Piro,
fl-eta zghira ta' 56. F'dik il-gurnata Malta tifet figura nazzjonali,
stmata minn kulhadd: il-foqra, l-iltiema u l-emigranti tilfu missier,
il-kleru Malti tilef gawhra.
Kien bniedem
ta' qalb nobbli u kbira. L-imhabba tieghu lejn il-proxxmu kienet thaddan
lil kulhadd, imma b'mod specjali lil dawk li l-izjed kienu batuti u
minsija. Il-missjoni kienet l-ieal tieghu u minhabba ifh Malta tista'
tiftahar li hij wkoll bhall-pajjizi akbar minnha ghandha Socjeta'
Maltija li l-ghan pricipali taghha hu l-missjoni. Bhala patrun taghha
huwa ghazel l-ikbar missjunarju tal-knisja, l-Appostlu Missierna San
Pawl. Il-karba tieghu kienet: "Wasalt biex immut u ghadni ma rajt l-ebda
sacerdot minn tieghi fil-missjoni". Illum mill-genna zgur li jhares
kuntent meta jara mhux biss sacerdot wiehed imma hafna li flimkien
mal-brothers tas-Socjeta' tieghu jinsabu mxerrdin fl-Awstralja u
l-Kanada.
Fl-1923
kiteb: "Galabarba il-fini ta' l-Istitut taghn huwa l-missjoniet ta'
barra 'aktarx' li l-weewl ma jibdw iservu ikunu l-Maltin imbeghda minn
pajjizhom". L-'aktarx' ta' l-1923 illum ilha li saret realta'.
Il-missjunarji tas-Socjeta' ta' San Pawl, is-Socjeta' ta' Mons. DePiro,
mimlijin bl-ispirtu tal-Patrun taghhom san Pawl li fil-missjonijiet
tieghu dejjem fittex l-ewwel lil hutu l-Lhud, xterdu ma l-Awstalja u
l-Kanada biex jaqdu lill-gheziez "huthom ta' barra".
Hafna kienu
l-opri tieghu li Malta hadet gid minnhom, imma zgur li l-ebda wahda ma
tisboq dik tat-twaqqif ta' din is-Socjeta' Providenzjali. Il-mejjet
Arcisqof ta' Melbourne Dr. Mannix, fl-okkazjoni tal-ftuh ufficjali ta'
l-ewwel dar tas-Socjeta' ta' San Pawl gewwa d-Djocesi tieghu qal: "Jiena
ma stajtx ma nkunx milqut mit-triqat gholja tal-Providenza. Mons. De
Piro… kien mahluq biex jaghmel hwejjeg kbar u specjali li l-missjunarji
Maltin kellhom iwettqu fl-Awstalja. Meta l-maltin jigu fuq din l-art
gdida, hija haga kwazimehtiega li barra l-qassisin Awstarljani ikollhom
ukoll qassisin Maltin li jafu l-istess ilsien u drawwiet taghhom, u
jistghu jghinuhom sabiex ikunu jistghu jibqghui mixjin fit-triq
it-tajba. Mons De Piro ippreveda dan il-bzonn u qala' l-approvazzjoni
mill-Awtoritajiet ta' Ruma biex wettaq il-hsieb tieghu. Ahna f'Melbourne
inhossuna xxurtjati hafna li qeghdin ingawdu wkoll il-frott ta' l-opra
tal-Fundatur."
Barra din
is-socjeta' li tant swietlu xoghol u dmugh, insibuh f'elf bicca xoghol
ohra. L-imhabba, l-ubbidjenza u r-rispett lejn l-awtorita' ekklezjastika
qatt ma hallewh jghid le, ghax-xewqat tas-superjuri tieghu.
Kien bniedem
qaddis onest u biezel u ghalhekk fl-ghazla ghal xoghol delikat u
importanti kien imfittex hafna. "Il-Providenza kienet fdatlu f'idejh
bosta xoghlijiet li jaqghu that l-ghajnejn. B'dik il-mixja serja u umli,
u b'dik it-tbissima li turi l-qalb tajba u li tghamillek kuragg, kont
tarah minn zmien ghall-iehor issa sejjer lejn is-Seminarju fejn kien
Rettur, issa lejn il-Kurja bhala Segretarju Generali ta' l-Isqof, issa
qalb il-Missjunarji jew Sacerdoti Adoraturi, li taghhom kien
is-Superjur, issa fis-Seant fejn kien rapprezentant tal-Kleru, issa
fil-funzjonijiet tieghu ta' Dekan tal-Kattidral, issa jiggerra bejn
l-Istituti tal-Karita', San Guzepp, Fra Diegu, San Frangisk Di Paola,
Gesu' Nazzarenu, li kienu kollha fdati f'idejh". (Mons. Isqof Galea).
L-orfni u
lfqar kien verment il-mimmi ta' ghajnejh. Flusu ma kienux ghajr
ghall-karita'. Mijiet ta' Maltin ibbenefikaw minn din il-qlb twajba u
generuza, tant li bla tlaqliq nistghu nghid li kien is-sacerdot
tal-poplu. Mhux ta' b'xejn meta titkellem ma wiehed xi ftit anzjan
bil-ferh u b'sens ta' kburija jghidlek li kien jafu, kien kellmu, kien
zewgu, etc.
Din l-istess
imhabba tieghu lejn l-imsejkna u l-batuti ried li tixxettel ukoll
fil-qlub ta' uliedu, membri tas-Socjeta' religjuza tieghu. Fost
ix-xogholijiet li riehom jidhlu ghalih insibu l-kura ta' djar ta' tfal
ltiema u djar ohra ta' beneficenza. Tant ried li f'din il-haga inkunu
perfetti, li quddiem diversi talbiet ghax-xoghol taghhom huma ghandhom
jaghzlu li jahdmu l-ewwel qalb l-umli u l-imsejkna.
Kien bniedem
li jar 'l boghod ghax l-gher tieghu kien immexxi mill-imhabba tieghu
lejn Alla u lejn il-proxxmu. Il-htiega ta' l-opri li huea beda ghadha
tinhass. Illum meta eluf ta' Maltin qed ihallu x-xtut taghna biex
jaqiglhu l-ghixien taghhom, ghandna nharsu lejn Alla u nirringrazjawh
talli nqeda b'Mons Buzeppi De Prio biex f'Malta titwaqqaf socjeta'
religjuza missjunarja li qed toffri l-energija taghha ghall-kura
spiritwali ta' hutna emigranti.
_________________________________________________________________________
Maltese Herald
L-Erbgha, 8
ta' Dicembru, 1971.
N.N.
Pg. 2
F'Malta….Hamsin Sena Ilu.
"Malta hija
kbira f'uliedha." qal wiehed mill-kittieba taghna. Wiehed minn dawn
l-ulied kien minghajr dubju, Monsinjur Guzeppi De Piro, sacerdot bin
in-Nobli li qatta' hajtu mal-fqar u ma l-iltiema tad-Dar ta' San Guzepp
tal-Hamrun u ta' divesi istituti ohra ta' Malta u Ghawdex. Sacerdot li
habb bil-fatti lill-art twelidu u li serviha anke fis-Senat. Din
il-kariga sefghet ghalih ta' martijru li bih Alla ried jtemm snin hajtu
biex ikun tabilhaqq vittma tal-karita' u ta' l-ubbidjenza. F'dik is-sena
li dam fis-Senat huwa hadem kemm felah biex tirranga ruhha l-kwistjoni
plitiku-religjuza li kienet inqalghet u b'dehen tassew ta' qaddis,
mignjar qatt ma ndahal fil-politika, ghara jaqdi x-xoghol li kien fdalu
Mons. Arcisqof.
Imma l-akbar
opra li permezz taghha Mons De Piro wera l-kobor ta' l-imhabba tieghu
lejn art twelidu u lejn ulieha, kienet it-twaqqif tas-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl.
Il-belt
antika ta' l-Imdina, dejjem kiene marbuta ma' l-istorja t'art twelidna.
Fiha l-Malti kiteb l-istrorja t'artu. Mons De Piro, ezattament hamsin
sena ilu, ghazel din il-belt biex jikteb pagna ohra fl-istorj ta' Malta.
Imdawwar ma ftit zghazagh, kollha herqanin biex jghinu lil huthom li
jhallu Malta, gewwa wahda mid-djar storici ta' din il-belt antika, ta
bidu ghat-twqqif tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Hija haga
maghruf ali kull hseib qaddis dejjem sab xi tfixkil. Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl ma kienetx eccezzjoni. Mons De Piro flimkien ma
l-ulied spiritwali tieghu sofrew hafna minn dawk li ma fehmuhomx. Kien
hafna r-rimarki u azzjonijiet li setghu qatghulhom qalbhom li jzommu
hajja din il-familja religjuza gdid a fi hdan il-Knisja. Biex insemmu
kaz wiehed biss, nikkwotaw sentenza ta' persuna li kellha certa
influenza fil-gzira dak iz-zmien. "Ma nafx ghalfejn din is-Socjeta'
qieghda tezisti!".
Il-hsieb
tal-Fundatur, meta waqqaf din is-Socjeta' kien li l-membri taghha jahdmu
biex ikompli jikber u jinxtered ir-renju ta' Kristu, ghalhekk ried li
l-membri ta' din is-Socjeta' Missjunarja, minn barra li jaghmlu t-tliet
voti essenzjali ta' l-ubbidjenza, tal-faqar u tal-kastita', jaghmlu
wkoll il-vot tal-missjoni li bih jiddikjaraw ruhom lesti biex imorru
f'kull naha tad-dinja fejn l-ubbidjenza tibghathom.
Mons. De
Piro, li kellu qalb ta' "generozita" li tghaggeb, ma habbx lill-Maltin
ta' Malta biss, izda mhabbtu lahqet ukoll lil dawl li qeghdin f'art
il-barranin, 'l boghod minn nieshom u mnghajr sacerdot. "Nahsbu f'hutna
ta' barra", kien ta' spiss itenni. Huwa halla miktub
fil-Kostitutzzjonijiet tas-Socjeta' tieghu, "…ghalhekk is-Socjeta
Missjunarja ta' San Pawl ghal dik li hi missjoni taghti prefernza
lill-emigranti Maltin".
Iz-zmien li
Alla l-Imbierek silef lil Mons. De Piro, kien zmien qasir hafna. Miet
tnax-il sena wara t-twaqqif tas-Socjeta', fl-eta' ta sitta u hamsin
sena. Miet u ma kellux ix-xorti li jara lill-membri tieghu jahdmu fost
huthom ta' barra. Imma bhal dik iz-zerriegha li tmut biex taghti
l-hajja, hekk gara mill-mewt ta' dan il-Fundatur qaddis.
Wara l-ahhar
gwerra, il-Maltin bdew ihallu Malta b'numru kbir. Dun Mikiel Callus,
l-ewwel Superjur naghzul minn fost il-membri ta' l-istess Socjeta' haseb
biex iwettaq il-hsieb ta' Mons. De Piro. Fl-1 ta' Lulju, 1948, Dun
Wistin Grech halla Malta ghall-Awstralja biex jizra' l-ewwel zerriegha
ta' xoghol qalb il-Maltin Emigranti. Dun Wistin dam l-Awstralja ghal
dis' snin u war mar jiftah ukoll l-ewwel missjoni tas-Socjeta' fost
il-Maltin tal-Kanada.
Iz-zerriegha li zera' Dun Wistin Grech illum kibret b'ghoxrin sigra li
jinsabu imxerrdin fl-istati ta' Victoria, West Australia u N.S.W.
fl-Awstalia u Ontario, il-Kanada. Il-Malti Emigrat u s-sacerdot
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl insibuhom dejjem flimkien. Ma
tghaddix sena li ma naqrawx fil-gazzetti li xi sacerdot ta' din
is-Socjeta' se jhalli Malta biex jahdem qalb l-emigranti Maltin.
Il-Malti li
halla art twelidu fors iqatt ma haseb, li Sacerdot patriott Malti,
hamsin sena ilu kien diga qieghed jahseb fih u waqqaf ghalih Socjeta'
Maltija ta' Missjunarji biex jghinuh f'dak kollu li jkollu bzonn.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
15 ta'
Settembru, 1973.
Minn Wiehed
Minnkom
Pg. 5
X'jistenna
l-Poplu mill-Kleru.
Monsinjur De
Piro.
Nhar
it-Tnejn 17 ta' Settembru wiehed minn dawn il-qassisin, li kienu
qassisin mija fil-mija, Monsinjur De Piro jaghlaq tletin sena mejjet.
Kien jappartjeni lil wahda mill-familji l-aktar ghalja ta' pajjizna.
Telaq kollox u bi spirtu enor u kontinwu ta' sagrificcju, iddedika hajtu
ghall-iltiema ta' San Guzepp u ghas-Socjeta' ta' San Pawl li waqqaf
f'Sant'Agata. L-opra tieghu kompliha qaddis iehor, Dun Mikiel Callus.
Waqt li
l-vokazzjonijiet naqsu u xi drabi nixfu, l-vokazzjonijiet ghas-Socjeta'
ta' San Pawl immoltiplikaw ruhhom. Ghad li hemm ukoll fatturi ohra
jigbdu z-zghazagh, b'danakollu s-sejha ta' zewg qaddisin tinhass.
Monsinjur De
Piro ra l-boghod. Intebah li l-emigranti Maltin kellhiom bzonn
tal-qassis missjunarju li jmur jiehu hsiebhom. Fehem illi f'pajjizna,
wkoll tletin sena ilu, l-emigrazzjoni kien se jkollh tikber. U haseb
ghaliha.
Is-Socjeta'
ta' San Pawl, li llum saret tiddependi bhala Socjeta' Missjunarja
rikonxxuta direttament mill-Kongregazzjoni ta' Ruma, tant qeghda tikber
u tixtered illi, ghad li ktibt fuqha drabi ohra, ma nistax inlahhaq
maghha. Issa, f'dawn l-ahhar sentejn, regghet hadet zvilupp kbir. U
gheluq it-tletin sena mill-mewt ta' Monsinjur De Piro, inhoss li ghandi
malli nsib iz-zmien, immur inzur il-qabar tieghu f'Sant'Agata, d-dar li
salvatli hajti fil-gwerra, sabeix nara b'ghajnejja u nkun nista' nerga'
nikteb fuq din l-opra sublimi ta' Monsinjur De Piro, wiehed
mill-qassisin li, fuq kollox, kellu spiritwalita' profonda.
_________________________________________________________________________
Artiklu
Ottubru 1977
ta' Br.
Saviour Sammut M.S.S.P.
"Henjin dawk
li jghammru f'darek;
huma
jfahhruk ghal dejjem.
Henjin dawk
li jsibu l-qawwa taghhom,
li ghandhom
ghal qalbhom il-pellegrinagg ghat-tempju".
"Huma u
ghaddejja minn wied niexef,
ibidluh
f'nixxieghat ta' ilma;
u x-xita
bikrija ibiddluh f'ghadajjar.
Jimxu minn
belt ghal belt,
sa ma jidhru
quddiem Alla f'Sijon."
(Salm 84
(83) 5-8)
Dawn
il-hsibijiet tas-salmista lili jiffigurawli lil Guzeppi De Piro, kemm
bhala sacerdot kif ukoll bhal fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl. L-istat sacerdotali jixhed il-hegga qawwija ta' l-individwu li
jghix qrib il-Mulej. Dan huwa jaghmlu billi jaghtio ruhu ghas-servizz
tieghu: kemm fil-kult litrugiku, kemm fix-xandir tal-kelma tieghu, u
wkoll fl-attenzjoni tal-qdusija personali u ta' l-ohrajn.
Ghax Guzeppi
waqqaf f'hajtu komunit' religjuza, huwa ta lill-Knisja l-milja
tad-dedikazzjoni tieghu. Mhux biss kien kuntent bis-servizz tieghu
fejjiedi u numeruz, iwsq izjed ta' tant responsabilta; izda halla gawhra
Maltija warajh. Fetah socjeta' biex tilqa' fiha lil kul min ried
jinghata lill-Mulej sa jkun dispost ghal kull fejn hu jenhtiea fil-mixja
'l quddiem tal-Knisja fejn ghadha hi ma waslitx! Din il-familja ta'
missjunarji hi l-eku haj ta' sacerdozju genwin u li twettaq fil-milja
kollha tieghu.
Guzeppi
DePiro sa lahaq sacerdot m'hu xejn aktar minn kull zaghzugh iehro ta'
tmiem is-seklu dsatax. L-uniku distintiv partikulari kien tal-familja
tieghu - in-nobilta' Makezi DePiro D'Amico Inguanez Navarra. Izda
l-kwalitajiet sbieh li kienet imzejna din il-familja b'mertu kbir
tas-sinjr Ursula, ftit li xejn ittimbrawha b'dak id-dieher fuqani li
soltu nattribwixxu lil din il-klassi ta' nies. Fidili lejn ir-religjon u
prattikanti, semplici fil-hajja ta' kuljum, minghajr kburija u
presunzjoni, il-Markiza Ursula gharrfet ittella' lid-disgha wlieda,
irgiel u nisa ta; karattru, mahbubin minn kulhadd, lesti li jghinu
lill-batut, imzejna b'vera nobilta' tal-qalb u l-mohh!
Gewwa d-dar,
Guzeppi, bhal hutu kien hu wkoll imidd idu fil-htigijiet ta' kuljum:
jixtri jiknes. Bhal tfal ohra ma naqsux il-brikkunati tieghu; bhal meta
kien jixxabbat mal-kopla tal-Katidral ghall-bejtiet, u wara jerga' ghal
fuq il-bejt tad-dar. Sintendi, minghajr ma jhalli lil ommu tintebah b'li
ghamel! L-iskola mar il-liceo u li wasslitu ghall-universita' fejn beda
l-kors tal-ligi ghal avukat. Qeda d-dmir tieghu lin-Nazzjon u ghamel
erba snis lieva fil-Milizja Maltija. Lura fuq l-istudju, sakemm nhar
it-8 ta' Mejju 1898, ha l-akbar decizjoni ta' hajtu. Halla l-kors tieghu
fil-ligi u ddecieda li jsir qassis.
U hekk kien.
Il-preparazzjoni tieghu fl-Universita' Gregorjana wasslitu fuq l-artal.
Dan sehh nhar il-15 ta' Marzu, 1902 fil-Lateran. F'Malta beda s-servizz
tieghu fil-Qrendi (fejn mar l-aktar mimhabba f'sahhtu). Hames snin wara
twettqet wahda mill-holm tieghu; gie moghti l-kura ta' l-istitut, mhux
le dak ta' san Guzepp izda ta' Fra Diegu il-Hamrun. Ftit ftit ix-xoghol
tieghu f'dan il-qasam socjali tkattar. Insibu direttur ta' l-istitut ta'
San Guzepp, il-Hamrun; ta' Gesu' Nazzarenu, iz-Zejtun; ta' San Guzepp,
f'Ghawdex; u San Frangisk De Paule, Birkirkara.
Barra l-qadi
ta' servizzi ohra kemm istituzzjonali, kemm ekklezjastici, u wkoll
personali, Mons. DePiro qeda lill-Knisja f'karigi governattivi: Insibuh
membru ta' kumitat turistiku fil-Ministeru ta' Informazzjoni Pubbliku;
membru fil-kumitat nazzjonali "Pro Maltesi Morti e Feruti il 7 e 8
Giugno"; membru ta' l-Assembeja Nazzjonali ta' l-1919; u wkoll
fil-Parlament Malti ta' 1919-1921. U fl-1932 kien wiehed
mir-raprezentanti tal-Knisja fil-Parlament.
Izda dak li
tassew jonora lil Mons. DePiro mhux ghajr it-twaqqif tas-Socjeta
Missjunarja ta' San Pawl. Din kienet holma li nibtet f'Capranica fejn
ghadda s-snin taz-zmien l-istudju tieghu ghal sacerdot. Aktar ma mexa 'l
quddiem u ghix is-sacerdozju tieghu din kibret u thegget f'qalbu. Sa ma
fl-ahhar ra l-bidu taghha, kanonikament, nhar l-14 ta' Novembru, 1921.
Minn issa 'l quddiem din saret qalbu. Ma hedhiex sabiex jaraha tibda
tiehu l-hajja u tpoggi fil-konkret l-iskop taghha: L-ewwel missjunarju
hall Malta ghall-Abissinja sitt snin biss wara. Hu stess haseb biex imur
ukoll fl-art tal-missjoni. Kien ga ddecieda dwar dan izda l-mewt
ghallarrieda li giet fuqu waqqfet kull pjan li kellu. Dan gara xahar
biss qabel lahaq wettaq dak li ried! Miet fis-17 ta' Settembru 1933.
Hesrem hall
din il-hajja. Waqt li kien qed imexxi funzjoni religjuza l-okkazjoni ta'
Marija Addolorata fil-parrocca tal-Hamrun, matul l-ghoti tal-Barka
Sagramentali, hassu hazin. Bil-giri ttiehet l-isptar centrali,
il-Furjana, fejn ftit wara miet. Malta kollha bkiet. Bkewh dawk
l-iltiema fl-istituti flimkien mas-sorijiet u l-fratelli taghhom; bkewh
dawk il-foqra li dejjem fittxewh u l-erwieh li sabu fih farag u
ghajnuna; bkewh hutu u l-familjari mal-kleru kollu Malti; bkewh
l-awtoritajiet ekkklesjastici u wkoll civili; bkewh "Uliedu fi Kristu"
fin-nieqa tas-Socjeta' ta' San Pawl. ghalkemm grajjet it-tieni gwerra
dinjija nessiet 'l Mons. Guzeppi DePiro, izda z-zmien li gie warajjha
rega' ta l-hajja lix-xitla li kien halla u li tixhed qdusitu u eghmilu.
Illum
il-gurnata, uliedu fis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl jimlew qalbhom
bil-ferh ghat-tifkira ta' Missierhom DePiro. Jafu lilu b-binja tal-hsieb
ta' Alla dwarhom u l-vokazzjoni taghhom. Il-fedelta' fil-minsterju
sacerdotali li jaraw fil-fundatur taghhom hu ghalihom il-fundament biex
jibqghu maghqudin shih u jkomplu dak li Alla ried minn Mons. DePiro, u
llum, minnhom!
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
Il-Hamis, 27
ta' Ottubru, 1977
Dwardu
Fenech OSA
Pg. 6.
Il-Fundatur
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
It-2 ta'
Novembru ta' din is-sena jahbat l-ewwel centinarju mit-twelid ta'
Monsinjur Guzeppi De Piro, fundatur tas-Socjeta' ta' San Pawl li llum,
wara ghargfien internazzjonali taghha mill-Vatikan, him maghrufa bl-isem
ta' Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. It-titlu 'Missjunarja' kellu
jizdied biex tohrog ahjar in-natura ta' din l-ghaqda, u biex tinghazel
mis-Socjeta' tal San Pawl ta' origini Taljana. Illum din is-Socjeta'
Maltija hi mifruxa f'bosta pajjizi. Bizzejjed insemmu li d-djar taghha
huma mxerrda f'postijiet imbieghda bhall-Awstralja; il-Peru' u l-Kanada
u hemm progetti ta' iktar espansjoni. In-Novizzjat ta' l-ghaqda qieghed
fiz-Zebbug, Ghawdex, filwaqt li d-dar centrali qieghda r-Rabat Malta.
Min Kien.
Mons.
Guzeppi Dei Marchesi De Piro D'Amico Inguanez Navarra twieled fl-Imdina
min-Nobbli Alessandru u Ursula, imwielda Agius Gauci. Hu kien is-seba
wiehed minn disat ahwa, li kollha twieldu Malta, minbasrra marija
Tereza, Karmenu u Santinu li t-tlieta twieldu Firnze. L-ghada tat-twelid
tieghu, jigifieri, fit-3 ta' Novembru 1877, Guzeppi tghammed
mill-Arcipriet il-Kan. V. Magri fil-Katidral ta' l-imdina u nghata wkoll
l-ismijiet: Ganni, Frangisku, Paskal, Dwardu u Nikola. Bhala parrinijiet
kellu lill-Baruni Alessandru Sciberras D'Amico u Marija Anna Agius.
Ta' hdax-il
sena, Guzeppi dahal student fil-Liceo tal-Belt u kemm dam hemm ha hafna
premjijiet daqqa fil-Germaniz, daqqa fid-disinn, daqqa fil-pittura, u
daqqa f'suggett iehor. Hu tghallem il-pittura taht Guzeppi Cali'
(1846-1930). Mill-11 ta' Ottubru 1892 sat-23 ta' Dicembru 1896 hu kien
kadett fil-Militia ta' Malta, u fl-istess intervall, sewwa sew fl-1894,
hu ghadda mill-ezami tal-Matrikola. Bejn l-1894 u l-1897 hu ghamel kors
fl-Universita' fil-Fakulta' ta' l-Arti u x-Xjenza u tghallem il-Latin,
l-Ingliz u t-Taljan bil-Letteratura taghhom, Filosofija Intellettwali u
Morali, Matematika, Fizika u Ekonomija Politika. Hu beda wkoll il-kors
tal-Ligi fl-1897, imma s-sena ta' wara kellu jmur Ruma fejn kellu
missieru qed imut. Dan kien f'Jannar. Fit-30 ta' April 1898 hu kien ma
studenti ohra fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, waqt in-novena
tal-Madonna ta' Pompej, u talab lill-Madonna biex iddawlu fuq is-sejha
tieghu. Hekk wasal biex fit-8 ta' Mejju ta' l-istess sena qataghha li
jsir qassis. Hu tghallem fl-Universita' Gregorjana u kien ordnat
sacerdot fil-15 ta' Marzu 1902 minn Mons. Capetelli fil-Lateran.
Socjeta'.
Kien
fis-sena 1950 li Dun Guzepp De Piro ddiskuta ma' diversi qassisin l-idea
li kienet gietu sa mill-ewwel sena (1898-99) ta' l-istudji tieghu
ghas-sacerdozju li jifforma Socjeta' Missjunarja. Fl-1907 hu mar fid-Dar
ta' San Guzepp biex ikellem lil Dun Gorg Bugeja fuq il-hsieb tieghu.
Tkelloem ukoll ma Dun Gwann Mano, maghruf ghall-hidma tieghu fost
it-tfal f'hal Tarxien, fil-post fejn illum hemm il-knisja, l-Oratorju u
d-dar ta' l-Agostinjani. Kellem ukoll lil Dun E. Vassallo u lil ohrajn.
Fit3 ta'
Awissu 1907, l-Isqof Pace qabbdu jiehu hsieb l-Istitut ta' Fra Diegu
tal-Hamrun li qabel kien f'idejn il-Patrijiet Frangiskani Minuri. Dan
ix-xoghol ghamlu mill-qalb, imma xorta baqa jhoss li kellu jwaqqaf
Socjeta' ghall-Missjonijiet. ghalhekk fid-29 ta' Settembru 1908 hu fetah
qalbu ma l-Isqof Pietru Pace (1831-1941), u ghall-ewwel darba wrieh
x'kien jixtieq jaghmel. L-Isqof qabel ma l-idea. L-istess ghamel Mons.
La Fontaine, Vizitatur Apostoliku, li gharraf b'dan lill-Papa Piju X, u
dan baghat il-benedizzjoni Appostolika tieghu. L-ewwel dar tas-Socjeta'
fethet ufficjalment fit-Triq San Rokku, fl-Imdina fit-12 ta' Gunju 1909.
Kien l-Isqof
Dumnikan Mons. Anglu Portelli (1852-1927) li wara l-mewt ta' Mons.
Pietru Pace hareg il-permess fis-6 ta' Ottubru 1914 li tinghata l-libsa
religjuza lill-membri tas-Socjeta'. Mill-1915 sal-1918 il-fundatur kien
segretarju generali ta' l-Isqof Dom Mawru Caruana O.S.B. Mill-1918
sal-1920 hu kien Rettur tas-Seminarju l-Kbir fl-Imdina. Fl-4 ta' Frar
1921 is-Sagra Kongregazzjoni tar-Religjuzi tat il-permess lill-Isqof
Mawru Caruana biex jipprocedi ghall-erezzjoni kanonka tas-Socjeta'.
Fis-26 ta' April ta' l-istess sena, Mons. De Piro fetha dar gdida
ghas-Socjeta' fil-Palazz Xara, fl-Imdina. L-Isqof Caruana mbaghad hareg
digriet fl-14 ta' Novembru, biex waqqaf kanonikament l-ghaqda ta' De
Piro. Fit-23 ta' Novembru tal-1922, Mons. De Piro sar Direttur tad-Dar
ta' San Guzepp, u fit-22 ta' Dicembru ta' l-istess sena lahaq Direttur
ta' l-Istitut tan-Nazzarenu fiz-Zejtun. Fit-8 ta' Mejju 1923,
il-Kappillan tar-Rabat Dun E. Bonnici ta l-knisja ta' S. Agata
lis-Socjeta'.
L-ewwel
surmast tan-Novizzi u Moderatur ta' l-istudenti kien Patri E. Bugeja
O.S.A. Patrijiet ohra taw ukoll l-ghajnuna taghhom, u fost dawn kien
hemm, per ezempju, il-Gizwiti u d-Dumnikani. Min-naha l-ohra membri
tas-Socjeta' ta' San Pawl taw ukoll l-ghajnuna taghhom lil ohrjan. Hekk,
nghidu ahna, fid-19 ta' Gunju 1927 Bro. Guzepp Caruana telaq lejn
l-Abissinja biex ighin lil Patri Anglu Mizzi O.F.M. Kapp.
Miet
fl-1933.
Mons.
Guzeppi De Piro miet fis-17 ta' Settembru 1933 wara li hassu hazin
fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun, u ttiehed l-Isptar Centrali
tal-Furjana. Hu kien ghad ghandu 56 sena, imma l-opra tieghu kienet
kbira. Hu kien ghen ukoll fl-inkwiet tas-Sette Giunio u fil-kwistjoni
ta' Sir Gerard Strickland.
_________________________________________________________________________
The Maltese
Herald
It-Tlieta, 1
ta' Novembru, 1977
Fr. George
Scerri
Pg. 6.
Ic-Centinarju tat-Twelid ta' Mons. Guzeppi De Piro.
Nhar it-2
ta' Novembru jahbat l-gheluq il-mitt-sena mit-twelid ta' Monsinjur
Guzeppi De Piro, li twieled l-Imdina mill-familja nobble De Piro, tant
maghrufa f'Malta.
Hu beda
l-istudju tieghu fil-Liceo il-Belt Valletta. Kien dejjem minn ta'
quddiem fl-istudju u meta kien ghad ghandu 14-il-sena beda jhoss
il-Vokazzjoni ghal sacerdot. Imma, kif kienet id-drawwa ta' dak I-zzmien
il-familji Nobbli kienu jibghatu lill-uliedhom ghal xi zmien fis-servizz
tal-Milizja, fejn huwa ghadda erba snin. Wara dan beda jistudja l-ligi
Civili fl-Universita ta' Malta. Fit-30 ta' April 1898 waqt li kien qed
jaghmel in-Novena tal-Madonna ta' Pompej, li s-soltu jaghmlu l-istudenti
tal-Universita ha decizjoni li jkompli jistudja ghal sacerdot.
F'Settembru mar joqghod Ruma fil-Kullegg Capranica biex ikompli
l-istudju tieghu fl-Universita' Gregorjana. Fil-15 ta' Marzu 1902 gie
ordnat Sacerdot fil-Bazilika tal-Lateran Ruma.
Wara li
spicca l-istudju tieghu rritorna lejn Malta, u ma' diversi sacerdoti
hbieb tieghu, fosthom Dun Gorg Bugeja, Direttur tal-Istitut ta' San
Guzepp wera l-hsieb li kellu sabiex iwaqqaf socjeta ta' Sacerdoti biex
imorru jahdmu fil-Misjonijiet. Dan is-sacerdot ghalkemm gej minn familja
nobbli dejjem mexa ta' bniedem umli u fittex li jghin il-haddiem,
il-fqir u l-orfni. Fit2 ta' Awissu 1907, l-Isqof Pace ghamlu Direttur
tal-Istitut ta' Fra Diegu tal-Hamrun, u wara ftit taz-zmien wera
lill-Isqof Pace bix-xewq li kellu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja.
F'Novembru 1909 gie Malta l-Vizitatur Apostoliku, Monsinjur La Fontaine
u Dun De Piro wrieh ix-xewq tieghu li jwaqqaf Socjeta Missjunarj. Dan
inkoraggieh hafna u meta rritorna Ruma tkellem mal-Papa Piju X u qallu
bil-hsieb ta' Dun De Piro, u l-Papa stess baghat il-Barka tieghu lil
dawn is-sacerdoti likellhm jiffurmaw din is-Socjeta'. Sentejn wara
il-Papa baghat il-Barka Apostolika lil Dun De Piro u lis-Socjeta' li
waqqaf.
L-ewwel dar
tas-Socjeta' kienet l-Imdina u l-ewwel zewg membri bhala postulanti
dahlu fit-30 ta' Gunju 1909,u minn dak in-nhar is-socjeta' bdiet miexja
'l quddiem.
Fl-1920 Dun
Guzepp De Piro lahaq Monsinjur Dekan tal-Katidral. Din il-kariga zdiedet
mal-hafna karigi gholjin li kellu bhala Rettur tas-Seminarju, Membru
tal-Kamra Pontificja, Direttur tad-Dami tal-Karita' u Direttur
tal-Assocjazzjoni tas-Sacerdoti tal-Adorazzjoni Perpetwa. Fl-1922 gie
mahtur Direttur ta' San Guzepp tal-Hamrun u tal-Istitut ta' Gesu
Nazzarenu taz-Zejtun. Fl-1925 waqqaf l-Istitut ta' San Guzepp,
Ghajnsielem Ghawdex.
Fost dan
ix-xoghol kollu li kellu afdat f'idejh Monsinjur De Piro l-aktar li
kellu ghall-qalbu kienet is-Socjeta' Missjunarja li waqqaf ghax fiha
kien jara l-possibilta' li l-quddiem jkun jista' jibghat sacerdoti
jahdmu fil-missjoni. Fl-1927 talbuh biex jibghat xi missjunarji
gol-Abissinja u l-ewwel wiehed li mar kien Brother Joseph Caruana li
qatta hajtu kollha jahdem qalb is-Somali. Hu miet sentejn ilu.
Fis-sena
1932, l-Arcisqof Caruana ghazel lil Mons. De Piro biex ikun
ir-rapprezentant tieghu fis-Senat ta' Malta u wara gie nnominat kappilla
ta' l-istess Senat. Wara hafna tahbit kellu ix-xorti li jara
l-Motherhouse ta' Sant'Agata imbierka mill-Isqof Caruana. Fl-24 ta'
Lulju 1933 marru joqghodu hemm l-ewwel ftit membri tas-Socjeta'. Erba'
xhur waraf dan Alla ghogbu jsejjahlu biex jiehu il-hlas tal-opri tajba
li kien ghamel. Fis-17 ta' Settembru 1933 waqt li kien se jaghti l-Barka
Sagramentali hassu hazin f'riglejn l-artal tal-Parrocca tal-Hamrun. Minn
hemmhekk gie mehud l-Isptar Centrali tal-Floriana fejn miet qalb it-tfal
li tant kien ihobb. Kellu funeral mill-isbah u attendew bosta nies
prominenti inluz il-Gvernatur Sir David Campbell.
Izda
x-xoghol li kien beda ma spiccax mal-mewt tieghu, ghax ix-xewqa tieghu
li "Nahsbu f'hutna ta' barra" gie mwettqa meta fl-1948 zewg sacerdoti u
brother hallew Malta biex jigu jahdmu fost il-Maltin tal-Awstralja. Dawn
bdew ix-xoghol taghhom gewwa Melbourne. Illum is-Socjeta' Missjunarja
ta' San Pawl ghandha 15 il-sacerdot u seba studenti jahdmu fost
il-Maltin ta' Melbourne, Sydney u Perth.
Ghalhekk hu
xieraq f'din is-sena tac-centinarju tat-twelid ta' Monsinjur De Piro
niftakru f'dan il-bnedem li tant hadem ghall-fqir, ghall-orfni u
ghall-haddiem f'Malta u li permezz tas-Socjeta' li waqqaf ghadu jahdem
ukoll fost il-Maltin hawn fl-Awstralja.
Biex jigi
ccelebrat dan ic-Centinarju go Melbourne sejra ssir quddiesa
koncelebrata fil-Parrocca ta' Saint Bernardette's North Sunshine nhar
il-erbgha 2 ta' Novembru fis-7.00pm. Il-prim Celebrant se jkun l-Isqof
J. O'Connell flimkien mas-sacerdoti tas-Socjeta'. Mal-Awstralja kollha
kull fejn hemm id-djar tas-Socjeta' se jsiru celebrazzjonijiet simili.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
L-Erbgha, 2
ta' Novembru, 1977
…………….
Pg. 4
Hidma
b'tifkira tal-fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Matul dan
ix-xahar is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl se torganizza diversi
attivitajiet biex tfakkar il-100 sena mit-twelid ta' Monsinjur Guzeppi
De Piro, fundatur taghha.
Bhala bidu
ta' dawn l-attivitajiet sar seminar ghall-membri kollha tal-M.S.S.P. li
jisabu f'Malta dwar l-ispiritwalita' ta' Monsinjur De Piro.
Mons. De
Piro hu deskritt bhala qassis li ghadda hajtu kollha jahdem bla waqfien
ghall-foqra, l-orfni u l-haddiema.
Huwa kien
Rettur tas-Seminarju u Segretarju tal-Kurja ta' l-Arcisqof. Huwa kien
jiehu hsieb hamest id-djar ghat-tfal iltiema u sfortunati.
Mons. De
Piro kien ha sehem attive biex jintemm l-irvell tas-Sette Giugno 1917.
Ta s-sehem tieghu wkoll fl-Assemblea Nazionale biex tingieb
il-Kostituzjoni tal-1919-21. Fl-1932 huwa hadem biex il-Gvern Ingliz
jaghti l-elezzjonijiet lill-poplu Malti u kien ukoll medjatur fl-inkwiet
politiko-religjuz fi zmien Lord Strickland.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl, li waqqaf Mons. De Piro, ghandha l-hidma
taghha mifruxa f'hafna artijiet tad-dinja. Minbarra djar f'Malta u
f'Ghawdex, is-Socjeta' ghandha djar ohra fl-Awstralja, fil-Kanada u
fil-Peru'.
_________________________________________________________________________
Pastor.
(Rivista Pastorali)
Novembru
1977
Dun James
Bonello, M.S.S.P.
Pg. 260
Mons.
Guzeppi De Piro
Qassis ghal
Zmienna.
"Bniedem
nobbli fit-twelid tieghu u fl-istat sacerdotali li ghazel, baqa' nobbli
sa l-ahhar mument ta' hajtu, fis-sentimenti, fl-imgieba u fl-eghmil
kollu tieghu." Dan il-kliem editorjali ta' Lehen is-Sewwa tat-23
ta' Settembru, 1933, kien jigbor fih dak li gurnali ohrajn kitbu fuq
Monsinjur Guzeppi De Piro immedjatatment wara l-mewt tieghu ta' malajr
nhar is-17 ta' Settembru ta' l-istess sena izda fuq kollox kien ifisser
ukoll dak li kien ihoss verament il-poplu Malti fil-fond ta' qalbu lejn
dan is-sacerdot li habta u sabta kellu jsib ruhu mifrud minnu meta kien
ghad kellu biess sitta u hamsin sena. Mal-mijiet ta' tfal li kienu sabu
ruhom orfni ghat-tieni darba bil-mewt ta' dan il-qassis li kienu sabu
ruhom orfni ghat-tieni darba bil-mewt ta' dan il-qassis li kien jiehu
hsiebhom verament bhala t-tieni missierhom, is-Socjeta' ta' San Pawl
sabet ruhha mighajr il-missier taghha wkoll, ftit biss wara t-twaqqif
taghha.
Mons. De
Piro kien halla vojt kbir f'qalb il-poplu Malti kollu li qajla seta'
jimtela malajr. Ghax tassew li hu kien nobbli fit-tweld tieghu, imma
nistghu nghid li l-hajja sacerdotali li huwa ghex u l-apostolat kontinwu
li huwa wettaq favur s-sezzjonijiet kollha tas-socjeta' Maltija ghamlu
minnu bniedem wisq iktar nobbli fil-vokazzjoni tieghu sacerdotali. Kien
tassew xempju ta' sacerdot li l-kleru Malti gahndu ghalfejn ihares lejh
bi gratitudni u ammirazzjoni, bhalma jhares lejn il-figura ta' Dun Gorg
Preca, il-Kappillan karlu Manche' u numru ta' qassisin ohrajn Maltin li
f'hajjithom riedu tassew ighixu s-sacerdozju taghhom fil-milja kollha
tieghu.
Il-figura
ta' dawn is-sacerdoti Maltin bhalna jehtieg li nzommuha kontinwament
quddiem ghajnejna fi zminijietna meta xi whud minna jista' jigihom
id-dubju jekk il-qassis ghadx ghadu daqstant apprezzat fid-dinja ta'
llum. L-istima u l-imhabba li l-poplu wera lejn dawn is-sacerdoti nahseb
li fuq kollox huma gejjin minn fatt wiehed komuni ghalihom ilkoll.
Il-poplu fittex xi haga go fihom u sabha u ghalhekk ma ddisappuntawhx.
Fihom il-poplu kien jara tassew il-bniedem ta' Alla u hajjithom stess
iktar minn kull haga ohra li kienu wettqu kienet il-kawza ta' l-akbar
ammirazzjoni u edifikazzjoni. Hajjithom f'kelma ohra kienet tassew hajja
evangelika, rifless ta' dik l-imhabba shiha li huma kellhom lejn Alla u
li kull wiehed minnho0m fissirha b'mod prattiku f'imhabba lejn ghajru
skond il-karizma personali tieghu.
Trobbija
Nisranija.
Ezatt mitt
sena ilu, fit-2 ta' Novembru, twieled Guzeppi De Piro fil-belt ta'
l-Imdina, is-seba' minn disa' wlied tan-nobbli Alessandro De Piro u
Ursola Agius. Tghammed il-jum tal-ghada fil-Katidral u l-parrinijiet
tieghu kienu l-Baruni A. Sciberras D'Amico u Marianna Agius. Guzeppi sab
fil-familja tieghu mhux biss l-ghozza u l-imhabba , imma wkoll trobbija
Nisranija mill-ahjra.
Is-Sinjura
Kika, kif kienet maghrufa omm Guzeppi, kienet mara relugjuza hafna u ta'
dixxiplina. Ghalkemm fid-dar kellha s-sefturi kienet tkun trid li t-tfal
taghha kollha, subien u bniet, jaghmlu xi bixxa xoghol fid-dar.
Ix-xoghol ma kenitx thares lejh bhala xi dizunur. Mhux biss, izda
lit-tfal taghha kienet tqabbadhom jitghallmu xi sengha u Guzeppi
fil-fatt tghallem is-sengha ta' landier.
Beda l-Kors
tal-Ligi.
Guzeppi
studja l-Liceo, il-Belt, fejn huwa hejja ruhu ghall-ezamijiet
tal-matrikola. Fis-sena 1897 huwa beda l-kor regulari tal-Ligi, imma
f'dan il-kors ma tantx kellu jdum wisq ghax matul in-novena tal-Madonna
ta' Pompej, li ghamel flimkien ma' shabu universitarji, huwa kien
qieghed jitlob lill-Madonna turih x'kien irid Alla minnu. Fit-8 ta'
Mejju, nhar il-festa tal-Madonna, hass li seta' jiehu decizjoni u meta
gharraf lil ommu li xtaq jibda l-kors tat-Teologija hija berkitu u
inkaraggietu fid-decizjoni tieghu.
Mar Ruma
jistudja fl-Universita' Gregorjana filwaqt li kien residenti fil-kullegg
tal-Capranica. F'Dicembru ta' l-1901, waqt li kien qieghed jaghmel
l-irtir bi thejjija ghall-ordinazzjoni tad-djakonat, ha wahda
mid-decizjonijiet importanti ta' hajtu. L-Isqof Pace kien ilu zmien
ihajjar lil guzeppi de Piro biex ikompli l-istudji ekkelzjastici
fl-Accademia Ecclesiastica biex ikun jista jaqbad il-karriera
diplomatika. Hu min-naha tieghu kien ilu zmien jixtieq li, meta jigi
lura Malta, imur joqghod fl-Istitut ta' San Guzepp ma' Dun Gorg Bugeja.
F'dan l-irtir halla miktubin ir-ragunijiet favur u konta ral-ghazla
definittiva li kellu jaghmel. Izda r-ragunijiet ghalix ma xtaqx jaqbad
il-karriera diplomatika ghalih kienu aktar konvincenti.
Fost
il-ghaxar ragunijiet li kiteb ghaliex m'ghandux jaqbad din it-triq, uhud
jixhdu s-sens kbir u profond li kellu lejn il-hajja umli li dejjem wera
tul il-hajja sacerdotali tieghu kollha. Li kellu jaqbad il-karriera
diplomatika keinbhal donnu se jqieghed lilu nnifsu ghall-wiri filwaqt li
kie jaf fic-cert li Kristu jhobb 'il dawk l-erwieh li jhobbu jinhbew
minn ghajnejn in-nies. Meta jieqaf jahseb fuq in-nuqqasijiet tieghu,
jara kemm huwa ma kienx jisthoqqlu ghajr swat u altru li mhux xi
prelatura u xi kariga diplomatika. Ghalih il-hsieb biss li se jsir
sacerdot kien diga' xi haga kbira zzejjed. Meta fil-fatt baghat risposta
lill-President ta' l-Accademia Ecclesiastica li mhux se jaccetta jkompli
l-istudji tieghu hemm, hass konsolazzjoni kbir meta ftakar li bhal Gesu'
kien ghazel il-kuruna tax-xewk u mhux dik tal-ward.
Fid-Dar ta'
San Guzepp.
Meta Dun
Guzepp De Piro gie biex jaghzel ghal liem xoghol kien se jinghata,
insibu li r-ragunijiet li ghalihom ried jibda jahdem fid-Dar ta' San
Guzepp jixhtu daw qawwi fuq it-tip ta' hajja li ghex: xtaq jghix
flimkien ma' sacerdoti ohrajn li kienu diga' qeghdin imexxu d-Dar ta'
San Guzepp; xtaq ipatti ghan-nuqqasijiet tieghu, l-iktar dawk li kienu
ta' xi hsara ghall-proxxmu; seta' jimita iktar mill-qrib lil Gesu'; ghax
li kellu jghix ma' tal-familja seta' jqieghed lilu nnifsu fil-periklu li
jorbot qalbu mal-flus, u l-flus kienu jimlewlu hsibijietu u jehdulu
hafna minn hinu; fid-Dar ta' San Guzepp seta' b'mod iktar facli
jezercita l-virtu' tal-faqar, ghalkemm ma' kein marbu tbil-weghda
tieghu; u b'xi mod seta' wkoll jitharreg iktar fil-virtu' ta'
l-ubbidjenza.
Fqir Fost
il-Fqar.
Dawn
il-hsibijiet li Guzeppi De Piro gab quddiem ghjaneh fil-bidu tal-hajja
sacerdotali tieghu kellhom isrvuh bhala l-principji li fuqhom ried
ifassa hajtu. nafu mill-hall li ghex li dawn ghalih ma kienux pricipji
fiergha, imma gwida tassew ta' hajtu. Il-wiehed u tletin sena tieghu ta'
sacerdozju kienu mimlija kollha bl-appostolat, specjalment fost il-fqar
ta' pajjizna.
Mhux biss
hadem ghalihom u habbhom, izda hu li kollox seta' ghenu biex ighix hajja
ta' kumdita' u lussu, ghazel li jghix ta' fqir fost il-fqar. Mhux ta'
b'xejn li met ommu kienet tarah gej kienet dejjem tghid: "Gej il-fqir
tieghi". Il-karita' ma kienx jaghmilha biss mat-tfal ta' l-istituti,
izda ma' kull min kien jersq fuqu biex jitlobhiehlu. Mhux l-ewwel darba
li kien jispicca bla flus fil-but u kien ikollu jitla' lejn l-Imdina
bil-mixi.
Hajtu ma
tantx kien fiha mistrieh. Kien Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral. Ghal xi
zmien okkupa l-karigi ta' Segretarju ta' l-Isqof u ta' Rettur
tas-Seminarju. Kien difettur tad-"Dame della Carita", ghaqda li kienet
tifttex tghin lill-fqar u li ommu kient il-presidenta taghha; ghen
fil-bini tas-Santwarju ta' Pinu, Ghawdex; ha sehem importanti
fl-Assemblea Nazzjonali ghalll-formulazzjont tal-kostituzzjoni l-gdida
ta' Malta tal l-1921 u iktar tard fis-sena 1932 tal l-ghajnuna tieghu
ukoll biex fix-xahar ta' Gunju ta' dik is-sena jsiru elezzjonijiet
hielsa. Servawkoll bhala rapprezentant ta' l-Isqof fis-Senat.
Barra minn
dan, kien membru ta' diversi ghaqdie ohra. U dan kollu kien jaghmlu
barra xoghlijie ohra li keinu jedulu hafna zmien. Sal-gurnata tal-mewt
tieghyu kien direttur ta' hames istituti differenti tat-tfal. Kien ukoll
qieghed jghin lis-Sinjorina Guzeppina Curmi twaqqaf kongregazzjoni
religjuza ta' sorijiet fl-Istitut ta' Gesu Nazzarenu, iz-Zejtun.
Is-"Sette
Giugno"
Matu hajtu
kollha Mons. De Piro ghara joqghod 'il boghod mill-politika met fi
zmienu diversi sacerdoti prominenti kienu qeghdin jiehdu parti attiva
fiha. U minhabba li hu qatt ma esprima ruhu politikament kien mizmum
b'rispett minn kulhadd. dabn ir-rispett li dejjem kien igawdi mal-poplu
u ma' l-awtoritajiet, swielu biex itaffi xi ftit mill-qilla tal-poplu
fir-rewwixta tas-"Sette Giugno" meta f'waqt minhom ghall-kelma teighu
l-poplu mghaddab tferrex u rega' lura lejn daru fil-kalma.
Snin wara,
il-personalita' dinjituza u fl-istess hin umli tieghu ghamlitu l-persuna
idejali biex ikun il-medjuatur pricipali biex tissewwa l-kwistjoni
plitiko-religjuza kbira ta' zmien Lord Stickland. Kienu l-inizjattiva
tieghu u t-tattika tieghu, imma fuq kollox is-sincerita' tieghu, li
ghamluh persuna accettabli ghaz-zewg nahat. Hadd iktar minnu ma kien
igawdi l-fiducja tan-nahat kollha u kellu l-kwalitajiet mehtiega bie
iressaq iz-zewg nahat lejn xulxin b'success. Fi zminijiet imqallba u ta'
firda Mons. De Piro kien baqa' jghix il-hajja sacerdotali tieghu bie
spritu kbir ta; sagrificcju ui mis-sacerdozzju tieghu ghamel pont ta'
ghaqda bejn is-sezzjoniniet kollha tas-socjeta' Maltija.
Interess
fil-Missjonijiet.
Dak li
ghidna sa issa fuq Mons. Guzeppi De Piro kien iktar minn bizzejjed biex
jimla l-hajj ta' bniedem habrieki. Imma min ikun verament ihobb
il-generozita' ma tantx ikun jaf jaghmel limiti. Imferrex matul hajtu
kollha, Mons. De Piro kellu interess kbir iehor ghal qalbu u dan kien
l-interess fil-missjonijiet. Kien ghadu lanqas biss qaddes meta hu hass
xi haga go fih x'tghidlu li Alla qed isejjahlu biex mill-Istitu ta' San
Guzepp jifforma socjeta' missjunarja Maltija li permezz taghha Malta
jkollha hi wkoll l-istitut taghha propju li jiehu hsieb jibghat
il-missjunarj f'artijiet tal-missjoni.
Fil-kitbiet
tieghu nsibu car u tond li s-socjeta' li kellu jwaqqaf kien fi hsiebu
socjeta li tibghat il-missjunarji qalb l-infidili, imma minhabba
f'diversi diffikultajiet li kellu jhabbat wiccu maghhom, biex ikun
jista' jiffacilita' t-twaqqif tas-socjeta tieghu, fil-bid
lill-kongregazzjoni tieghu ried ukoll jorjentaha lejn il-maltin li dak
iz-zmien kienu qeghdin isiefru lejn l-Afrika ta' fuq. Imma fil-fatt
lill-ewwel missjunarju teighu, Fra Guzepp Caruana, baghtu fl-Abissinja.
U sewwa sew ftit gimghat biss qabel il-mewt tieghu kien qieghed ihejji
kollox biex hu stess iwassal tliet sacerdot tas-socjeta' u erba' sorjiet
Frangiskani fil-missjoni ta' l-Abissinja.
imma
l-Providenza kienet qieghda thejjih ghal vjagg itwa ghax nhar is-17 ta'
Settembru 1933, filwaqt li kien qed jiccelebra l-fest tad-Duluri, li
saret ghall-ewwel darba fil-Hamrun bis-sahha tieghu, waqt li kien
qieghed fuq l-artal biex ighati l-Barka Sagramentali, hassu hass hazin u
miet ftit wara fuq sodda go sala tat-tfal fl-isptar Centrali,
il-Furjana. "Ghex ghat-tfal u miet mat-tfal", kien il-kumment ta' wiehed
mill-professuri li assistewh sa l-ahhar.
Il-hajja
sacerdotali tieghu kienet taf il-bidu taghha lill-Madonna ta' Pompej u
Alla ried li hu jtemmha waqt li qed jiccelebra l-festa tad-Duluri
tal-Madonna. Il-hajja ta' attivita' kbira ta' Monsinjur Guzeppi De Piro
kellha dejjme bhala sisien taghha r-rabta mal-volonta' ta' Alla u
l-ghaqda mieghu fit-talb u kien propju f'mument ta' talb li Alla
sejjahlu ghalih.
Bil-mewt
tieghu Malta tilfet wiehed mill-ulied ewlenin taghha. Il-funeral li
sarlu wiehed jista' jiddeskrivih bhal avveniment nazzjonali li fih hadu
sehem il-kategoriji kollha tas-socjeta' Maltija. Kien il-mod kif
il-poplu Malti ried jghid grazzi pubblika lil min f'hajtu nes ghal kolox
lilu nnifsu biex haseb f'haddiehor.
Illum, ezatt
mitt sena mit-twelid ta' dan il-bniedem li sta' facilment gahdda
mill-hajja bla tahbit ta' xejn, imma li ried fuq kollox isegwi mill-qrib
il-hajja evangelika ta' faqar fil-hajja sacerdotali attiva tieghu,
il-Maltin anzjani ghadhom izommu f'mohhom u f'qalbhom tifkierie
mill-iktar sbieh tieghu. Il-generazzjonijiet il-godda ftit li xejn jafu
fuqu. Id-diversi karigi lihu okkupa mtlew minn personalitajiet ohrajn.
Imma
l-ispirtu li qanqal lil Mons. De Piro ghadu ma mietx, ghalu qieghed
jinghx mill-membri tas-socjta' missjunarja li waqqaf hu stess. Gralu
bhall-qamha li kellimna fuqha Kristu fl-Evangelju. Meta hu miet u
tqieghed that it-trab, war snin, is-sigra li kien hawwel hu ssahhet,
kibret u bdiet taghti l-frott u llum tinsab mferrxa fl-Awstalja,
il-Kanada, il-Peru' u fid-djar li ghandha f'Malta u Ghawdex. Minghajr ma
kien ippjanat lijkun hekk, dakinhar tat-2 ta' Novembru, li jahba
ezattament eghlu il-mitt sena mit-tweld ta' Mons. De Piro, wiehed
mill-missjunarji tieghu ghandu jkun fl-ajru fi triqtu biex jinghaqad ma'
erba' shabu ohra fil-missjoni li s-Socjeta' Missjunarja ta' San pawl
ghandha gewwa l-Peru'. Fil-vokabularju Nisrani l-kliem kumbinazzjoni u
konicidenza ma tant jaghmel sens. Fatt bhal dan ma huwa xejn hlief prova
ohra ckejkna li ghadu jbierek ix-xoghol fejjiedi li Mons De Piro beda
matul hajtu.
_________________________________________________________________________
L-Orizzont
L-Erbgha, 9
ta' Novembru, 1977
Fr. Norbert
Bonavia M.S.S.P.
Pg. 11
Nota ta'
l-Editur: Mons. Guzeppi De Piro.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl, fix-xahar ta' Novembru qed ticcelebra gheluq
il-mitt sena mit-twelid tal-fundatur taghha: Monsinjur Guzeppi De Piro.
Mons. De
Piro kien qassis li hajtu ghaddiha f'hidma bla waqfien ghall-foqra,
l-orfni u l-haddiema. F'hajtu ghamel zmien Rettur tas-Seminarju;
Segretarju tal-Kurja ta' l-Arcisqof; kien jiehu hseib hamest idjar
ghat-tfal iltiema u sfortunati; kellu parti attiva biex jintemm l-irvell
tas-"7 Giugno 1919"; fl-Assemblea Nazionale biex tingieb
il-Kostitutzzjoni ta' l-1919/21; fl-1932 ta sehmu biex il-Gvern Ingliz
jaghti l-elezzjonijiet lill-poplu Malti, u ghamilha ta' mejatur
fl-inkwiet politiko-religjuz fi zmien Lord Strickland.
Barra minn
hekk hu waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li l-hidma taghh hi
mifruxa f'hafna artijiet mad-dinja. Is-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl, minbarra f'Malta u f'ghawdex, ghandha djar ohra fl-Awstralja,
fil-Kanada u fil-Peru'.
Bhala
tifkira ta' dan l-ewwel centinarju, is-Socjeta' Missjunarja ta' san Pawl
bhalissa qed torganizza bosta attivitajiet.
-------------------------------------------
Il-Fundatur
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Kieku ma
hawn xi nies li jaghtu kaz ta' dati mportanti - bhal, inghid ahna, meta
spiccat il-gwerra, meta hadna l-Indipendenza, meta Matla saret
Repubblika - dawn id-dati jintilfu u maghhom jintilef hafna gid.
Wahda
mid-dati mportanti li tajjeb din is-sena ma nhallux ghaddejjha hija t-2
ta' Novembru, 1877. Dak in-nhar twieled Mons. Guzeppi De Piro.
Ghal xi whud
Mons. De Piro hu maghruf bizzejjed, izda hafna ohrajn ma jfaux min kien
dan il-bniedem li f'hajtu hadem kemm felah, ghamel gid madwaru, ma' kull
min kellu x'jaqsam mieghu, u anke haseb biex jaghmel il-gid barra minn
pajjizu, li ftit johlmu li jwettquha.
Mons. De
Piro twieled l-Imdina minn familja nobbli u sinjura. Biss din il-hajja
hu ma ridhiex. Ghalhekk war lis ar qassis huwa sar midhla ta' l-istitut
ta' San Guzepp f'Santa Venera. Dan ix-xoghol kien ghal qalbu ghax din
kienet il-kwalita' ta' hajja li ried jghix: ta' fqir mal-fqar.
Wara l-mewt
ta' Dun Gorg Bugeja, sar direttur ta' dan l-Istitut. Hekk ukoll gara
wara l-mewt ta' Fra Diegu: l-Isqof fdalu t-tmexxija ta' l-Istitut ta'
dan il-Fratell qaddis.
Biss ma
kienx kuntent: ma' dawn it-tnejn huwa zied tlieta ohra, biex b'hekk
kellu that il-kura tieghu hames istituti.
Ghal dawn
l-istituti huwa berbaq kull sold li kellu, ghax dak iz-zmien l-istitu
kienu mimlijin tfal. L-ghaxqa tieghu, jghidulna dawk li jiftakruh kienet
issa jqassam il-helu lil danw it-tfal, issa jaghtihom xi gugarell -
imbasta jarahom kuntenti.
F'hajtu sab
hin ukoll biex jghin fill-formazzjoni tas-sacerdoti, ghax huwa kien
Rettur tas-Seminarju. Is-Sacerdoti, li fi zmienu kienu seminaristi,
jghidulna li kull meta kien ikollu ghalfejn jikkoregihom kien ikollu
dejjem tbissima fuq xoftejh, imbaghad kien jispicca jghidilhom: "Kunu
sacerdoti qaddisin".
Mons. De
Piro li jghid kien jipprova jpoggieh fil-prattika. Bie aktar jitqaddes
hu u jqaddes lil ohrajn, kien membru ta' l-ghaqda "Sacerdoti Adoraturi"
u membru fil-Missjoni li tant taghmel gid sal-lum f'kull parrocca.
L-Arcisqof
Mauro Caruana, li gharaf fih bniedem mimli talenti u ta; natural
habrieki, ghazlu bhala Segretarju fil-Kurja, pozizzjoni li kif jaf
kulhadd hija delikata u iebsa. Ghalhekk kienet haga sewwa li dan
il-bnedem jigi moghti l-unur li jkun Dekan tal-Kapitlu Metroplita.
Hafna drabi
jigri li nies li jkollhom hafna x'jaghmlu aktar isibu min jaghtihom
x'jaghmlu. Hekk kien Mons De Piro, ghalix ma dak ix-xoghl kolli li
kellu, l-Arcisqof ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru fis-Senat.
Anke
hawnhekk Mons. De Piro ma qaghadx bi kwietu. Dak kolli li kien jara ta'
gid kienifahhru imma fejn ikun hazin jieqaflu. Il-pariri ghaqlin tieghu
swew mhux ttit f'dan ix-xoghol gdid. Kien igawdi fama kbira mal-poplu
Malti u ghalhekk sewa hafna l-indhil tieghu biex jikkalma lill-poplu
fir-rewwixta tas-7 ta' Gunju, 1919.
Imma l-ikbar
opra li ghaliha jibqa zgur imsemmi hi s-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl. Minn mindu kien ghadu seminarista f'Ruma, kien dejjem iredden
f'mohhu l-hsieb li Malta ghandha x-toffri lid-dinja, mhux deheb jew zejt
if jaghtu artijiet ohra, imma l-fidi.
Ghalhekk
huwa haseb biex iwaqqaf kongregazzjoni ta' l-irgiel, l-unika wahda
Maltija, biex il-membri taghha jwaslu l-fidi fejn hemm nuqqas ta'
sacerdoti. B'dan l-ideal car quddiemu beda jigbor iz-zghazagh.
Il-Qaddis
Papa Piju X gharaf il-hsieb ta' Mons. De Piro, u kitiblu ittra biex
ibierek lilu u l-membri tieghu, u fl-istess hin iqassilhom qalbhom.
Imheggin biex il-messagg ta' Kristu jasal lil min hu ghtxan ghalih,
Mons. De Piro baghat bhala l-ewwel misjunarju tieghu fl-Abissinja lil
Fra Guzepp Caruana.
Lil min
ihobbu, insibu fl-Iskrittura, Alla jsejjahlu kmieni, u lil Mons. De Piro
l-Mulej sejjahlu meta kellu biss sitta u hamsin sena. Miet f'riglejn
l-artal waqt li kien qieghed jaghti l-barka sagramentali fil-knisja ta'
San Gejtanu, il-Hamrun nhar is-17 ta' Settembru, 1933, war l-purcissjoni
tad-Duluri.
Il-funeral
li kellu kien xhieda bizzejjed tar-rispett li kienet iggiblu Malta
kollha. Bizzejjed insemmu li ghall-funeral kien hemm mill-izghar sa
l-oghla persuna f'Malta. Fuq fomm kulhadd kienet tinstema' l-kelma: miet
'Missier il-Fqar'.
Ezempju
tieghu u regoli li halla Monsinjur Guzeppi De Piro lill-membri
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, is-socjeta' li waqqaf hu nnifsu,
huma gawhar prezzjuzi li fuqhom iridu jfasslu hajjithom. Permezz taghhom
huma jridu jkomlu jzommu haj l-ispirtu tal-fundatur imhabba u hidma
fil-hdan tal-Knisja ta' Kristu.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
L-Erbgha, 16
ta' Novembru, 1977
………..
Pg. 4
Imfakkar
Mons. De Piro.
Bhala parti
mic-celebrazzjonijiet ta' gheluq il-100 sena mit-twelid ta' Mons.
Guzeppi De Piro, nhar il-Hadd ghadd ta' membri tal-kleru regolari u
djocesan ghaddew nofs ta' nhar flimkien fid-Dar ta' Sant' Agata,
ir-Rabat.
Il-laqgha
giet organizzata mis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl u mis-Socjeta'
tal-Kleru Christus Rex.
Wara li daru
d-Dar u l-wirja mhejjija ghall-okkazjoni, is-sacerdoti semghu diskors
minn Dun Stanley Tomlin, Superjur Generali tal-M.S.S.P. Huwa qar
telgramm tal-Papa li fih fahhar u bierek il-hidma tas-Socjeta'.
Is-Superjur
Generali qal li Mons. De Piro rnexxielu jghaqqad flimkien hajja ta'
hidma kbira u hajja ta' talb. Il-holma tieghu kienet minn dejjem li
jwaqqaf socjeta' missjunarja Maltija. Huwa kien ihoss li Malta ma
setghetx taghti lill pajjizi ohra ghana materjali, imma setghet tibghat
hafna sacerdoti biex iwasslu l-fidi f'artijiet ohra.
Fr. Tomlin
kompla jghid li l-fundatur ma halliex gid materjali lis-Socjeta' tieghu
ghax miet fqir imma hallielha wirt spiritwali mill-isbah. Huwa nissel
fis-Socjeta' spirtu ta' mhabba u servizz lejn xulxin. Huwa nsista wkoll
fuq spirt ta sevizz lej il-Knisja u l-poplu Nisrani.
Mimlija
b'dan l-ispirtu s-Socjeta' dejjem hadmet mignhar ma fittxet l-interssi
materjali. Hija qieghda zzomm l-uniku kullegg f'Malta minghajr hlas.
Fl-Awstralja hija tat bicca art, li hu kkalkulat li tiswa kwart ta'
miljun dollaru Awstraljan, biex jinbena centru ghall-Maltin.
Is-Superjur
Generali tal-M.S.S.P. qal li s-Socjeta' m'ghandhiex x'jaghmel tajjeb
izda dejjem afdat fil-Provvidenza t'Alla u l-Provvidenza qatt ma naqset.
Is-Socjeta'
dahlet fil-qalb tal-Maltin u dan jidher mill-ghadd kbir ta benefatturi
generuzi li ghandha.
Dun Tomlin
temm id-diskors tieghu b'appell herqan lill-kleru biex isir jaf aktar
lis-Socjeta' u b'mod specjali, biex jahdem ghall-vokazzjonijiet fi
hdanha.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 19
ta' Novembru, 1977
Victor
Livori M.S.S.P.
Pg. 2.
MONS.
GUZEPPI DEPIRO
Mitt sena
minn twelidu (1877 - 1977)
Fit-2 ta'
Novembru, 1877, twieled ghad-dell tal-Katidral tal-Imdina Mons. Guzeppi
DePiro. F'Gheluq ic-centinarju mit-twelid tal-Fundatur tas-Socjeta'
Missjunarja taghna, huwa xieraq li nfakkru l-poplu Malti f'Mons. DePiro.
Dan ma nixtiqux naghmluh biex inkunu ktibna xi haga ghall-okkazzjoni,
izda biex kull min jaqra dan l-artiklu u jislet xi taghlima mill-hajja
ezemplari ta' Mons. DePiro, u japplikaha ghal hajtu.
Kif jindika
kunjomu, Mons. DePiro kien wild in-nobbli, izda ghalkemm kien jaghmel
parti minn klassi nobbli, huwa neza' l-privileggi u l-ghana li twieled
fihom u ghazel minn jeddu li jghix hajja l-aktar fqira ma' l-ghorba u
l-iltiema. Mons. DePiro kien iben nobbli mhux l-aktar ghax wiret
in-nobbilta' ta' nisel missieru, izda ghaliex kien nobbli fl-opri ta'
hniena li kien jaghmel, li ma kellhomx limit. In-nobbilta' li llum
il-gurnata nammiraw f'Mons. DePiro hija din in-no0bbilta ta; karattru li
gharaf irawwm fih sa minn ckunitu. L-ghemil ta' hniena u mhabbas li kien
wettaq kullu fjen kien ikun huma xhieda awtentika ta' kemm Mons. DePiro
kellu sentimenti nobbli. Jekk inharsu madwarna u nirriflettu ftit fuq
il-hajja privata ta' kull wiehed minna, nintebhu kemm il-hajja taghna
hija nieqsa minn sentimenti hekk nobbli. Jekk niflu l-bzonnijiet u
l-esigenzi tas-socjeta' in generali naraw kemm illum id-dinja ghandha
bzonn ta' nies mimlija bl-imhabba bhalma kien Mons. DePiro.
Ta' qaddis
li kien, in-nobbilta' li biha kien moghni Mons. DePiro kienet tiddi
fl-umilta' tieghu. Huwa kien ezempju awtentiku ta' hajja nisranija u
meta lahaq il-milja tan-nobbilta tieghu u gie ordnat sacerdot huwa
spikka fost il-ministri t'Alla bil-qdusija sacerdotali li kien jghix.
Il-karita' li kien jaghmel Mons. DePiro kienet bla qies. Qatt ma gara li
xi hadd talbu xi ghajnuna u dan m'ghamilx l-ahjar li seta' biex ikun
kollox ghal kulhadd. Mons. DePiro ma kien marbut mal-gid materjali ta'
din id-dinja. Kien ghalhekk li qatt ma sabha bi tqila biex jghin u
jaghti kulma kellu ghall-fqar u ghall-batuti. X'dinja ahjar nghixu fiha
kieku, bhal Mons. DePiro naghrfu niccahhdu mill-gid materjali ta' din
id-dinja u neqirdu l-egojizmu li ma jhalliniex ninghataw ghall-ohrajn!
Hidma bla
serhan.
Fost
it-taghlimiet sbieh li hallielna J. F. Kennedy insibu wahda li tghid:
"Tistaqsix x'lest li jaghmel il-pajjiz ghalik izda ghid x'lest li
taghmel int ghal pajjizek". Jekk naghtu daqqa t'ghajn lejn il-hidma bla
serhan li wettaq Mons. DePiro naraw kemm kien lest li jaghti kulma kellu
ghall-progress ta' art twelidu. Ghad li kien minn nisel nobbli, Mons
DePiro ma sabhiex bie tqila li fl-1892 jidhol fil-'Militia' fejn dam
ghal aktar minn sentejn. Ftit snin wara Mons. DePiro gie ordant sacerdot
gewwa Ruma u fl-1906 diga' kellu parti attiva fil-"Missjoni l-Kbira" li
giet imwaqqfa biex trawwem spirtu missjunarju fost il-Maltin. Fl-1907
Mons. Isqof Pace fdalu f'idejh id-direzzjoni tal-Istitut Fra Diegu.
B'hekk bdiet titwettaq ix-xewqa ta' Mons. DePiro, li jahdem qalb
l-iltiema. L-imhabba u d-dedikazzjoni ghal dawn it-tfal iltiema narawha
fl-ghemil tieghu waqt li kien imur idur il-benefatturi u jittallab
ghall-orfni.
Wara li
ghaddew sentejn u t-tmexxija ta' l-Istitut ta' Fra Diegu bdiet miexja 'l
quddiem gmielha, Mons. DePiro beda jhoss li l-hegga u l-kapacita' tieghu
kienu sabu qasam zghir wisq biex jahdmu fih u ghalhekk beda jhares 'il
quddiem lejn oqsma ohra biex ikompli iwettaq aktar gid. Kienu propju
fit12 ta' Gunju tal-1909 meta xewqa ohra ta' dan is-sacerdot dinamiku
giet imwettqa meta twaqqfet ufficjalment is-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl. Fiha l-Fundatur ghadu jahdem permezz tal-missjunarji qalbien li
s-Socjeta' qieghda tibghat kontinwament f'artijiet tal-missjoni.
Izda ghal
bniedem mimli b'energija bhal Mons. DePiro dan ix-xoghol biss ma kienx
bizzejjed. Bejn l-1915 u l-1918 Mons. DePiro kien jokkupa l-kariga ta'
Segretarju Generali tal-Isqof Mauro Caruna. F'Novembru tal-1922 l-hidma
tieghu fost l-orfni zdiedet meta Mons. DePiro beda jiehu hsieb l-Istitut
ta' San Guzepp li ghadu sal-lum that il-kura tas-Socjeta' Missjunarja
ta' San Pawl. Ma dan ix-xoghol kollu Mons. DePiro kien jiehu hsieb ukoll
l-Istitut tas-Sorijiet ta' Gesu' Nazzarenu gewwa z-Zejtun.
Hidma u
Talb.
L-imhabba
kbira li kellu lejn l-iltiema kompla jsahhaha meta, fil-21 ta' Mejju
1925 huwa fetah istitut ghall-iltiema f'Ghawdex. Ghal aktar minn sena
gejn l-1932 sakemm miet f'Settembru u tal-1933, huwa ntaghzel bhala
wiehed mir-rapprezentanti ta' l-Isqof fis-Senat. Mons. DePiro kien fdat
minn kulhadd, u kien propju ghalhekk li Mons. DePiro hadem kemm felah
biex iberred il-kwistjoni politiko-religjuza li nqalghet. Ta min isemmi
wkoll li kien Mons. DePiro li fl-1919 indahla biex jikkalma l-irvell
tas-"Sette Giugno".
F'dan
l-ispazju limitat tal-kitba huwa mpossibli li nesponi kull hidma u kull
attivita' li wettaq Mons. DePiro. Dak li semment kien biss ftit hjiel
tal-hidma li kellu. Minn din il-hajja attiva ta' Mons DePiro nistghu
nisiltu punt ta' riflessjoni ckejkna; ghalkemm Mons. DePiro kien dejjem
mehdi fix-xoghol, pero' dejjem kien isib hin biex jitlob. Hajtu kienet
bilancjata bejn hidma u spiritwalita' Diversi drabi nisfghu skjavi
tax-xoghol li nkunu qed naghmlu u ninsew lil Alla ghal kollox. Tkun haga
f'waqtha kieku nezaminaw lilna nfusna u nghassu kontinwament biex ma
nhallux il-kurrent ta' materjalizmu ateju jkaxkarna mieghu. Jalla
c-centinarju mit-twelid ta' Mons. DePiro jservina biex nimitawh fiz-zelu
li kellu mhux tant ghall-gid materjali daqs kemm ghall-gid spiritwali.
_________________________________________________________________________
In-Nazzjon
Taghna
Is-Sibt 3
ta' Dicembru 1977
Michael
Caruana.
Pg. 13
Monsinjur
Guzeppi De Piro.
F'dawn
l-ahhar granet smajna u qrajna dwar l-attivitajiet li s-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl organizzat biex tfakkar eghluq il-mitt sena
mit-twelid tal-fundatur taghha, Monsinjur Guzeppi De Piro. Mhux ilkoll
kemm ahna, parikolarment dawk zghazagh, nafu bizzejjed dwar dan
il-Monsinjur li ghadda hajtu f'hidma bla waqfien ghall-foqra,
ghall-orfni u ghall-haddiema.
Monsinjur
Guzeppi De Piro, minbarra li waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl, ghadda zmien twil bhala Rettur tas-Seminarju; kien is-Segretarju
tal-Kurja Arciveskovili; ha hsieb hamest idjar ta' tfal iltiema; ha
parti attiva biex intemmu l-irvllijiet tas-7 ta' Gunju ta' l-1919 u
fl-Assemblea Nazzjonali biex tingieb il-Kostituzzjoni ta' Malta ta'
l-1919-21; u fl-1932 ta sehmu biex il-Gvern Ingliz jaghti
l-elezzjonijiet generali lill-poplu Malti.
Huwa
ghamilha ta' medjatur fit-tilwima politiko-religjuza li kien hawn
f'pajjizna fi zmien Lord Strickland.
Dan
il-Monsinjur kien irnexxielu jghaqqad flimkien il-hajja ta' hidma
mal-hajja ta' talb. Huwa kien ihoss li Malta, bhala rizorsi naturali
x'taghti lil pajjizi ohra, m'ghandhiex, imma setghet taghtihom parti
mill-wirt religjuz taghha. Kien ghalhekk li huwa waqqaf is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl li llum qeghda tibghat il-membri taghha
f'diversi pajjizi, fosthom l-Awstralja, il-Kanada, u l-Peru', biex
iwasslu l-messagg ta' Kristu lill-poplu taghhom.
Monsinjur
Guzeppi De Piro miet fqir. Is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, kif qal
tajjeb Fr. Stanley Tomlin, is-Superjur Generali, f'diskors li ghamel
lill-membri tal-kleru, ma wirtet l-ebda gid materjali minghand Monsinjur
De Piro. Izda halla warajh spirtu ta' mhabba liema bhalu u servizz lejn
il-knisja u l-poplu.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl illum qeghda tghix f'dan l-ispirtu billi qeghda
taghti s-servizzi taghha minghajr hlas f'diversi oqsma. Qeghda tmexxi
skola, il-Kullegg Missjunarju ta' San Pawl, divrsi missjonijiet
f'pajjizi barranin u istiutzzjonijiet lokali minghajr l-icken interess
finanzjarju. Kull ma ghandha s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl illum
tafu lill-providenza - lill-ghadd ta' benefatturi li ghandha. Dan juri
kemm Monsinjur Guzeppi De Piro u s-Socjeta' li huwa waqqaf dahlu f'qalb
hafna minna.
Biex fakkret
eghluq il-mitt sena mit-twelid ta; Monsinjur Guzeppi De Piro,
is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl organizzat ghadd ta' attivitajiet,
fosthom, seminar dwar l-ispirtwalita' tieghu; laqghat informattivi
dwaru; dramm u lejl ta' talb. Saret ukoll wirja dwar il-hajja u l-hidma
ta' Monsinjur De Piro.
F'din
l-okkazzjoni, is-Socjta' Missjunarja ta' San Pawl irceviet ghadd ta'
messaggi ta' kuragg, fosthom minghand il-Papa Pawlu VI u minghand
il-Prefett u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni ta' l-Evangelizzazzjoni
tal-Gnus.
L-attivitajiet organizzati ghaddew. Il-messagg li s-Socjeta' Missjunarja
ta' San Pawl kellha taghti f'din l-okkazjoni lill-poplu Malti u Ghawdxi
wasslitu bl-ahjar mod li setghet. Imiss lilna li bl-ezempju ta'
Monsinjur Guzeppi De Piro ngharfu nhobbu aktar lil xulxin u nkunu ta'
servizz lil haddiehor, partikolarment lil dawk inqas ixxurtjati minna,
lill-foqra, lill-orfni, lix-xjuh, u lill-morda. Imiss lilna li nghinu
lis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl bl-ahjar mod li nistghu fil-hidma
fejjieda taghha fostna lkoll, fost hutna l-emigranti Maltin f'diversi
pajjizi, u fost il-poplu ta' pajjizi ohra fejn membri taghha qeghdin
ixerrdu l-messagg ta' Kristu.
_________________________________________________________________________
Malta
Missjunarja
Jannar 1978
Bro. Frans
Ferriggi M.S.S.P.
Pg. 6
Mons.
Guzeppi Depiro
Il-Bniedem
B'ideal Missjunaru.
Madwar mitt
sena ilu, fl-Imdina, twieled tife li kellu jolqot lil hafna nies…bla ma
kien jaf kellu jhalli ismau minqux fl-istorja, minhabba ghazla li ghamel
meta kellu 18-il sena! Dan it-tifel kien Guzeppi DePiro, iben minn
familoja nobbli; nobbli fid-demm - u wisq izjed fil-qalb.
Guzeppi,
iben familja nisranija, studja l-Liceo u, wara zmien fil-Miliea, dahl
l-Universita', jistudja ghal Avukat. F'nofs il-kors, waqt li kien jitlob
ma' l-istudenti fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt, hass is-sejha ghal
qassis; habibha u qataghha lijghid lil tal-familja bil-ghazla. Tad-dar
qablu u baghtuh Ruma, jistudja fil-'Collegio Capranica'. Bil-ftit
il-ftit, beda jinbet f'mohhu l-hsieb li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja.
Waqt li kien jistudja offrewlu karriera diplamatika; hasibha sewwa u ra
li, jekk jaghtuh permess is-Superjuri, jidhol l-istitut ta' San Guzepp
biex jiehu hsieb il-foqra u ghax hass "li minn dak l-istitut f'Malta
Alla ried jifforma Kongregazzjoni ta' sacerdoti that il-Parocinju ta'
San Pawl, u hekkmeta tissahhah din l-opra f'Malta tinfirex barra wkoll".
Dan il-hsieb baq' dejjem mieghu; imqar meta ma sabx min fehmu. Izda dan
is-seminarista, ghalkemm ma qatax qalbu, qatt ma hadha mas-superjuri.
(Dan jidher mid-djarju tieghu tas-snin 1901 - 1902). Fil-15 ta' Marzu
1902, Mons. Cappetelli ordnah qassis fil-Lateran.
Wara li gie
Malta fl-1904 (ghax kellu jmur l-Isvizzera ghall-mistrieh ftit wara
l-Ordinazzjoni) u barra mix-xoghlijiet li tawh, din ll-idea baqghet
f'rasu''' u wara pariri u talb, beda jkellem lil qassisin Maltin; fid-29
ta' Gunju 1909 wasal l-ewwel bidu; bdew gejjin il-membri. Dan il-qassis
laqaghhom f'dar fl-Imdina li berikha l-Isqof Pace ftit jiem qabel.
In-numru tal-membri baqa' jizdied u jonqos. Ghax hafna kienu jaqtghu
qalbhom. Fid-19 ta' Gunju tal-1927, il-Fundatur baghat l-ewwel
Missjunarju - li kien ukoll l-ewwel membru - l-Etjopja. Fl-1933 kien
qieghed jahseb biex imur hu wkoll…izda l-Mulej sejjahlu fis-17 ta'
Settembru 1933. L-akbar niket tieghu kien li "wasalt biex immut u ghadni
ma rajt l-ebda sacerdot il-missjoni". Hekk qal ftit qabe miet!
Is-Socjeta'
damet hafna tilghaba wara mewtu; il- ftit membri baqghu flimkien u,
fl-1948, Dun Mikiel Callus intghazel bhal l-ewwel Superjur Generali
tas-Socjeta'.
Bil-ftit
il-ftit, is-socjeta' fethet djar fl-Awstarlja biex tiehu hsieb
l-Emigranti Maltin, imbaghad il-Kanada u l-Peru (fl-1968). Ftit iehor
nittamaw li s-Socjeta' tiftah dar ohra fl-Indonezja.
Il-Monsinjur DePiro u Wliedu.
Ghalkemm
il-Fundatur kien gej minn Familja nobbli, ghazel li jghix qalb
l-iltiema, waqqaf lis-Socjeta' bil-hsieb li tinfirex mad-dinja u twassal
lil Kristu. He dejjem cahad l-unir; accetta li jisir Monsinjur ghax
gieghlu l-Isqof; ghex ta' fqir, ta dejjem il-karita'… u miet fqir. Meta
miet lis-Socjeta' hallieha ltiema; kienet ghadha zghira u hafna hasbu li
tmut mieghu jew ftit warajh. Flus ma halla xejn… hekk uliedu gralhaom
bhalu - kellhom ighixu mill-id hanina ta' Alla.
Ghalkemm gid
materjali ma halla xejn, hallielna l-aqwa gid…gid u wirt spiritwali li,
aktar ma jghaddi z-zmien, izjed qeghdin nifhmu x'ghandna tabilhaqq.
L-ewwel nett xtaqna naharbu karigi ta' unur u bdes billi tana l-ezempju;
It-tieni ghallimna nobdu; qatt ma qal "Le" ghal dak li qalulu
s-superjuri; u ta servizz - u b'xejn. Fix-xoghlijiet taghna, sew Malta
sew barra, tghallimna li fejn nistghu ma nitolbux hlas…imbaghad jahseb
il-Mulej. Dejjem wera l-akbar imhabba lejn is-Socjeta' izda l-Knisja
kienet tigi qabel - u ghalhekk, matul hajtu "ftit" taha kazha
lis-Socjeta'; kif kien jghid, is-Socjeta' bdiet tiehu r-ruh wara mewtu.
Issa reghet qieghda tikber u tissahhah.
Mill-Kitbiet li hallielna.
Bejn is-snin
1922 u 1936, il-Fundatur hareg l-"Almanakk"; fil-qosor ha nfissru ftit
mill-ideat tieghu.
Fid-dinja
hawn hafna nies li ghadhom ma semghux bi Kristu. Ghalhekk il-Mulej
sejjah lill-Missjunarji, din hi sejha ta' dinjita' kbira - u ta'
responsabbilta' Malta wkoll baghtet hafna Missjunarji; issa ghandha
l-istitut Missjunarju taghha. is-Socjeta Missjunarja ta' San pawl. Dan
l-Istitut waqqafnieh ghal zghazagh li jur x-xewqa li jmorru l-Missjoni;
il-vokazzjoni Missjunarja hi haga li tibda minn Kristu; biss kulhadd
ghandu jinteressa ruhu fil-Missjoni.
Il-genituri
ghandhom post importanti fil-vokazzjoni Missjunarja; hafna genituri
jqisuh unur kbir minn Alla li jkollham binhom Missjunarju. Ghalkemm
imbeighed minnhom jibqa maghqud maghhom b'imhabba pura u jitlob
ghalihom; barra minn hekk jaqsmu mieghu fil-gid spiritwali u aktarx li
Alla jhallashom minn hawn, f'din id-dinja.
Kull
vokazzjoni Missjunarja tehtieg l-ghajnuna tal-genituri barra l-isforzi
taz-zghazugh (jew tax-xebba). Aktarx li l-genituri jsibuha tqila
l-firda, izda, ahna ma nehduhiex kontrihom imqar jekk ighidu le. Imma
naghrfuhom u nitolbu ghalihom. Tajjeb li l-ommijiet jiftakru f'omm
il-Makkabin - kif din offriet lil uliedha ghall-mewt biex ma jichdux 'l
Alla. It-talb ta' l-ommijiet ghandu qawwa kbira quddiem Alla.
Nittamaw li
dan l-ispirtu jkompli jixtered f'Artna ghall-gid tal-knisja kollha.
_________________________________________________________________________
Pastor
1982
Alexander
Bonnici O.F.M. CONV
Pg. 13
Meta De Piro
ma riedx isir Monsinjur.
Mons. De
Piro miet fis-sena 1933. Ghalhekk qieghed joqrob iz-zmien biex
niccelebraww eghluq il-hamsin sena mill-mewt qaddisa tieghu. Kieku Mons.
De Piro kellu jkun jaf li ahna sejrin niccelebraw xi festi bil-bombi u
bil-baned, zgur li kien jisthi minnhom. L-okkazzjoni, madankollu se tigi
celebrata b'mod li ma jintes qatt. Bis-sahha tas-Socjta; Missjnarja ta'
San Pawl li taghha Mons. De Piro kien il-Fundatur, se tigi ippubblikata
l-hajja ta' dan il-bniedem li hu ezempju haj ta' kif ghandu jkun
s-sacerdot Malti. Is-Socjeta' li hu waqqaf fdat f'idejja biex jien
anaghmel uzu mill-materjal kollu li jezisti. Jien min-naha tieghi, bart
hafna materjal iehor. Il-hajja sejra tkun ta' zewg volumi. L-ewwel volum
li se jkun fih madwar 300 pagan ma jdumx ma jkun f'idejna.
Fi zminijiet
meta kulhadd kien mignun wara l-unuri, hu ta ezempju kbir ghall-klera
ta' kull zmien meta nirreflettu ftit fuq l-unuri li gew moghtija lil
Mons. De Piro matul hajtu. Imma jkollna nistqarru li Alla ried tassew
jghollih propju waqt li hu kien qed jaghmel hiltu kollha biex izeomm
ruhu fost ic-ckejknin. Hu kien konvint li ma tant x kien possibbli li
jinheb ghfgliex l-istat nobbli tieghu, minnu nnifsu, f'dak iz-zmien,
kien ighollih fuq l-ohrajn.
Ried
jiskarta l-gieh.
Guzeppi De
Piro kien donnu mbezz mill-istess nobbilta' tieghu. Il-pozizzjoni tieghu
kiene tghollih 'il fuq mill-poplu semplici. Hu kien minn razza ta'
barunijie u markizi. ghakhekk fil-fjur ta' zoghzitu, hu ghamel
proponiment sod quddiem Alla li ma jigrix war l-frughat tad-dinja. Fi
zmien meta bniedem zaghazugh soltu jkun jhewden fuq idejali ta' hajja
mimlija gieh, De Piro, fl-eta ta' 24 sena, meta bdew igennuh biex imur
jistudja fl-Akkademja ta' Ruma, thabat kemm felah biex jahrab dak
il-gieh.
Ir-ragunijiet tieghu ma kienux ghaliex ma riedx jistudja. Tnejn
mir-ragunijiet tieghu, skond noti tieghu nnifsu tas-sena 1901, kienu
dawn: 1) "Fl-Akkademja, ma jmorrux jekk mhux dawk li jistghu
jiftahru b'nisilhom. 2) Fl-akkademja, donni nkun qeghidt ruhi fil-gholi
biex haddiehor jarani halli lili jerfaghni ghal xi pozizjoni tajba".
"Imma hu taghlim cert", issikta jikteb iz-zaghzugh De Piro, meta kien
ghadu ma sarx sacerdot, "li Gesu' ghandu prefernza ghal dawk li jixtiequ
jinhbew. Meta hu ghazilni biex inkun ministru tieghu, lili sabni fost
il-midinbin. Ghalhekk, wisq aktar issa, jekk jistenna xi haga minn
ghandi, Hu ghandu jsibni fin-numru tal-mahzulin tieghu. Biex dan isehh,
ma hemmx ghalfejn nipprova nuri ruhi billi mmur fl-Akkademja".
Dawn kienu
l-propnimenti ta' zoghzitu. Hu wieghed quddiem Alla li ma jbiddilx
il-fehmiet tieghu lanqas meta jintefa' fil-hajja sacerdotali. Hu kien
cert li, bhala sacerdot wild in-nobbli, kien sejjer igawdi stima kbira.
Hu ried li dik l-istima jimmeritaha; imma, fl-istess hin ried joqghod
attent biex il-gieh li jaghtuh in-nies ma jonfhux. Guzeppi ried ikun
sincier ghallanqas mieghu nnifsu. Ghalhekk, bhala Fundatur, hu nnifsu
ried jaghtihom ezempju. Hu gida' kien accetta l-ewwel ufficjau ta' hajtu
ghaliex l-Arcisqof Pietru Pace, fis-sena 1970, kien ghazlu bhala l-ewwel
direttur tal-Kleru Djocesan ghall-Istitut San Frangisk t'Assisi,
il-Hamrun. Bla dubju ta' xejn, dik il-hidma kienet wahda ta' unur, imma
fuq kollox ta' servizz.
Ommu
tixtiequ jsir Monsinjur.
Kull omm
tixtieq li wliedha jimxu 'l quddiem fil-hajja. Is-sinjura Kika, omm Dun
Guzepp De Piro, xejn ma kienet inqas minn ohrajn, lanqas f'dan.
Ghalhekk, lejn Ottubru tas-sena 1901, hi avvicinat lil Dun Mikilang
Pace,li kien il-Kappillan ta' l-Arcisqof Pace. Hi xtaqet li hu jaghtiha
palata halli binha jinghazek kanoku tal-knisja katidrali ta' Malta, jew
kif insjehulu ahna, Monsinjur. F'dak iz-zmien, De Piro kien ghadu lanqas
ghalaq it-33 sena, u kien ghadu fil-bidunett tal-hidma tieghu bhala
sacerdot. Imma, fil-fatt, dak Dun Mikiel, mibarra li kien wiehed li
jhobb jikkuntenta 'l kulhadd, kif jaf sewwa kemm Dun Guzepp De Piro kien
maghruf minn kulhaddbhal sacerdot habrieki u ezemplari. Ghalhekk lil dik
l-omm hu weghedha li l-parti tieghu jaghmilha mill-ahjar li jista'.
Fil-fatt,
dak il-kappillan il-parti tieghu ghamilha tassew. Hu kien jaf tajjeb li
Mons. Vincens Vassallu, id-dekan tal-katidral ta' Malta, kien ilu zmien
sewwa marid. Barra minn hekk, kien ukoll kbir fiz-zmien ghaliex kellu 73
sena. Ghalhekk, dak Dun Mikilang Pace hataf l-okkazjoni biex ippropona
lill-Arcisqof halli jikkonvinci lil Mons. Vassallo bie jaghmel kugitru.
Il-proposta kienet li l-kugitur ikun Dun Guzepp De Piro.
Kollox kien
qieghed isir minn wara dahar Dun Guzepp De Piro. Meta Dun Guzepp kien
ghadu ma jaf xejn, l-Arcisqof innifsu mis-6 ta' Novembru 1910,mar ghandu
Mons. Vassallo, uipproponielu biex jahtar lil De Piro bhala kugitur
tieghu. Il-hatra kienet wahda importanti ghalix De Piro gie propost li
jsir kugitur tieghu anki fil-kariga tant importanti ta' Dekan
tal-Kapitlu Metroplitan ta' Malta. Id-Dekan ma kellu 'l hadd fuqu hlief
l-Arcidjaknu.
Imnikket
ghall-ghazla.
Dun Mikilang
Pace, il-kappillan ta' l-Arcisqof, xtaq li Dun Guzepp De Piro jkunjaf
b'dik l-ghazla tieghu. Ghalhekk, fis-7 ta' Novembru, 1910, hu kiteb lil
De Piro bex wassallu l-ahbar. Hu tah l-awgurju tal-hatra fi zmien meta
kienghad ma hemm xejn ufficjali. Billi kien assulatment mehtieg li dak
it-taghrif jibqa' sigriet, Dun Mikilang wissieh li dik l-ahbar kien qed
iwassalhielu b'mod sigriet, u ma kellu jghid biha lil hadd, daqs li
kieku kien marbut bis-sigell tal-Qrar.
Sadanittant, Dun Guzepp kixef dak li kien sar minn ommu; imma ma
approvahx. Bl-umilta' kollha, Dun Guzepp qaliha: "Ma, jiena dejjem
nobdik. Imma nitolbok biex ma titkellimx fuqi ma' l-Arcisqof
halli jinghatawli xi dinjitajiet. Jiena rrid nibqa' sacerdot mighajr
unuri ohra. Is-sacerdozju hu l-aqwa unur ghalija. Jekk inti tridni
Monsinjur tal-Katidral, jiddispjacini li, din id-darba, ma nkunx nista'
nobdik".
Mill-Imdina, Dun Guzepp haseb biex iwiegeb ukoll lil Dun Mikielang
b'ittra tal-11 ta' Novembru, 1910; hu qallu hekk: "Nitolbok twassal
lill-Arcisqof ir-radd ta' hajr tieghi talli haseb fija u ried jghollini
fil-gieh. Aghmilli wkoll il-pjacir li twassal lill-Arcisqof li l-gieh li
se jigi offert lili ma jghoddx ghalija minhabba x-xoghol li ghandi.
Nghid dan biss minghajr ma noqghod insemmi ragunijeit ohrajn. Ghalhekk,
hu impossibbli li naccetta".
Imma dak li
baqa' sigriet bejn Dun Guzepp De Piro u Dun Mikilang Pace maljar ghadda
minn zviluppi izjed konkreti. Mons. Vassallo, id-Dekan tal-Katidral, mar
hu nnifsu ghand De Piro. B'sorpriza kbira, fil-bidu ta' Jannar 1911, De
Piro sar jaf li kollox kien lest. Dawk il-kelmiet fil-mohh ta' De Piro
kienu donnhom ifissru li hu kien issoppona li diga' kienu saru
l-formalitajiet mehtiega.
L-aktar
importanti fost dawk il-formalitajiet kienet li jigi avvicinat
il-Gvernatur ta' Malta. Il-Gvernatur kellu l-jedd li jaccettah jew ma
jaccettahx ghall-ghazla ta' Dekan tal-Katidral. Ghalhekk, l-ittra
taghtina x'nifhmu li l-Gvernatur, li f'dak iz-zmien kien Sir Leslie
Rundle, kien gie nfurmat b'mod privat dwar jekk hu kien jaqbel
mal-ghazla ta' Dun Guzepp De Piro. Minkejja dan, xejn ma kien prodenti
li Mons. Vassallo jibghat jinfurmah ufficjalment. U fil-fatt, l-ittra
uffficjali kienet ghaha ma ntbaghtitx. Imma De Piro juri b'mod car li hu
kien jaf li l-Gvernatur ta' Malta kien favur l-ghazla tieghu.
Ma riedx
jaghti ezempju hazin.
Kien hawn li
deher b'mod car li, ghal De Piro, il-proponimenti ta' zoghzitu makienux
kliem biss. De Piro irringrazzja lil Mons. Dekan talli haseb fih; imma
l-kuxjenza kienet qed tiddettalu li hu ma kellux jaccetta dik
id-dinjita'. Hu fisser dan kollui lill-Arcisqof b'ittra tas-17 ta'
Jannar 1911. Hu zied ighidlu wkoll li ma kien jisthoqqlu u lanqas ma
kien ihossu kapaci biex jidhol ghal dak ix-xoghol..
Il-problema
li De Piro hassha aktar minn kull ohra kienet fl-ezempju hazin li seta'
jaghti. Lanqas ma kienu ghaddws sitt xhur minn mindu kien fetha id-dar
ckejkna ta' San Pawl fl-Imdina. Kif fisser lill-Arcisqof , hu kien
waqqaf istitut ckejken ghall-missjonijiet barranin. Lil dawk l-ewwel
ulied spiritwali tieghu, De Piro ried iheggihom biex ma jixxenqux
ghall-gieh tad-dinja. Imma jekk hu jaccetta d-dekanat tal-Katidral, kif
kien se jkollu l-kuragg jidher quddiem iz-zghazagh tieghu, u
jipperswadihom biex jiccahhdu mill-unuri? De Piro fetah qalbu ma'
l-isqof tiehgu. Imma hu, li kien diga' mibni bi spiritwalita' profonda
kien jaf li l-ubbidjenza lejn is-Superjur tieghu hi importanti izjed
mill-umilta'. Hu kien deciz li ma jcedix malajr. Ghalhekk, lill-Arcisqof
Pace, hu qallu hekk: "Nittama li l-Eccellenza Tieghek tar li jiena
ghandi r-ragunijiet tieghi biex ma naccettax. ghalhekk, nixtieq li ma
nigix issikkat. Minkejja dan, jien nhalli fil-kuxjenza tieghek
ir-responsabblilta' kollha tal-kuxjenza tieghi". Fi kliem iehor, Dun
Guzepp De Piro xtaq jissikka xi ftit lill-Isqof tieghu biex ma jgeghlux
jaccetta. Imma, imbaghad, hu kien lest biex jintelaq f'idejh. Hu kien
lest li joqghod ghall-ordni ta' l-Isqof tieghu.
Jumejn wara,
fid-19 ta' Jannar 1911, l-Arcisqof wiegbu fuq l-istess karta li kien
ircieva minghandu. Hu qallu il-kelmiet:
"Ghaziz Dun Guzepp,
Inti qatt ma fittixt la
postijiet u lanqas dinjitajiet. Ilqa', ghalhekk, minn idejn Alla din
il-proposta, u accettaha bhal att ta' ubbidjenza lejja. Ghall-bqija,
jahseb il-Mulej. Kif il-Mulej beda l-opra qaddisa tal-missjonijiet, Hu
nnifsu jiehu hsieb imexxiha 'l quddiem, u jipperfezzjonaha.
Ghoddni tieghek,
ghaziz Dun Guzepp
+ Pietru Arcisqof
Isqof
F'dawk
il-granet, omm Dun Guzepp De Piro, niedma xi ftit minn dak li ghamlet,
kienet fissret ma' l-Arcisqof li binha ma riedx jilhaq Monsinjur. Imma
l-Arcisqof, meta tant kienu jixxenqu ghal dinjitajiet ta' dik l-ghamla,
twettaq fid-decizjoni li Dun Guzepp kien adattat ghal dik il-hatra.
Kellu
jaghmel l-ubbidjenza.
Qabel ma
hareg id-digriet minn Ruma, Dun Guzepp De Piro gie magharraf minn Mons.
Dun Pawl Gauci, fl-1 ta' Gunju, 1911, li l-Kongregazzjoni Koncistorjali
accettat li hu jsir l-Kugitur tad-Dekan.
Imbaghad,
b'digriet tal-Papa Piju X, Dun Guzepp De Piro gie accettat bhala Kugitur
ta' Mons. Vassallo, bid-dritt lijgawdi dak li kien marbut ma' l-ufficcju
ta' Dekan, kull meta dan ma jkunx prezenti, u bid-dritt li jaqdi
l-ufficcji kollha tad-dekanat. Id-digriet tal-Papa hareg fit-8 ta'
Gunju, 1911.
Dun Guzepp
De Piro ma kiex fadallu hlief li jiehu pussess ta' dak l-ufficcju li
possieh f'pozizzjoni importanti hafna fil-Kleru Djocesan ta' Malta.
Il-gurnata maghzula ghall-pussess kienet it-Tlieta, 27 ta' Gunju 1911.
Il-knisja kienet l-istess Katidral ta' Malta. Waslilna f'idejna wiehed
mill-inviti u l-kontijiet tas-servizz tal-Knisja ghal dik l-okkazzjoni.
Minn zewg kontijiet, jidher li dak li thallas lill-qassisin, abbatini,
mazzier, sagristani, ohrajn wassal ghas-somma ta' LM4 u nofs ta' dak
iz-zmien.
Minn dak
il-waqt, ghalkemm kontra qalbu, hu beda jissejjah minn kulhadd bhala
Monsinjur De Piro.
_________________________________________________________________________
In-Nazzjon Taghna
Is-Sibt 31
ta' Awissu, 1985.
Sr. Emma
Camilleri C.F.C.J.
Pg. 11
Benefattur
Kbir ta' Malta
Alexander
Bonnici, "Mons. De Piro", v.II:
F'Kull Qasam
ta' l-Istorja ta' Malta, pp564.
It-tieni
volum tal-hajja dokumentata ta' Mons De Piro sewa lil Fr. Alexander
Bonnici xoghol, tiftix u tahbit kbir kif qalli hu stess. F'qalbi kont
nghid: "Kiteb tant kotba ohrajn u qatt ma smajtu jghid xejn, ghliex dan
swielu izjed mill-ohrajn?"
Imma issa li
l-ktieb gie f'idejja u qrajtu indunajt kemm kellu ragun ighidli hekk.
Ktieb verament meraviljuz u ghandhom biex ikunu kburin l-ulied denji ta'
dan il-fundatur qaddis.
Benefattur
kbir tal-Knisja.
Mhux biss
l-ulied ta' Mons De Piro ghandhom ikunu kburin u grati lejn il-missier
spiritwali taghhom, imma wkoll l-istess Knisja f'Malta li matul iz-zmien
kellha din il-figura qaddisa u dinamika.
Hafna kienu
dawk li semghu b'dan l-isem, specjalment il-Kleru, izda forsi kienu
jafuh biss bhala semplici qassis bhall-ohrajn kollha, u aktar ma kien
jghaddi z-zmien iktar kienu jahsbuh hekk.
Imma Alla,
fil-Providenza tieghu, haseb ghal kollox. Lil min iridu li jigi ezaltat
u mfakkar quddiem il-bnedmin jaf isib kull mezz possibbli.
Inqeda
bl-istudjuz ta' l-Istorja, Fr. Alex. Bonnici, biex il-hajja ta' hidma
straordinarja ta' dan il-benefattur tal-Maltin ma tibqax mohbija
mill-ghajnejn ta' hafna nies, anki klerikali, imma tigi mxandra ma'
Malta u Ghawdex.
Matul
iz-zminijiet Malta, bhal kull pajjiz iehor tad-dinja, kellha erwieh
patrijottici, qawwija u qaddisin u Mons. De Piro hu wiehed minn dawn
il-gganti tal-Kleru Malti.
Xoghol
Enormi.
Fr. Bonnici
hu mdorri f'dan l-istudju, imma kif stqarr hu stess fil-bidu ta' dan
il-ktieb, kef beda l-istharrig fl-arkivji ta' dan il-personagg dinamiku
hassu jissahhar minn dan l-eroj, u nduna mill-ewwel li dan ma kienx
bniedem komuni, imma bniedm moghni b'doni specjali.
Iktar ma'
l-istudju ta' l-awtur beda jikber, izjed bed jirrealizza kemm kien se
jhabbat wiccu ma' diffikultajiet. Li kieku Fr. Bonnici ma kienx
determinat ghal liema bicca xoghol diehel u x'se tiswielu, zgur li kien
jonqsu l-kuragg u jieqaf fin-nofs. Imma dak li jkun irid Alla, ma
jhassru hadd.
Kien Eroj
ghax halla hajtu u gidu lil hutu l-Maltin.
Fil-prezent
f'Malta dahlet ideologija wisq differenti minn meta kien ighix Mons. De
Piro. Fi zminijietna hafna Maltin jahsbu li l-Kleru kien xi haga li
zammna lura jew wikkiena b'mentalita' superstizzjuza li ma hallewniex
navvanzaw 'il quddiem bhal f'pajjizi ohra.
Il-bijografija ta' De Piro tohodna lura nofs seklu u turina car kemm
kontribut taw lill-Knisja Kattolika hu u ohrajn bhalu, li sahansitra taw
hajjithom ghall-gid tal-poplu Malti.
Ma kienx jaf
ighid "Le".
Imwieled
minn familja nobbli, imma n-nobbilta' tieghu spikkat izjed f'qalbu milli
f'persuntu. Il-qalb karizmatika u nobbli tieghu kienet miftuha ghal kull
kategorija ta' nies. Ma kienx jaf jghid "le", imma kien jipprova jghin
lil kulhadd.
Ma kienx
bizzejjed ghalih li kellu fuq spallejh is-Socjet mwaqqfa minnu. Imma
kien bhal fundatur ukoll tas-sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu.
Kien missier spiritwali u materjali ta' hafna tfal ilitema, subien u
bniet, li fih kienu jisibu kull farag.
Ghamel uzu
tajjeb minn hajtu.
Meta qrajt
il-ktieb iddubitajt jekk jistax ikun li bniedem wahdu u marradi qatt
jista' jasal biex jaghmel daqshekk gid. Hajtu kienet ta' 56 sena biss,
imma ghamel uzu tajjeb miz-zmien li tah Alla.
Kien
strument ta' paci ghal kull inkwiet li kien jinqala' fi zmienu, jigi
minn liema naha jigi. Is-semplicita', il-hlewwa, it-tjubija, l-umilta' u
fl-istess hin id-deteminazzjoni, kienu jispikkaw fih.
Kellu qalbu
mimlija bin-nar ta' l-imhabba ta' Alla u tal-proxxmu u ma kellux xewqa
ohra li tikkunsmah hlief li dak in-nar ta' l-imhabba jaqbad f'erwieh
ohra biex ikunu jistghu jhobbu huma wkoll.
Karizma ohra
li kienet tahraq lil qalbu kienet l-imhabba lejn l-artijiet
tal-Missjoni. Difatti ried li uliedu jissejhu "Socjeta' Missjunarja ta'
San Pawl". Hu stess kellu xewqa kbira li jmur il-Missjoni, sahansitra
meta l-mewt kienet qribu sewwa beda ihewden li jrid jmur l-Abbisinja.
Studju
Grafologiku fuq il-kitba tieghu.
Interessanti wkoll f'dan il-ktieb li ma ssibx f'kotba ohra, huwa
l-istudju grafologiku li sar fuq il-kalligrafija ta' Mons. De Piro.
L-awtur haseb ghal dan ukoll. Baghat xi kitba minn tieghu biex tigi
studjata minn esperti f'din ix-xjenza barra minn Malta. L-awtur qalibha
ghall-Malti u dahhalha fl-ahhar ktieb.
Kulmin jaqra
dan il-ktieb ghand jhossu qrib hafna lejn dan il-bniedem qaddis. Fr.
Bonnici pingielna stampa carissima ta' dan il-Fundatur li ghalkemm
il-ktieb 564 pagna ma jdejqekx u ma tixba' qatt tqalleb il-faccati biex
tkun taf x'gej wara.
Ahna wkoll
is-sorijiet tal-Qalb ta' Gesu bhall-membri tas-Socjeta' ta' San Pawl
inhossuna grati u mdejnin ma' Fr. Alexander tal-pacenzja, ix-xoghol u
t-tiftix bir-reqqa li ghamel fl-arkivji biex jipprezentalna l-hajja
tal-Fundatrici taghna "Madre Marija Tereza Nuzzo". Bhal Mons. De Piro,
din ir-ruh generuza kkunsmat hajjitha ghall-gid ta' l-ohrajn.
J'alla dawn
iz-zewg erwieh twajba li haddmu tant tajjeb it-talenti taghhom jigu
mghollija ghall-unuri ta' l-altari.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn 6
ta' Lulju, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4
Tieghi
Ghalik…(1)
Naf li
wiehed maljar jaqbad u jistawsi, bejn u bejn ruhu: "Xi jrid jghid biha
din, 'Tieghi Ghalik'?" Ma nlum lil hadd. Il-hsieb tieghu hu li nispjega
ruhi ahhar tul is-sensiela ta' kitbiet li fi hseibni nikteb u nghaddi
lill-qarrejja.
Iz-zewg
kelmiet ta' hawn fuq ma tantx trid gherf biex tifhimhom. Dak li hu
tieghi, li nippossiedi jien, irrid li nghaddih u naghtih lilek.
Il-mistoqsija hawn ghandha tkun din: "X'inhu dan 'tieghi' li qed
nitkellem fuqu?
Dawn
il-kelmtejn jigbru l-qofol ta' l-ispirtu ta' sacerdot Malti li llum
il-gurnata l-kawza tieghu qieghda tigi nistrharga mill-Knisja ha tisal
tiddikjarah qaddis. Tghid dan se jkun l-ewwel fost tant erwieh qaddisin
Maltin, li lilu se jinghata l-gieh tal-qdusija? Nistennew u naraw. Biss
fic-cert li din id-darba Alla se jbierek il-poplu Malti b'gieh 'il fuq
minn kull unur iehor li qatt inghat lilna l-Matin. Malli dan isir,
ohrajn jaslu warajh - u mhux tant fil-boghod.
Qieghed
nitkellem dwar Guzeppi De Piro. Dan ghalkemm twieled minn familja
nobbli, fittex nobbilta' ohra aktar rikka, aktar ta' gieh, aktar
dejjiema. Din hi n-nobbilta' ta' hajja dedikata lil Alla fi spirtu ta'
mhabba konkreta u f'ministeru sacerdotali.
Kif ghad
nikteb aktar 'il quddiem, il-profondita' ta' fidi li garrbet lil Guzeppi
lejn Alla seviet biex titlob minnu responsibbilta' ohra. Din kienet li
jwaqqaf socjeta' ta' religjuzi. Iz-zmien li fih hu skopra x'ried
il-Mulej minnu swa biex mhux biss jighem x'kellu jaghmel, izda wkoll
biex b'mod l-aktar effettiv juri x'kien l-ispirtu veru tal-Knisja
Maltija.
"Nghaddu lil
ohrajn dak li San Pawl ta lilna". Dan hu l-bazi ta' l-ghixien nisrani
ta' Guzeppi De Piro. Dan hu l-ispirtu tas-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl li hu waqqaf. Dan hu l-wirt li halla lill-Knisja f'Malta. Tant hu
hekk li meta naslu nsiru nafuh ahjar, fih insibu mudell li jispirana.
Ezempju haj li jqanqal lilna l-insara Maltin naghrfu ahjar id-direzzjoni
taghna ha nghinu fil-bini ta' dinja ahjar.
Hafna huma
l-kwalitajiet naturali li l-poplu Malt hu moghni bihom. Fosthom insibu
li ahna nies dhulin, twajbin, kalmi, generuzi, ghaqlin… u ohrajn. Tajjeb
li nghidu li dawn id-doni li ahna moghnijin bihom kollha ghandhom
gheruqhom fl-ispiritwalita' tan-natura taghna l-bnedmin. Ukoll, huma
lkoll mibnija fuq konvinzjonijiet sani u meta jkunu mdawlin bil-fidi fi
Kristu l-Mulej jirriflettu realta' shiha u genwina. Intant, ghall-Malti
l-fidi hi bhal batterija f'torca - taghti d-dawl mistenni u mehtieg.
Permezz ta'
San Pawl Alla wassal lill-Maltin dak li kien jonqoshom. Darba laqghu
r-rigal tal-fidi, nafu mill-Istorja li l-poplu taghna zamm shih bla qatt
ceda dak li emmen fih u li hadddan b'qalbu kollha u b'ruhu kollha.
L-ghajta
spirata ta' De Piro mhix ghajr rifless ta' realta' li nghexet u
ntghagnet fil-hajja Maltija. Tant hu hekk li, il-fid Kattolika hi,
bhalma kienet tul dawn l-20 seklu, parti fundamentali mill-identita'
Maltija.
Mela ma qal
xejn gdid Monsinjur De Piro meta tenna mill-gdid biex "nghaddu
lill-ohrajn dak li San Pawl ta' lilna". Biss huwa ta enfasi qawwija u
b'hekk rega' taha l-hajja. Din fiha nnifisha write x'kienet hajtu,
x'kienet id-dedikazzjoni tieghu, x'kien twemminu. U ghax agixxa, mhux
lablab biss, hu jiswa lilna xempju konkret ta' kif kull Malti ghandj
jkun u jghix.
Nittama li
l-ftit hsibijiet li bihsiebni naqsam maghkom f'dawn l-kitbiet,
fil-kuntest ta' riflessjonijiet fuq Guzeppi De Piro, jiswew kemm lili u
kemm lilkom, mezz biex napprofondixxu r-realta' taghna ta' bnedmin, nezz
biex nezaminaw ftit il-ghajxien tal-fid taghna kattolika li hi wirt
dehen ta' gensna mezz biex naslu naghmlu gieh l-identita' taghna
maghguna kif inhi permezz ta' art twelidna u t-trobbija nisranija. Hekk
naslu nghixu hajjitna f'armonija ma' dak li ahna ahna: insara Maltin.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnjen, 13
ta' Lulju, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik… (2)
"Jiena ma
hadtx gost, u kont se nghidlek biex nohorgu 'l barra". Din kienet
ir-risposta ta' Alessandro lil martu Ursola. Ma kinux ilhom mizzewwgin,
u siefru safra qabel jibdew l-hajja flimkien f'darhom fl-Imdina, Malta.
Waqt li kienu l-Italja huma ddecidew li jattendu ghal ballu li raw
irriklamat. Waslu u dahlu. Biss dak li raw u sabu quddiem wicchom malajr
intebhu li ma kien jaghmel ebda unur lil hadd. Hargu min hemm u bdew
triqthom lura lejn mnej kienu gew. Ursola xtaqet taf x'impressjoni kien
ifforma zewgha dwar dik l-esperjenza qasira li kellhom fil-lokal
tal-ballu. Ir-risposta li taha hi din ta' hawn fuq. Qatt izjed ma marru
f'postijiet bhal dawk.
Alessandro u
Ursola kienu ommu u missier Guzeppi De Piro. Il-fatt li semmejt diga'
jurina li sa mil-bidu tal-hajja mizzewga taghhom huma kienu nies ta'
l-affari taghhom, kemm f'imgibithom u wkoll fi twemminhom. Huma kellhom
principji sodi, u dawn imdawlin mill-valuri tal-fidi nisranija li kienu
jhaddnu. Dan sewa biex huma offrew pedament sod u ambjent san
ghall-familja li rabbew: seba' subien u zewgt ibniet.
In-nobbilta' u l-unuri, il-ghana u l-istima li din il-familja ta' De
Piro kienet imdawwra bihom, ma kienu qatt ta' zvantagg jew xi diffikuta'
biex huma jghixu kif jixraq il-fidi taghhom. Dan, imbaghad, gie aktar
ifinut maghgun sew mis-Sinjura Kika, kif kienu jsibu lil Usola De Piro.
Ghax hija
kienet l-omm, allura halliet izjed impressjoni fuq uliedha. Zewgha ma
ghex hajja twila. Dan, kompla kabbar l-importanza taghha rigward
it-trobbija ta' dawk li ddependew minnha. Kienet mara ta' zelu kbir, ta'
konvinzjoni, u dinamika. Allura l-ghejxien ta' twemminha kien
fid-dieher. Minhabba f'hekk hi swiet ta' ezempju haj u bil-fatti.
Allura, wiehed ma jistghagibx meta jkun jaf li tnejn minn uliedha
spiccaw biex saru sacerdoti. Familja sana u b'fidi hajja ma tonqosx li
ma tkun benniena ghall-vokazzjonijiet u barkiet tas-sema!
Mhux ta'
b'xejn li t-trobbija bikrija ta' Guzeppi De Piro kienet moghnija
b'sentimenti tassew religjuzi. Dan kellu jservi bhala bazi fl-iskoperta
tas-sejha tieghu ghal qassis li hu wasal biex accetta u haddan bhala
minsteru u xhieda.
Tant u hekk,
li meta 'l quddiem huwa kien fl-istudju tieghu ghall-ordinazzjoni,
fl-ittri lil ommu, hu kien jitkellem bil-miftuh. Maghha wasal biex qasam
affarijiet li qatt ma qalhom lil hadd f'hajtu: la bil-kliem, lanqas
bil-miktub. Lil ommu huwa zammha informata bil-progress spiritwali li
kien ghaddej minnu. U dan baqa' jaghmlu sakemm gie ordnat minstru ta'
Kristu fl-eta' ta' 24 sena.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnjen, 20
ta' Lulju, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik… (3)
Snin
iz-zghozija swew biex Guzeppi De Piro jitharreg fl-edukazzjoni
imtellettwali tieghu, jiskopri l-kwalitajiet li kellu, u jaghti l-ewwel
servizz lil pajjizu.
Guzeppi kien
student fil-Liceo, il-Belt. Tul I-hames snin li dam hawn hu were li
kellu diversi kwalitajiet u kapacitajiet. It-talent tal-pittura spikka
fer. Izda l-istudju l-iehor kellu jinghat aktar hin biex 'il quddiem hu
jkun jista' jidhol l-Universita'.
Ukoll,
il-porblemi ta' sahha li sikwit kien jiffaccja, l-ingagg tieghu ta'
sentejn fil-Milizzja Maltija, u l-kors tal-ligi li beda fl-Universita'
ta' Malta, ma tawh cans biex ikun jita' jizviluppa talenti u doni
naturali li kien moghni bihom.
Barra dan,
hu kien konxju minn hsieb profond iehor. Sa minn meta kellu 14-il sena
hu beda jhossu mhajjar ghall-hajja ta' qassis. Dan il-hsieb ma nsieh
qatt. Anzi kien sikwit ihewden fuqu.
Meta
ddecieda li jtarraf xi haga lil missieru dwar dan, Alessandro kien pront
hassarlu. Biss, aktar 'il quddiem, biex jippruvah, hajru jmur vjagg sa
Firenze, l-Italja. Guzeppi hekk ghamel. Meta rega' lura lejn pajjizu,
iz-zaghzugh Guzeppi tenna lil missieru l-istess kelmiet li kien qallu
qabel: "Nixtieq insir qassis". Missieru baqa' dubjuz!
Ir-rapporti
mil-Liceo, mill-Milizzja, u mill-Universita' jaqblu li fi mgibtu
z-zaghzugh De Piro kien mill-ahjar. Kemm umanament u kemm spiritwalment
Guzeppi wera li kien qed jibni karattru sod u san. Bhal kull zaghzugh
iehor, huwa kein espost ghal kollox. Biss meta l-pedament hu tajjeb, u
dan imhares minn fidi mibnija fuq konvinzjonijiet imghixa, kollox ighin
biex la jintilef dan u wisq izjed li na qabadx triqat ohra li xejn ma
jaghmlu gieh lil dak li jkun. Il-guvnott De Piro gie kemm il-darba wicc
imb'wicc ma okkazjonijiet, biss hu ma laqaghhomx! Ghall-kuntrarju hu
kompla jaghmel zvilupp fil-karattru tieghu tant li hadd qatt ma nstema'
jgemgem minnu.
Tul il-kors
tal-ligi sab ruhu jissielet mal-problema dwar x'kellu jkun il-futur
tieghu. Xi hsibijiet baqghu jtambru f'mohhu. Sikwit kien isib ruhu qed
itella' u jnizzel dwar dan. Deciz ma kienx. Allura nholqitlu problema.
Guzeppi kien
jinsab f'salib it-toroq. Kellu ghazla x'jaghmel; ghazla rigward il-futur
tieghu. Kienet ghazla li la seta' jahrab minnha, lanqas seta' jhalliha
ghall-gejjieni. Din id-dilemma tieghu kienet bejn li jkompli l-istudju
universitarju u jilhaq Avukat, jew li jibdel triqtu u jibda
l-preparazzjonijiet ghal sacerdot.
L-idea li
jsir qassis ma kinitx wahda gdida ghalih. Izda iss kien il-waqt
lijaghmel din il-ghazla Kollox ghandu zmienu u waqtu. Ta' 21 sena kien
altru opportun li hu jiddeciedi darba ghal dejjem. U hu hekk wasal biex
ghamel. Iddecieda.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 27
ta' Lulju 1987.
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4
Tieghi
Ghalik…(4)
Guzeppi
ddecieda li jsir sacerdot. Dak li jitlaq l-istudju ghal avukat u jaqbad
dak li seta' jwasslu ghall-ordinazzjoni presbiterli, ma kenitx ghazla
hafifa. Qatt m'hu fil-fatt! Kulhadd ihossu indeciz quddiem ghazliet li
fuqhom tkun trid tibni l-gejjieni kollu tieghek. L-incetezza ta'
x'jista' jkun u x'ma jkunx ma tantx ighinuk biex thossok kalm u mohhok
mistrieh. Iz-zaghzugh De Piro ma kien eccezzjoni.
Missieru
kien wiehed mill-ostakli li ltaqa' maghhom. Ta missier li kien, ried
jara lil ibnu jilhaq fis-socjeta', u li jkun kapaci jfendi ghal rasu.
Bhal dejjem l-idea ta' sacerdot mixhut fil-qadi ta' sevizz b'xejn izda
b'imhabba ghall-ohrajn - hafna drabi b'detriment ghalih innifsu - wisq
izjed, minghajr tant sikurezza rigward il-ghixien, l-manteniment, u
l-htiegiet umani l-ohrajn, ma tantx ihajruk biex taqbad din il-hajja.
Biss, il-fidi ma kenitx nieqsa. U s-sacerdozju hu mibni, anzi hu frott
ta' fidi vera.
Alessandro
hassar lil ibnu Guzeppi u skoraggih milli jidhol is-Seminarju. Dan hu
ghamlu dejjem bil-prudenza. B'hekk ghen lil ibnu jizen u jifli sew
il-hsieb tieghu. Fil-fatt, wara l-mewt hesrem ta' missieru, Guzeppi
rrifletta: "F'dik l-okkazjoni, kellna farag tant kbir b'mod li nghid,
bla biza' li nizbalja, li l-konsolazzjoni li garrabna kienet akbar
min-niket ta' l-isfortuna". Dan il-ghaliex it-tigrib tal-firda ta' min
hu ghaziz bilfors li jgibek wicc imb'wicc mar-realta' umana. Guzeppi sab
ruhu quddiem il-frugha tal-hajja mondana u l-farag spiritwali lihu biss
eku ta' dak mistenni u etern.
Fis-Sajf
tas-sena 1897, meta Alessandro ma kienx qed jara vokazzjoni f'ibnu
Guzeppi, iz-zaghzugh fittex parir mill-konfessur tieghu. Dan ta' l-ahhar
ghamillu l-kuragg. Il-mewt ta' missieru seviet ta' okkazzjoni lifiha hu
gharbe sew lilu nnifsu. Izjed - marda gravihakkmet lil huh Berti f'dan
l-istess zmien. Din kompliet ghenitu fil-hsibijiet profondi tieghu.
Fil-fatt hu sab ruhu jassigura lilu nnifsu mill-gdid li hu kien imsejjah
biex jaqdi lill-Mulej bhala qassis.
Hemm
ragunijiet ohrajn li ghenuh biex jasal jiddeciedi. Huwa stess isemmihom
u fil-fatt wasal biex kitibhom. Guzeppi deherlu li ebda hidam ohra ma
kienet taqbel ghan-natural tieghu ghajr dik ta' sacerdot. Infatti huwa
kien maqtugh ghalhekk. Emmen li din id-dedikazzjoni kienet tghinu biex
ighix kuntent, u kellha tghinu ha jirbah l-intoppi tal-hajja. Iva, ma
kien se jkun hieles mill-ghawg u l-hemm, izda kein zgur li Alla jghinu
dejjem.
Huwa ried
jinghata kollu kemm hu lill-Mulej. Dan xtaq jaghmlu bhal att ta' mhabba.
Il-hajja konsagrata kellha tghin biex hu jissaffa min-nuqqasijiet tieghu
u jimxi 'l quddiem fil-perfezzjoni u f'ghaqda shiha ma' Alla. It-triq
tal-qdusija tghinek tifhem ahjar il-mewt, u fiha tara l-pont tal-persuna
mal-hajja etena.
Kien qorob
tmiem l-ewwel sena fl-istudju tal-ligi. L-ezamijiet univesitarji kienu
qrib. Guzeppi ddecieda jaghmel novena lill-Madonna. Huwa talab lil
Marija tghinu jasal jifhem x'ried Alla minnu.
Fit-8 ta'
Mejju, 1898, nhar il-festa tal-Madonna ta' Pompej, huwa ffinalizza
d-decizjoni tieghu. Iva, kien zgur x'ried. Triqtu kienet dik
tas-sacerdozju.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 3
ta' Awissu, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4
Tieghi
Ghalik…(5)
Kienet
uzanza, fl-universita' ta' Malta, li nhar it-8 ta' Mejju kemm
il-professuri kif ukoll l-istudenti jingabru fil-knisja tal-Gizwiti,
il-Belt, u jaghmlu s-supplika lill-Madonna ta' Pompej. Kien waqt dan
is-servizz liturgiku li z-zaghzugh Guzeppi De Piro, fis-sena 1898, ha
d-decizjoni biex isir qassis.
Dak inhar,
malli wasal id-dar, hu mar dritt igharraf lil ommu x;kien bi hsiebu
jaghmel. Is-Sinjura Ursola ma hadithiex b'sorpriza din il-haga. Kienet
tafu bizzejjed lil binha. U fiha huwa sab mhux biss persuna li tifhmu
izda wkoll omm li nkoraggietu u li sahhitlu l-hsieb qaddis tieghu.
Ghaliha din kienet barka ohra fuq il-familja taghha: binha Santinu,
erba' snin akbar minn Guzeppi, kien ukoll ga qieghed jistudja u riesaq
lejn l-ordinazzjoni presbiterali.
Imhabbet
ommu tkattret izjed lejh, issa li hu kienh iddecieda li jsir qassis.
Il-parir taghha u l-ftehim li flimkien waslu ghalih kien illu Guzeppi
jibda mmedjatament l-istudju necessarju ghal dan il-ghan. Billi finanzi
ma kenux problema, allura x-xewqa kienet li hu jmur Ruma.
Iz-zaghzugh
De Piro avvicina lil zijuh, il-baruni Guzeppi De Piro, (dan inzerta li
kien jismu l-istess bhalu) u talab minnu li jidher ghalih quddiem
l-Arcisqof u jitlob f'ismau l-kunsens tieghu. Dan ta' l-ahhar malajr
fittex iwettaq dan il-pjacir. Kien midhla tal-familja De Piro u allura
kien jaf xi jsarrfu.
L-Arcisqof
Pietru Pace, ferah bl-ahbar li Guzeppi wera x-xewqa li jsir sacerdot. U
wkoll accetta bil-qalb kollha li jikteb lill-Kardinal Protettur
Pampolla, u lir-rettur tal-kullegg Capranica biex jinstab post ghal dan
l-istudent Malti.
Fost dak li
huwa kiteb fl-ittra lir-rettur, insibuh ighid dan dwar Guzeppi:
"Bil-qalb kollha naghti r-rakkomandazzjoni tieghi lil dan iz-zaghzugh
ghaliex hu moghni b'kull don…"
"Hu zaghzugh
ta' hajja tajba hafna. Ighix dejjem migbur f'daru fejn ma jarax hlief
ezempji ta' hajja virtuza…"
"Waqt li
jiena nirrikmandahulek, nizgurak li int tkun sodisfatt f'kollox b'dan
iz-zaghzugh".
Guzeppi
halla Malta nhar l-10 ta' Lulju. Il-vjagg ghall-Italja sar bil-bahar sa
Sirakuza; u l-bqija bil-ferrovija sa Ruma. Hemmhekk hu sab jilqghuh uhud
minn niesu. Izda dritt mar wera ruhu lir-rettur tal-kullegg u ftiehmu
dwar x'arrangamenti kien mehtieg li jsiru.
Sakemm
stenna biex jigi msejjah fil-kullegg u hemm jibda t-tahrig mehtieg,
Guzeppi sab ruhu nkwetat mill-gdid minhabba f'sahhtu. Izda dan ma kienx
se jtellfu mid-determinazzjoni li kellu dwar il-vokazzjoni. Tant li lil
huh Gwido kitiblu hekk: "Dwar ix-xewqa tal-mama' li mmur ghand
specjalista, ma ghandix hsieb iehor f'mohhi hlief li nidhol il-kullegg.
Imbaghad wara li nkun f'posti, nahseb f'dan ukoll.
Il-jum li
tant stenna fl-ahhar wasal. Nhar il-5 ta' Settembru, 1898 Guzeppi dahal
ufficjalment fil-kullegg Capranica, f'Ruma: issa bhala seminarista. Hemm
hu beda l-kors tal-filosofija fl-Universita' Gregoriana f'dik l-istess
sena.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnjen, 10
t'Awissu, 1987.
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik…(6)
Is-seminarista De Piro kien beda l-kors ta' l-istudju tieghu
ghas-sacerdozju. Dan iz-zaghzugh, issa kien ihossu li qieghed f'postu.
Kien sab dak li xtaq. Il-ghan ta' hajtu kien fil-qrib. U l-prezenza
tieghu fis-Seminarju Capranica, f'Ruma, kienet konsolazzjoni persunali
li issa kien fejn ried u tant xtaq.
Is-sacerdozju mhux professjoni. Billi jkollok mohhok tajjeb, u taghmel
il-kors necessarju u ggib id-diploma, ma jifssirx li int presbiter
fil-veru sens tal-kelma. Wiehed iried japprofondixxi aktar ir-rieda
tieghu, il-ghanijiet sincieri tieghu, u l-generozita' ta' dedikazzjoni
bhal din.
Hu ministeru
ta' fidi hajja u awtentika. Mela, qabel kollox, huma l-konvinzjonijiet
religjuzi ta' dak li jkun li jiridu jkunu kunsidrati u mqeghdin
f'perspettiva propja. Tipprepara ruhek lej il-presbiterat, allura,
ifisser li titharreg aktar fil-ghixien tal-fidi tieghek milli
semplicement tibbrilla fl-istudji akkademici necessarji. Wiehed
m'ghandux jaqleb il-prijorita' ta' dawn.
Guzeppi De
Piro ma waqax fi zball bhal dan: Anzi! It-trobbija li kien ha f'malta,
art twelidu, flimkien ma' dik gewwa daru, ma naqsux li jkunu ta'
pedament sod li, issa, gewwa s-seminarju, taw il-frott. L-art kienet
ghammiela. L-atmosfera propja. Il-post kien Ruma, il-belt imqaddsa
tal-Knisja Kattolika. Guzeppi ma setax ma jiffjorixxix.
Sena wara
d-dhul tieghu f'Capranica, Guzeppi ghalaq 21 sena. Fi Frar ta' dik
is-sena, f'ittra lil ommu, kiteb: "Ghada… jibda l-ewwel randan ghalija
ghaliex, kif intom tafu, din is-sena jien obbligat ghas-sawm. Nittama li
Alla jghinni nsum ir-randan kollu kemm hu".
Jewwilla
kliem bhal dan ma jirriflettix l-ispirtwalita' tal-kittieb? U kliem tali
huma rifless ta' l-interjorita' qaddisa - mumenti bhal dawn Guzeppi kien
biss jaqsamhom ma' ommu l-ghaziza, li fiha huwa kompla jsib sapprot
qaddis li ghinu jaghmel dejjem progress f'dak li emmen.
L-ewwel
randan ghadda. Kienet esperjenza ta' cahda, izda, ghax maghmula fi
spritu nisrani, allura swiet ta' okkazjoni li fiha Guzeppi akkwista
grazzji sopranaturali. HU ha proponiment li jsum mill-gdid ir-randan
kollu fis-sena ta' wara. Hekk kiteb lil ommu fi Frar 1900: "Illum hija
t-tieni gurnata tat-tieni randan tieghi. Nittama li din id-darba wkoll,
l-istess bhas-sena l-ohra, inkun nista' nsumu kollu kemm hu".
Umilta'
Aktar ma
z-zmien ghadda, u beda joqrob lejn l-ordinazzjoni, lawguri
mill-familjari tieghu zdiedu. Guzeppi ma kienx moghmi bil-ftahir
tad-dinja. Lanqas ma fittex unuri jew poszizzjonijie ta' gieh. Li ried
dan huwa kellu x'jaqilghu; iben familja nobbli, tat-tajjeb, edukat
f'istituzzjonijiet gholja, u issa jistudja ghas-sacerdozju
fl-Universita' Gregorjana, gewwa Ruma. Huwa kien jaf tajjeb li l-umilta'
hija wiehed mill-akbar virtujiet tal-fidi. Anzi, hija l-bazi ta' kull
qdusija u fedelta' lejn twemminek. Guzeppi ghalilha tieghu, u bhal
dejjem rawwme u ghasses fih din il-virtu'.
Hekk kiteb
lil ohtu l-kbira, li ghal xi zmien bdiet titfaghlu xi awguri ta' hajja
ta' successi: "Nosserva lil Terezina biex ma toqghodx taghmilli certi
awguri b'tant serjeta'. Hemm awgurju li jien naccetta bil-qalb. Dan huwa
li jien naghraf tajjeb ir-rieda ta' Alla, u naghmilha b'mod perfett. Dan
ghalija jkun bizzejjed".
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 17
ta' Awissu, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4
Tieghi
Ghalik…(7)
Il-hemm
tal-hajja jigi lil kulhadd. Izda huwa hawn jen in-nisrani veru juri xi
jsarraf. It tigrib tal-hajja joffri affront ghal dak li wiehed jemmen u
jittama fih. Is-Seminarista De Piro kellu tieghu wkoll. Bhal kull
haddiehor, hu ma kien eccezzjoni.
Il-mewt ta'
missieru kienet ghadha esperjenza riska. Ghall-familja De Piro l-firda
kienet akbar il-ghaliex Alessandro miet michud mill-konfort ta'
l-gheziez tieghu, u kien ha lahhar nifs ta' hajtu barra minn pajjizu.
Haga li Guzeppi ghamel, mghejjun minn wiehed minn hutu, kienet li hekk
kif kien l-Italja ha hsieb li fdal missieru jintbaghtu lejn Malta. Din
kienet ix-xewqa tal-familja kollha. Alessandro ndifen mill-gdid
fil-qabar tal-familja gewwa l-Qrendi.
Ghall-Milied tas-sena 1898 kiteb hekk lil ommu: "Lejn Malta ma jiena ser
nibghat awguri lil hadd hlief lilek, billi ghandu jsir it-trasport
tal-fdal ta' missieri". Dan fisser li n-niket tal-mewt gie mill-gdid
imqajjem u l-gerha tkabbret.
Il-kaz ta'
huh Berti kien daqqa ta' harta ohra ghall-familja De Piro, u prova ohra.
Fis-sena 1899 dan gie mahkum minn marda gravi. Is-seminarista Guzeppi
fittiex iqawwi qalb ommu u hutu: "Li wiehed igerger, xejn ma hi haga
tajba; immanahseb li, jekk noffru l-biki taghna lill-Mulej biex inpattu
ghal dnubietna, ikolln merti tal-kobor bla tarf. Hu naturali mill-izjed
li wiehed jibki meta jkollu qalbu maqsuma bin-niket. ghalhekk, meta Alla
jippermetti li nbatu, naghmlu tezor ghalina minn dan l-istess niket."
Berti miet
fi zmien qasir. Hu kien ta' 22 sena. Minn Ruma waslu kliem ta' farag u
moghdrija: "Minn fost huti kollha, ghaziza ommi, jiena hu l-inqas wiehed
li nista' nsabbrek…"
"Jidher
tajjeb li Alla u l-Vergni Marija ma nsewniex ghaliex joffrulna ta'
sikwit xi cirkustanzi biex inkabbru dejjem izjed it-tama taghna fihom.
Dwar Berti, nistghu nghidu bla ma nizbaljaw li hu jinsab ahjar mina
ghaliex qieghed flimkien ma' erwieh tajbin ohrajn li hallewna
fiz-zminijiet ta' qabel…"
"Fl-ittra li
(Berti) kitibli fid-9 ta' dan ix-xahar ta' Mejju (tas-sena ta' qabel)
fost l-ohrajn wassalli taghrif sabih u li bih sabbarni dwar il-gurnata
tat-8 ta' Mejju, fil-Knisja tal-Gizwiti. Hu fisser ruhu b'dawn
il-kelmiet precizi: "Illum, nistghu nghidu bla ma nizbaljaw li t-8 ta'
Mejju saret il-gurnata l-aktar devota tas-sena".
Minn dawn
il-kelmiet biss u minghajr ma thares lejn affarijiet ohrajn, jiena nara
kemm fil-qalb tieghu kellu mhabba kbira lejn il-Madonna ta' Pompej.
Jiena nara wkoll tajjeb kemm, f'dik il-gurnata, talab bil-herqa li
jaqla' grazzja minghand il-Madonna. Imbaghad minn din id-disgrazzja li
gratilna, jidher tajjeb kemm il-Madonna laqghet is-supplika tieghu tat-8
ta' Mejju. Qabel ma hu seta' jirringrazzjaha bin-novena tas-soltu Hi
gabritu u sehbitu maghha fil-genna li hi d-don whadien li lina jista'
jinghatalna….
"Is-sena
l-ohra, l-istess Vergni Mbierka offriet lili lill-Iben Divin taghha fuq
din l-art. U din is-sena, waqt li qabdet lil Berti minn idejh,
il-Madonna dahhlitu fil-genna."
Xahrejn wara
Guzeppi nnifsu sab ruhu jbati minn marda fi grizmejh.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 24
ta' Awissu, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik… (8)
Ostaklu li
rrenda lil Guzeppi De Piro limitat milli jaghmel, aktar 'il quddiem
progress fl-istudju tieghu, kien il-mard. Anzi, dan il-fattur kellu
jibqa' jitturmentah sa l-ahhar u kien il-kawza li hajtu ntemmet hesrem.
Sa minn
qabel halla Malta biex imur Ruma u jidhol is-seminarju, diga' kien hemm
xi indikazzjonijiet ta' mard. Issa li kien l-Italja, huwa seta' jfittex
kura ahjar. Dan li fittex ghamel. Biss ma halla qatt li l-giri 'l hawn u
'l hinn, minn tabib ghal ghand l-iehor u, il-hin mehieg biex tinghatalu
l-attenzjoni necessarja, jkunu ta' tfixkil fl-istudju tieghu. Mhux ta'
xejn li ommu kienet tishaq bis-shih mieghu dwar dan. Fl-ittri ta'
bejniethom dan kien sugget li trattaw diversi drabi.
Fl-1899,
sentejn biss wara li kien ilu fil-Kullegg Capranica, Guzeppi marad be
grizmejh. L-infjammazjoni kienet qed tohloqlu diffikulta' biex jitkellem
u, kienet kawza ta' ugiegh. Is-seminarista De Piro fittex imur ghand
tobba u specjalisti apposta. "Diga' nort ghandu (il-Professur Egidi)
erba darbiet; it-tieni darba haraqli grizmejja bin-nar; u dan nahseb li
rimedju radikali. Bil-ghajnuna ta' Alla, nittama li nasal ghall-fejqan".
Guzeppi kien
imqarraq. Il-kura mehtiega kellha titkompla ghalhafna zmien wara. Hadet
is-snin. Minhabba f'hekk hu sab ruhu b'impediment fiziku. Biss, izjed
minn hekk, dan gieghlu jsofri ta' kultant umiljazzjonijiet shah.
Sena wara li
nduna bil-problema ta' gerzumtu, Guzeppi rcieva xokk iehor. It-tabib
tieghu tarrafli li hu kien intikeb mill-marda tat-tuberkolozi (jew kif
ahjar maghrufa fostna l-Maltin it-T.B., marda tas-sider, it-tizi). Dan
kompla pogga lis-seminrista De Piro f'sitwazzjoni mbarazzanti.
L-istudju, l-ordinazzjoni, u l-ministeru li hu tant xtaq jezercita kienu
issa lkoll kundizzjonati mill-mod ta' kif jinfexx il-mard tieghu jew
mis-success tal-kura li hu fittex jiehu. Sab ruhu f'dilemma. Hawn,
mill-gdid, bhal fl-imghoddi, fittex jirrikorri lejn Alla u l-Madonna.
S'intendi ma naqasx li jiftah qalbu ma' ommu l-ghaziza, mal-konfessur
tieghu, ma' shabu u ohrajn li minn ghandhom talab konsolazzjoni jew
parir.
Fejn seta'
lil ommu ma tant urieha bl-inkwiet tieghu. U, allura, kien hafna meqjus
fi kliemu. Tant li mhux dejjem qal kull ma xtaq. L-interess fl-ohrajn u
l-gid taghhom kienu ghalih izjed importanti minn dak tieghu. Kien lest
li jiccahhad mill-konfort li kien mehtieg minnu hu biex ma jghabbix lil
haddiehor bil-hemm tieghu wkoll.
F'Dicembru
1900 kiteb hekk lil ommu: "Toqghod tinkwieta xejn fuqi. Izda itlob
ghalija lill-Madonna ta' Pompej u anki lil Sant'Anjeze, il-patruna
tieghu bhal studen tal-Capranica. Jien li din il-qaddisa qieghed
nitlobha biex tfejjaqni minn dan il-katarru qabel il-festa taghha li
tahbat fil-21 ta' Jannar. Sadattant, il-Hamis li ghadda, jien mort ghand
l-ispecjalista, u dan ikkurani; ghandi f'mohhi li nibqa' mmur ghandu".
Waqt li
z-zmien baqa' ghaddej u Guzeppi mex 'l quddiem fl-istudju tieghu, dan
iz-zaghzugh aktar sab ruhu jithasseb. Sahansitra spicca biex beda
jiddubita jekk din kenitx ir-rieda ta' Alla jew le. Kien jinsab bejn
haltejn. Ta' l-iskantament hu li, ghalkemm De Piro kien ighid x'mard
kellu, biss qatt m'ghaggibha jew wera x'ugieh kien qieghed ibati.
Dan hu
accettah minn id il-Mulej. Izda dak li ma qalx dwaru, intwera f'kemm
kien bniedem responsabbli mhux biss spiritwalment izda wkoll umanament
meta, per ezempju, kiteb hekk lil ommu: "Lili ddispjacieni li sirt naf
li int ma kontx tajba, u ghadek s'issa ma tiflahx. Ghaziza ommi, oqghod
daqxejn attenta u hu hsieb sewwa tieghek innifsek. Meta thoss il-bzonn
li tistrieh, tahseb f'xejn izjed u strieh minghajr ebda skruplu. Jekk
timrad int, timrad il-familja kollha. Ghalhekk, hu hsieb seww tieghek
innifsek, u dan ghandu jitqies bhala wiehed mid-drittijiet tieghek".
Il-mard xejn
sabih li attakkah, holoqlu biza' kbir. U dan bir-ragun. Huwa ra li dan
sta' jtellfu kollox, kull ma holom u emmen fih. Mhux ta' xejn li sab
ruhu jissara ma' konfuzzjoni ta' hsibijiet. Guzeppi kien jinsab
f'dilemma vokazzjonali.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 31
ta' Awissu, 1987.
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik…(9)
"Madanakollu, ghaziz Guzeppi, bil-kunfidenza kollha, inkellmek b'mod
car. Meta kont hawn, int tajtni l-impressjoni li fil-fantasija tieghek
qed tithasseb xi ftit izzejjed. Jew, biex inkellmek ahjar: int tinsab
imbezza'. Fil-fatt jiena ma nimmaginax li ghandek ghalfejn tithasseb
daqshekk. Hsibijiet zejda jaslu biex imarrduk tassew. Aghmel il-qalb
lilek innifsek, u gib ruhek skond l-istint naturali tieghek li jghidlek
biex tkun ferriehi. Fittex fiex tehda".
Il-konfuzjoni li holoqlu l-mard, specjalment il-marda tas-sider li kien
mahsus biha, kienet reali ferm. Il-lotta bejn it-theddida fizika
tal-mewt u l-fatt li spiritwalment ma jaslax jaghti lil Mulej xejn
fil-konkret b'hajtu, kienet wahda krudila. Bhal kull seminrarista iehor
huwa fittex il-parir ta' sacerdoti ohrajn, u l-aktar mill-konfessur
tieghu.
Sacerdot
habib tieghu u tal-familja, kien dik il-habta fi Sqallija. Guzeppi De
Piro rrikorra ghandu. Din ta' hawn fuq hi parti minn ittra li nkitbet
mill-Gizwita, Patri Vincenz Sammut u ntbaghtet lil De Piro. X'intqal
f'din l-ittra jixhet dawl dwar kemm kienet akuta d-dilemma li fiha sab
ruhu s-seminarista De Piro.
Kif intqal,
Guzeppi ra li l-pjani tieghu kif ipprincipjahom hu dehru jaqghu kollha u
jisfghu fix-xejn. Il-biza li hakmu gieghlu jiddubbita mit-triq li kien
iddecieda li jaqbad. Il-vaganzi li ha bi skop li jiehu sahhtu mill-gdid
swewlu biex waqa' f'tensjoni kbira. Dan kien hekk minhabba
l-preokkupazzjonijiet li qabduh dwar hekk.
Patri Sammut
gharaf jifhem dan u uzjed: "Int qieghed tghidli li ghadek ma ddecidejt
xejn! Imma int trid tiddeciedi hekk malajr? Ghaziz tieghi hu daqxejn
pacenzja". Guzeppi kien wasal jiddeciedi li ma jirritornax lura lejn
Ruma; minflok hu jkun f'Malta fejn ikompli l-istudju tieghu u jqaddes
hemm. Imbaghad seta' joffri l-ghajnuna tieghu lill-Istitut ta' San
Guzepp. Il-Gizwita gibidlu din l-attenzjoni: "L-ewwelnett, mur ghand
tabib tajjeb, kif kont fissirtlek meta kont hawn. Dan hu punt
fundamentali u minnu jiddependi li l-kumplament kollu: jigifieri jekk
tmurx Ruma, jekk tiffrekwentax l-iskejjel ta' San Duminku, u jekk
tinghaqadx ma' dawk iz-zewg qassisin tal-Hamrun, u tant affarijeti
ohrajn. "Kollox jiddependi mill-fatt li int tkun taf taghmel ghazla
tajba wara li tiehu l-parir tat-tabib. Dan ifisser li int ghandek
thaddem mohhok skon demm hu mehtieg biex, lid-dikjarazzjonijiet
tat-tabib (li huma dejjem pessimisti), tizinhom daqs kemm ikun
haqqhom…."
Fis-sincerita' tieghu Guzeppi esprima ruhu li kien lest jiehu kollox
minn id Alla. Il-atri ghaqli fehem tajjeb li din ir-rassenjazzjoni
facilment setghet kienet rizultat ta' l-iskuraggiment li kien hakmu.
Allura, kienet sitwazzjoni li holqot fih attitutdni falza li la kienet
ta' ebda gid ghalih, wisq izjed ghall-hajja spirtiwali tieghu. F';din
l-istess ittra huwa fittex izid ighidlu u jiktiblu: "Int qieghed tghidli
li lest ghal kollox; ghal kull sagrificcju li l-Mulej jitlob minghandek.
Taghmel tajjeb li tkun hekk. imma din ir-rabta mar-rieda t'Alla ma
ghandhiex tkun l-effett ta' hafna hsibijiet li, ftit jew wisq, ikun
koroh. Ftehimna tajjeb? Malli tkun taf il-verdett tat-tabib, gharrafni
bih, ghax forsi nkun nista' naghtik xi dawl".
Sakemm kien
boghod mis-seminarju jiehu btala mehtiega ghal sahhtu, Guzeppi zamm
korrispondenza mar-rettur. Dan kien jaf dwar s-sitwazzjoni prekarja
tas-seminarista. Hekk inkoraggih f'ittra li kitiblu: "Bla dubju ta'
xejn, int ghandek taghmel hiltek b'attenzjoni li mataqtax minn kura ta'
bal waqfien halli twarrab dan l-iskomdi gravi li dan l-ahhar habbtek.
Jekk ma tfiqx, ma tistax tintefa' bis-serjeta' fuq l-istudju, li tant hu
mehtieg. Nittama li l-fiducja li int ghandek fil-Madonna salvak. Jalla
tkun tista' tohrog minn dak l-istat ta' incertezza ghaz-zmien li gej.
ftakar li lpincertezza hi l-aghar haga. Iva, nafdaw fl-omm tant helwa
taghna bit-tama li fil-mizerja taghna, tit qanqal lejna biex thenn
ghalina; Hi ghandha qawwa tant kbira quddiem Alla".
Fil-fatt
beda jidher li, wara l-ewwel attakki li gewlu, uspecjalment minhabba
l-marda tas-sider (din kienet l-aktar serja), Guzeppi beda gej
ghall-ahjar. Sahhtu tjiebet. Ha r-ruh. Mill-gdid deher li kollox rega'
ghal li kien qabel. Ghalkemm il-kura baqghet sejra, izda issa
s-seminarista De Piro bhal deher li kien ikkalma u heles
mid-diffikultajiet li kien nholqulu u li tant tawh gewwa. Ir-rittmu ta'
l-istudju rega nqabad mill-gdid. Il-hajja fis-seminarju kien wahda
normali. U l-possibilta' li jigi ordnat fi zmien sentejun xeghlitu
b'kuragg gdid u bi premura kbira. Alla ma jinsiex lil tieghu. Fil-kas
ta' Guzeppi dan ma naqasx.
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn, 7
ta' Settembru, 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4.
Tieghi
Ghalik…(10)
Iva, ghal
Guzeppi kien possibli li jigi ordnat presbiteru; u dan avolja kien ghadu
ma spiccax il-kors ta' l-istudji kollha. Fil-fatt din kienet uzanza
fis-seminarju Capranica li wiehed seta' jitlob il-permessi mehtiega
sabiex jithalla jordna u, imbaghad ikompli l-kors. Dan kien possibli,
wisq izjed, meta jinqala' kaz jen kawza accidentali setghet teqred kull
cans li l-kandidat jilhaq il-ghan tieghu.
De Piro
kellu dan il-kaz. Il-marda tas-sider setghet tohloqlu mpediment u ma
jithalliex jitla' t-tarag ta' l-artal. wiehed qatt ma seta' jghid kif
jaghtuk l-attakki ta' din il-marda u b'liema intensita'. Kien possibli
li tigih fazi qawwija u intensa u l-povru seminarista kien jigi gudikat
li minhabba sahhtu ma setax jithalla milli jkompli fi triqtu lejn
l-ordinazzjoni. Guzeppi, ghalhekk kien jinhtieglu d-dispensa mill-Isqof
tieghu.
L-Arcisqof
Pietru Pace ta' Malta kien il-persuna pricipali f;din il-haga. Kien dak
li jholl u jorbot. Huwa kien jinzamm imgharraf sew dwar Guzeppi.
Mis-seminarju ma naqsux li jintbaghtu rapporti dwar il-progress tieghu
kemm fl-istudji kif ukoll fl-andament ta' hajja li tixraq lil
seminarista li qieghed jithejja ghas-sacerdozju. Guzeppi nnifsu ma
naqasx li jzomm kuntatt ma l-Arcisqof tieghu. Tant li, l-vigarju ta'
Kristu f'Malta, kien dejjem dispost li jghin u jemxxi 'l quddiem lil dan
is-seminarista.
L-ewwel
ittra dimissorjali waslet Ruma f'Jannar 1901. Guzeppi kellu l-barka ta'
l-Arcisqof biex jista' jigi ordnat Suddjaknu. Biss, qabel dan kien hemm
affarijet ohrajn x'jitlestew. "Qabel l-ordinazzjoni, irrid nghaddi
nill-ezami fil-Vigarjat. ghalhekk, itlob ghalija sabiex inkun nista'
nipprepara ruhi tajjeb. L-affarijiet jigu wahda war l-ohra, u dejjem
nahseb l-izjed fuq l-ewwel haga li tkun tmiss. Issa, l-ewwel ma jkolli
hu l-ezami; imbaghad, l-irtir, u wara, l-Ordinazzjoni." Fi Frar hu sar
Suddjaknu. L-ewwel pass importanti lej il-presbiterat kien intlahaq.
L-ezamijiet
kienu dejjem tensjoni ghalih. Huwa qatt ma ntefah bl-intelligenza
tieghu. Izda izjed minn kull haga ohra, il-mard li kellu kien il-kawza
pricipali tellfu hafna hin u energija prezzjuza biex seta' jiddedika
ruhu sew ghall-istudju. "Fl-intelligenza m'ghandi xejn specjali. S'issa
mexxejt mhux hazin… L-ezami ghall-bacellerat mar xi ftit hazin. Minn
tliet ezamijiet, fi tnejn bilkemm ghaddejt. ghalhekk, jekk nahseb ftit
x'niswa u ngib quddiem ghajnejja t-toqol ta' l-ezamijiet, ilkolli nghid
li ftit ghandi cans niehu gradi ohrajn".
Ittra ohra
dimissorjali harge mill-Kurja ta' Malta. U Guzeppi De Piro nghata
d-Djakonat. Dan kien f'Dicembru 1901. Ohtu Terezina kitbitlu hekk:
"Nifrahlek ghall-pass kbir li ghamilt 'il quddiem fit-triq ta' minsteru
tant gholi…. Int l-farag tal-mama' u taghna lkoll". Sacerdot Malti
awguralu b'dan il-mod: "Nawguralek li tahdem hafna fil-ghalqa li l-Mulej
ghad joghgbu jqieghedek fiha".
Issa kien
baqa' biss targa ohra. Flimkien ma' ohrajn huwa ghamel l-irtir
tat-thejjija. Imbaghad, nhar is-Sibt, 15 ta' Marzu, 1902 Guzeppi gie
ordnat sacerdot. Dan sehh fil-Bazilika ta' San Gwann Lateran. L-ghada
huwa qaddes l-ewwel quddiesa tieghu fil-kappella tal-Kullegg Capranica.
Ftit jiem wara huwa kien Malta fejn flimkien ma' niesu u hbiebu ccelebra
l-quddiesa solenni. Kien nhar il-Ghid il-Kbir.
Dun Guzepp
rega' lura lejn Ruma. Hemm spicca l-istudju tieghu. Minhabba l-problema
tal-mard huwa qata' jiesu li jkompli studji aktar gholjin. Il-hsieb
tieghu kien li mill-gdid jinzel Malta u bida l-hidma pastorali tieghu.
Fl-arkivju
tal-Capranica thalliet miktuba, fost ohrajn, din in-nota dwaru: "Guzeppi
De Piro min-natura tieghu hu mixhut biex jahfer dejjem. Hu twajjeb
hafna. It-tifkira li halla f'dan il-kullegg hi ghaziza hafna".
_________________________________________________________________________
Il-Hajja
It-Tnejn 14
ta' Settembru 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
Pg. 4
Tieghi
Ghalik…(11)
Dun Guzepp
De Piro rega' lura lejn Malta lejn tmiem Lulju tas-sena 1902. Biss, din
kienet mawra ohra - zmien biex jipprepara ruhu halli jitlaq lejn
l-Izvizzera.
Ghat-tieni
darba hu gie milqut mit-tuberkolosi. Il-marda tas-sider hakmitu b'mod
gravi. Hu kien jinhtieg kura specjali u mmdejata. Id-decizjoni kienet li
hu jmur f'dar tal-kura sanatorju gewwa l-Isvizzera. L-arja tajba qalb
il-muntanji ta' dan il-pajjiz kellha tghin biex hu jiera' jiehu sahhtu.
Ghalkemm
kuntent li kien gie ordnat sacerdot, Guzeppi ra li l-pjani kollha tieghu
ghall-futur issa kienu ccajpru ghal kollox. Ma kien possibbli ghalih li
jkompli aktar studju akkademiku. Lanqas biss ma rnexxielu jispicca
l-kors tat-teologija! Hu ccahhad minn kull aspirazzjoni ta' lawriji kemm
fit-telogija u kemm fil-ligi kanonika. Ir-rassenja ruhu ghar-rieda ta'
Alla. "Il-Mulej jhares lejn ir-rieda tajba tieghi".
Il-qaghda
tieghu fl-Izvizzera bdiet taghti rizultati njuraggjanti. Il-kura hadet
it-tul, biss il-progress f'sahhtu u fil-fejqan tal-marda li kellu kien
kontinwu. Dan rega' mela lil Guzeppi b'tamiet qawwijin. Fil-fatt, waqt
li qabel hu kien immagin li Alla kellu mnejn li ma riedx innu dak li hu
kien jixtieq, issa l-progetti ta' l-imghoddi regghu feggew mill-gdid.
Kiteb hekk fid-djarju tieghu: " Waqt iz-zmien tal-kura, jiena b'ghozza
bqajt marbut ma' l-ideat li kelli fl-imghoddi. Qalb is-silg ta' l-Alpi,
u tant imbieghed mill-pajjiz fejn lil dawk l-ideat xtaqt inqieghdhom
fil-prattika, lil ma kienx baqaghli hlief mezz wiehed. Kien fadalli biss
it-talb, li qistu bhala l-aqwa habib. ghalhekk jiena tlabt u tlabt fuq
li tlabt".
Il-kura
tieghu hadet it-tul, sena u nofs. Izda swietlu biex hu halla l-Isvizzera
mfejjaq ghal kollox. F'Marzu tal-1904 wasal lura Malta. Izda, biex ma
jitlifx dak li kien akkwista rigward sahhtu, hu mar ighix fid-dar li
l-familja De Piro kellha fil-Qrendi.
Sakemm kien
hawn hu ma ntelaqx. Anqas ma qaghad jistenna li l-okkazjonijiet
jipprezentaw ruhhom wahedhom. Hu fittex li sakemm idum hemm jinxtehet
fil-qadi ta' dmiru bhal sacerdot.
Kien iqaddes
ta' kuljum, iqarar u jghin kif jista f'dak li jkun mehtieg madwar
il-knisja. Sar il-qassis ta' kulhadd. Ghalkemm ta' demm nobbli, hu kien
dhuli hafna. Il-hlewwa tieghu gibdet qalb kulhadd. Hadd ma kien isibh bi
tqila li jersaq lejh kemm biex ikellmu, jew ghal xi parir, jew biex
jaqsam cajta mieghu. kellu hin ghal kullo min ifttxu. haga li kien
jaghmel sikwit kienet li jithallat mal-bdiewa fl-eghlieqi taghhom. Hu
gharaf jinzel ghall-livell ta' kulhadd u ghamel gid kbir.
Il-priedk
tieghu kienu pastorali u prattici. Tkellem dejjme b'mod semplici biex
seta' jifhmu kulhadd. Izjed mill fetah fommu, hu kien hekk bniedem ta'
gabra u ta' talb li mgibtu kienet ezempju haj ta' veru nisrani u ta'
bniedem ta' Alla. Il-poplu tal-Qrendi fehma tajjeb dan f'Guzeppi De
Piro. U drawh meta ta' kuljum, wara li jispicca mill-quddies teighu, hu
kien jerhilha lejn il-wied jimxi u jghid ir-ruzarju.
Hu dahal
sewwa fil-hajja tal-Parrocca. Barra l-pastorali hu sab hin ighin
f'attivitajiet ohrajn. Lahaq il-prokuratur tal-fratellanza tal-Madonna
tac-Cintura. Kien ifittex jorganizza l-festa taghha, ibid xi bandu
ddoqq, u lil dawk li jkunu ghenu u stinkaw huwa kien jittrattahom f'daru
stess.
_________________________________________________________________________
"Malta
Cross"
NSW
Australia
Il-Hamis, 29
ta' Ottubru 1987
Fr. Saviour
Sammut MSSP
L-M.S.S.P.
FERHANA
Nhar il-Hadd
l-1 ta' Novembru 1987, ghandu jigi noqri fil-knejjes kollha ta' Malta u
Ghawdex id-Digriet li bih l-Arcisqof Guzeeppi Mercieca jawtorizza lil
prokuratur, li f'idejh ghandu l-kawza ta' Monsinjur Guzeppi De Piro -
biex dan isir qaddis - biex issa jressaq l-istudju dwar hajjet De Piro
b'mod formali. Pass bhal dan ifisser li l-awtoritajiet ekklesjastici
bdew jagharfu li dal-bniedem kien tassew mimli b'Alla u b'imhabbtu.
Guzeppi De
Piro kien sacerdto djocesan. fil-qadi tal-minsterju tieghu presbiterali
huwa qed lil Knisja b'hafna manjieri. Izda l-aqwa kien li hu wettaq
dmiru b'sens ta' dover u dejjem skond ir-rieda t'Alla.
Il-Mulej
were kemm Monsinjur De Piro kien sacerdot ghal qalbu meta qanqlu biex
permezz tieghu Hu ta' bidu lis-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Il-membri religjuzi ta' din is-Socjeta' huma llum xhieda hajja
tal-qdusija tal-fundatur taghhom.
Ghal dawn
l-ahhar snis saru sforzi kbar biex titlesta l-haja ta' Mons. G. De Piro
u tohrog f'idejn il-poplu. Din hi ktieb miftu biex wiehed jasal jaghraf
tant elementi ta' qdusija f'dan is-sacerdot Malti. U bhal hafna ohrajna
hu wkoll ghamel gieh lil Knisja Maltija. Id-digriet ta' Monsinjur
Arcisqof hu targa ohra 'l quddiem biex dan iben dehen il-Knisja
kattolika jiehu l-post li jixraqlu fuq l-artali taghna.
Hekk huwa
jkompli jkun ghalina ezempju biex nimitawh fl-ghixien tal-fidi taghna.
Ifirhu
maghna w itolbu bhalna biex il-Knisja Maltija, fi ftit snin ohra,
ikollha gawra ohra ta' qdusija.
Min irid
santi bit-talba, bil-Malti jew bl-Ingliz, iktbulna jew cemplulna
fid-djar taghna fl-Awstralja, jew dirett Malta:- St. Agata, Rabat Malta.
Lil Guzeppi
De Piro issa wiehed jista' jitolbu l-intereccessjoni tieghu quddiem
Alla. Il-grazzji maqlugha, jekk joghgobkom, infurmawna bihom. Grazzi, u
nitlob dejjem lil Alla ha jberikkom.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 31
ta' Ottubru, 1987.
Adrian
Caruana Colombo, Kancellier Tribunal Ekklezjastiku
Pg. 1.
Editt dwar
il-bidu tal-Kawza ta' Beatifikazzjoni ta' Mons. G. De Piro.
Il-Knisja
ta' Malta trodd hajr lil Alla ghaliex fi hdan il-kleru djociesan dejjem
kien hemm numru sabih ta' sacerdoti zelanti li ispirati mill-valuri nsar
bil-hajja u l-hidma taghhom taw kontribut siewi f'diversi oqsma ta'
l-apostolat u hadmu bis-shih ghall-gid tal-poplu. Fost dawn ta min
isemmi lil Monsinjur Guzeppi De Piro li jista' jigi prezentat bhala
mudell ta' sacerdot ghall-kleru djocesan u ispirazzjoni qawwija
ghall-insara ta' zminijietna.
Bhala
sacerdot inghata totalment ghas-servizz tad-djocesi. Ghalkemm sinjur
mill-familja, sa minn eta' bikrija hass li ghandu jghin lill-fqar u
l-iltiema ta' pajjizna u jghix hajja distakkkata mill-gid materjali. Ta
hinu, sahhtu u gidu ghad-divesi istituti ta' karita' li kien
responsabbli ghalihom sa jum mewtu. Kull fejn u meta seta', imqanqal
minn patrijottizmu sincier u genwin qeda lil pajjizu u ghen biex tinbena
l-ghaqda u tinkiseb il-paci fost il-Maltin. Fuq kollox kellu mhabba
specjali lejn il-missjonijiet tal-Knisja u x-xewqa tieghu kienet li
Malta wkoll ikollha ordni religjuz li jkun moghti ghall-hidma
missjunarja. Kien ghalhekk li hu waqqaf is-socjeta' religjuza li llum
hija maghrufa bhala s-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl u li l-membri
taghha jinsabu jahdmu wkoll fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti ta'
l-Amerika, il-Peru u l-Pakistan.
Mitlubin
mill-Postulatru tal-Kawza tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta'
l-istes Monsinjur De Piro biex jinghata bidu ghal din il-Kawza, skond
in-Normi tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Qaddisin qed nippubblikaw dan
l-Editt biex nitolbu lil kull min ghadnu xi kitba ta' Monsinjur De Piro
jghaddiha fil-Kancellerija tat-Tribunal Mertropolitan fil-Kurja
Arciveskovili, il-Belt. B'kitba nifhmu mhux biss dawk stampati izda
wkoll manuskritti, id-djarji, ittri u kull kitba ohra privata ta' dan
il-Qaddej ta' Alla. Dawk li jixtiequ li jzommu l-original jistghu
jipprezentaw kopja li, wara li tkun verifikata ma' l-original, tigi
awtentikata mill-Kancellier ta' l-istess Tribunal.
Nordnaw li
dan l-Editt jigi mwahhal fil-bieb tal-Kurja ghal xahrejn, jinqara
fil-knejjes kollha l-Hadd, l-1 ta' Novembru u jigi pubblikat
fil-Bullettin ta' l-Arcidjocesi.
Moghti
mill-Kurja Taghna fil-Furjana, illum, 23 ta' Ottubru, 1987.
+Guzeppi
Arcisqof ta' Malta
Adrian Caruana Colombo
Kancellier Tribunal
Ekklezjastiku
_________________________________________________________________________
Il-Mument
Il-Hadd, 1
ta' Novembru, 1987
Fr. Norbert
Bonavia M.S.S.P.
Pg,. 14
Mons.
Guzeppi De Piro
Fundatur
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Malta hi
zghira u rizorsi materjali ma ghandhiex. Lid-dinja ftit swejnielha
minndan il-lat. Biss jekk inharsu mil-lat intellettwali, Malta kellha
nies li ghamlu l-gid f'pajjizna u anki fid-dinja.
Nistghu
nsemmu mies recetni bhal Prof. Preziosi u Prof. Patri Zarb O.P., Dr.
Parado, Dr. Debono u ohrajn li barra li taw serivizz lill-Maltin swew
ta' gid bil-hidma jew bil-kitba barra minn Malta. Ma dawn nistghu nsemmu
niews Maltin ohra li mhux ta' min jinsihom ghalkemm ilhom li twieldu.
Fosthom insibu lil Mons. Guzeppi De Piro. Dan il-bniedem fi zmien qasir
ta' sitta u hamsin sena irnexxielu jaghmel hafna gid.
Mons. De
Piro twieled fl-Imdina fit-2 ta' Novembru 1877. Ma kienx ghal qassis
meta kien zghir. Kien diga' beda kors ghal avukat meta ddecieda li jrid
jaqdi lil Alla mill-qrib.
Meta kien
qed jistudja Ruma kellu cans jibda jahdem fid-diplomazija, imm kif halla
miktub fid-djarju tieghu, din ma kenitx ix-xewqa tieghu. Veru li kien
iben ta' familja nobbli u sinjura, biss minghand ommu u missieru hu
tghallem x'inhi l-aqwa haga.
Ommu kienet
thobb tghallem b'xejn ir-rakkmu tad-deheb u fuq l-ezempju ta' ommu
intefa' b'ruhu u b'gismu mal-fqar u ma l-iltiema. Hu kellu taht idejh
hames istituti ta' l-orfni mmexxija mill-Knisja. Dawn l-istituti hadulu
sahhtu u flusu. Kien jaghti kull sold li jkollu.
Jghidulna
dawk li jafuh, illi gieli ta l-flus kollha li kien ikollu fuqu, imbaghad
hu kien jinzel bil-mixi mir-Rabat ghall-Belt ghax ma kienx ikollu
ghat-tram. Wiehed li kien ighix mieghu jghid li mhux l-ewwel darba li ta
l-ikel tieghu li xi fqir li kien ihabbat il-bieb fil-ghaxija u hu raqad
b'tazza te'. Mhux ta' b'xejn ommu kienet tghid ghalih 'Dak il-fqir
tieghi'.
Mons. De
Piro, ta ruhu ghall-fqar mhux ghax kien bniedem injorant. Tant mhux
hekk, illu hu okkupa karigi gholjin bhalma kienet dik ta' Rettur
tas-Seminarju. L-Arcisqof Mauru Caruana ghazlu bhala Segretarju Generali
tad-Djocesi. Dawn kienu bicctejn xoghol delikati u ta' importanza kbira.
Imma
l-ghazla kienet vera tajba ghax il-prudenza ta' dan il-bniedem kienet
maghrufa sewwa fost kulhadd. It-talenti li Alla ghogbu jzejnu bihom ma
hallihomx reqdin. Ried illi Alla ma jitolbux kont talli ma hadimx
fid-dinja.
Mons. De
Piro kellu kariga ohra importanti, kien membru fis-Senat (Malti).
Fis-Senat hu kien jirraprezenta lill-Kleru Malti. F'din il-Kariga hadd
am kellu dubju minnu; Kemm il-kleru u kemm il-poplu. Hadem u stinka
fis-Senat, u l-kelma tieghu kienet stmata. Ezempju wiehed hu bizzejjed
biex naraw l-istima li kien igawdi f'Malta kollha. Dak in-nhar
tar-rewwixta tal-maltin fis-7 ta' Gunju 1919 Mons. De Piro indahal biex
jikkwieta lill-poplu, u l-poplu sema l-kliem ghaqli tieghu ghax kien jaf
min kien dan il-bniedem.
Dawn in-nies
ma jsirux kbar bix-xejn. L-ghaqda li jkollhom m'Alla tul hajjithom
taghtihom il-qawwa, is-sahha u l-gherf. Biss Mons. Guzeppi De Piro
jibqa' msemmi ghal haga ohra verament sabiha. Hu waqqaf is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl. Fid-djarju tieghu hu kiteb "Nahsbu f'hutna ta'
Barra" u ghalhekk, hu li kien jaf kemmm Malta thobb tghin il-Missjoni
ried li jwaqqaf ghaqda fejn tifforma zghazagh li jkunu jistghu jmorru
f'kull parti tad-dinja fejn hemm nuqqas ta' sacerdoti.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl barra tlett idjar hawn Malta: Sant'Agata,
ir-Rabat Youth Centre, B'Kara u l-Istitut ta' San Guzepp f'Santa Venera,
ghandha wkoll in-Novizzjat fiz-Zebbug Ghawdex. Barra minn Malta,
il-Missjunarji tas-Socjeta' jahdmu wkoll fl-Awstralja, fil-Kanada,
fl-Amerika t'Isfel (il-Peru) u fil-Pakistan. B'hekk Mons. De Piro
permezz tas-Socjeta' tieghu qed jaghmel il-gid mhux biss f'Malta imma
wkol f'pajjizi ohra. Kien xieraq ukoll li dan is-sacerdot jigi moghti
l-unur li jkun id-Dekan tal-Kapitlu Metropolita.
Il-finijiet
ta' Alla hadd ma jafhom. Mons. De Piro miet ta' eta' zghira meta hassu
hazin fil-knisja ta' San Gejtanu, il-Hamrun wara l-purcissjoni
tad-Duluri. L-ghada tal-mewt tieghu l-gazzetti fissru x'kien dan
is-sacerdot ghall-kleru Malti, ghal fqir u ghall-haddiem.
_________________________________________________________________________
It-Torca
Il-Hadd, 1
ta' Novembru, 1987.
Fr. Norbert
Bonavia MSSP
Pg. 23
Mons.
Guzeppi De Piro.
Kieku ma
hawnx xi nies li jaghtu kas ta' dati importanti, dawn id-dati jintilfu u
maghhom kollox jintesa. Wahda mid-dati importanti li tajjeb li ma
nhallux ghaddejja hija t-2 ta' Novembru, 1877. Dak in-nhar twieled Mons.
Guzeppi De Piro.
Ghal xi
whud, Mons. De Piro hu maghruf bizzejjed, izda hafna ohrajn ma jafux min
kien dan il-bniedem li f'hajtu hadem kemm felah, ghamel gid madwaru, ma'
kull min kellu x'jaqsam mieghu, u anke haseb biex jaghmel il-gid barra
minn pajjizu, haga li ftit joholmu li jwettquha.
Mons. De
Piro twieled l-Imdina minn familja nobbli u sinjura. Biss din il-hajja,
hu ma ridhiex. Ghalhekk wara li sar qassis huwa sar midhal ta' l-Istitut
ta' San Guzepp f'Santa Venera. Dan ix-xoghol kien ghal qalbu, ghax din
kienet il-kwalita' ta' hajja li ried ighix: ta' fqir, mal-fqar.
Wara l-mewt
ta' Dun Guzepp Bugeja, sar direttur ta' dan l-Istitut. Hekk ukoll gara
wara l-mewt ta' Fra Diegu, l-isqof fdalu t-tmexxija ta' l-Istitut ta'
dan il-Fratell qaddis. Biss ma kienx kuntent: ma' dawn it-tnejn huwa
zied tlieta ohra, biex b'hekk kellu taht il-kura tieghu hames istituti.
Ghal dawn l-istituti huwa berbaq kull sold li kellu, ghax dak iz-zmien,
l-istituti kienu mimlijin tfal.
F'hajtu sab
hin ukoll biex ighin fil-formazzjoni tas-sacerdoti, ghax huwa kien
Rettur tas-Seminarju.
Mons. De
Piro, li jghid kien jipprova jpoggieh fil-prattika. Biex aktar jitqaddes
hu u jqaddes lil ohrajn: kien membru ta' l-ghaqda 'Sacerdoti Adoraturi'
u membru fil-missjoni li tant taghmel gid sal-lum f'kull parrocca li
tmur. L-Arcisqof Mauro Caruana li gharaf fih bniedem mimli talenti u ta'
natural habrieki, ghazlu bhala segretarju generali tal-Kurja, pozizzjoni
li kien jaf kulhadd hija delikata u iebsa. ghalhekk ukoll kienet haga
sewwa li dan il-bniedem war gie moghti l-unur li jkun Dekan tal-Kapitlu
Metropolita.
Hafna drabi
jigri, li nies li jkollhom hafna x'jaghmlu, aktar isibu min jaghtihom
x'jaghmlu. Hekk kien Mons. De Piro, ghaliex ma' dak ix-xoghol kollu li
kellu, l-Arcisqof ghazlu bhala rapprezentant tal-Kleru fis-Senat Malti.
Imma l-ikbar
opra li ghaliha jibqa' zgur imsemmi hi s-Socjeta' Missjunarja ta' San
Pawl. Minn mindu kien ghadu seminarista f'Ruam, kien dejjem iredden
f'mohhu l-hsieb li Malta ghandha x'toffri lid-dinja, mhux deheb jew zejt
kif jaghtu artijeit ohra, imma l-fidi. Ghalhekk huwa haseb biex iwaqqaf
kongregazzjoni ta' l-irgiel, l-unika wahda Maltija maskili, biex
il-membri taghha jwasslu l-fidi fejn hemm nuqqas ta' sacerdoti. B'dan
l-ideal car quddiemu, beda jigbor zghazagh mimlijin bl-ispirtu
missjunarju.
Il-Qaddis
Papa Piju X, gharaf il-hsieb ta' Mons De Piro, u kitiblu ittra biex
ibierek lilu u l-membri tieghu, u anke jinkuraggihom. Mons. De Piro
baghat bhala l-ewwel missjunarju tieghu fl-Abissinja lil Fra Guzepp
Caruana.
Illum
is-Socjeta' li waqqaf hu ghadha tkompli x-xewqa teighu ghax barra tlet
idjar f'Malta, huma ghandhom ohrajn fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Amerika
(USA), u fil-Pakistan.
Mons. De
Piro meit ta' 56 sena f'riglejn l-artal waqt li kien qieghed jaghti
l-barka sagramentali fil-knisja ta' San Gejtanu l-Hamrun nhar is-17 ta'
Settembru 1933, wara li mexxa l-purcissjoni tad-Duluri.
_________________________________________________________________________
In-Nazzjon
Taghna
It-Tnejn, 2
ta' Novembru, 1987
Minn
Korrispondent.
Pg. 9
Imhabba li
ma taghrafx limiti.
Meta bnedem
li jkun ghex hajja qaddisa jibda jigi kkonsidrat ghall-process ta'
beatifikazzjoni, l-ewwel haga li jifttxu fih tkun il-mod kif dan
il-bniedem ikun ghex il-virtu tal-karita'. Dan ghaliex il-karita' hija
l-gherq li minnha tinbet hajja qaddisa. Gesu' nnifsu fl-evangelju
jitkellem minn livelli differenti ta' kif il-Kelma t'Alla tahdem
fil-bniedem. (Luqa 8, 5-8; 11-15).
Hekk kif
iz-zerriegha li waqghet f'art tajba tat frott f'min tletin, f'minn
sittin u f'min mija, hekk jigri fil-frott ta' ghemil tajjeb ta' min irid
jghix fil-kmandament ta' l-imhabba. Dan ifisser x'uhud jirrispondu
ghall-kmandament ta' l-imhabba li tana Gesu B'mod radikali.
Certament li
l-frott ta' ghamil tajjeb ta' mhabba herqana lejn il-proxxmu b'mod
specjali lejn il-fqir u l-batut kienet tispikka f'Mons. Guzeppi De Piro
fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl.
Iben Nobbli.
Mons. De
Piro kien wild in-nobbli. Izda ghalkemm kien jaghmel parti mill-klassi
tan-nobbli, huwa minn jeddu neza' l-privileggi u l-ghana li twieled
fihom biex jghix mal-fqar u l-iltiema. In-nobbilta' ta' Mons. Guzeppi De
Piro ghalhekk kienet nobbilta' fil-virtu'.
Bhal
qaddisin fundaturi ta' kongregazzjonijiet relugjuzi, bhalma huma S.
Frangisk, Sant'Injazju u ohrajn, De Piro haseb li jakkwista l-unur ta'
karriera. Biss il-Mulej kellu pjani ohra mhejjija ghal din l-ghodda
maghzula Minnu.
Wara sentejn
li kien ilu li beda l-kors tal-ligi, fil-gurnata tat-8 ta' Mejju 1898,
wara s-Supplika lil Madonna ta' Pompej fil-knisja tal-Gizwiti l-Belt,
Guzeppi De Piro gie ispirtat li dak li ried Alla minnu ma kinitx
il-karriera ta' avukat izda l-hajja sacerdotali.
Billi
Guzeppi kien kontinwament ifittex li jaghmel dak li jrid Alla minnu, ma
sabhiex difficli biex iwiegeb iva, ghas-sejha li l-Mulej kien qed
jghammillu. Ghalhekk haseb biex isiru t-thejjiet mehtiega biex ikun
jista' jibda l-kors li jwasslu ghas-sacerdozju. Dan sehh fl-Universita
Gregorjana go Ruma sakemmm wasal il-jum tal-15 ta' Marzu 1902 meta gie
ordnat sacerdot fil-Bazilika tal-Lateran gewwa Ruma.
Sa minn
mindu kien ghadu jistudja kien diga' qed jahseb u jaghmel kuntatti
mad-Direttur ta' l-Istitut ta' San Guzepp biex ikun jista' jahdem hemm
f'komunita ma' sacerdoti ohrajn qalb l-iltiema. Dan kellu jsehh snin
wara.
Wara li gie
ordnat sacerdot, Dun Guzepp De Piro hadem ghal xi zmien gol-parrocca
tal-Qrendi fejn iddistingwa ruhu bil-hegga li kellu ghall-apostolat u
t-talb. Fl-1906 kellu diga' parti attiva fil-'Missjoni l-kbira' li giet
imwaqqfa biex trawwm spirtu missjunarju fost il-Maltin.
Fl-1907
Mons. Isqof Pace fdalu f'idejh id-direzzjoni ta' l-Istitut ta' Fra
Diegu.
L-imhabba u
d-dedikazzjoni ghal dawn it-tfal iltiema narawha fl-ghemil tieghu waqt
li kien imur idur il-benefatturi u jittallab ghall-orfni. Dan Mons. De
Piro ghazel li jaghmlu meta l-hajja offrietlu kull oppportunita' biex
jaghmel bhal nobbli ohrajn shabu u jghix hajja komda minghajr inkwiet
ghall-orfni.
Din
l-imhabba lejn l-iltiema Mons. De Piro kompla juriha meta fl-1922 huwa
gie assenjat biex jiehu hsieb l-Istitut ta' San Guzepp, Santa Venera u
aktar tard fl-1925 meta beda jiehu hsieb id-Dar ta' San Guzepp
f'Ghajnsielem Ghawdex.
Biss
l-imhabba altruista mibnija fuq l-ezempju ta' l-Imghallem Divin am
waqfitx fil-limiti tax-xtut ta' Malta. Mons. De Piro sa minn mindu kien
ghadu jithejja ghas-sacerdozju kellu tberren f'mohhu l-ideja li jwaqqaf
f'Malta kongregazzjoni ta' religjuzi li tkun ghall-missjonijiet ta'
barra.
'Naghtu lil
ohrajn dak li San Pawl ta lilna', kien spiss ihobb ighid. F'mohh Mons.
De Piro kien car hafna l-hsieb li meta Gesu ghallimna biex inhobbu lil
xulxin, b'dan kien qieghed jaghllimna wkoll biex inhobbu lill-bnedmin
kollha hi x'inhi n-nazjonalita' u l-kondizzjoni taghhom.
Twaqqif ta'
Socjeta' Missjunarja.
Ghal dan
il-ghan Mons. De Piro, fl-1910 waqqaf kongregazzjoni religjuza biex
twettaq hidma missjunarja fost dawk li l-aktra ghandhom bzonn b'mod
specjali fl-artijiet tal-missjoni. Zgur li fl-ghajnejn ta' Alla Mons. De
Piro kien strument ta' mhabba.
Kien
ghalhekk li kien maghzul minn Alla, biex iwaqqaf Socjeta' Missjunarja li
wara mewtu mhux biss ma mititx mieghu, izda iffjorixxiet u kibret.
Ghalhekk il-lum Mons. De Piro ghadu haj fl-ispirtu ta' mhabba altruista
li tqanqal il-membri tas-Socjeta' Missjunarja li hu waqqaf biex ihallu
kollox u jmorru jghixu fost il-fqar fl-artijiet tal-missjoni.
Ghalhekk la
Alla ghogbu jinqeda b'dan il-qaddej tieghu biex isahhah il-Knisja tieghu
b'kongregazzjoni ta' religjuzi b'karizma missjunarja, zgur li dan
il-bniedem li ghex hajja qaddisa jisa' jintercedi ghalina quddiem Alla
fil-htigiet taghna. Min jaqla' xi grazzja bl-intercessjoni tal-Qaddej
t'Alla Mons. Guzeppi De Piro hu mitlub jgharraf lil Postulatur, Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl, St. Agata, Rabat, Malta.
_________________________________________________________________________
The Maltese Herald
It-Tlieta, 3
ta' Novembru, 1987
Fr. Saviour
mssp
Pg. 9
Il-M.S.S.P.
Tifrah.
Is-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl ghandha ahbar sabiha x'taqsam ma' l-emigranti
Maltin fl-Awstralja. Mhux biss maghhom, izda wkoll mal-Knisja kattolika
kollha Awstraljana. Din titratta dwar il-fundatur taghha, Monsinjur
Guzeppi De Piro.
Nhar l-1 ta'
Novembru 1987, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca se johrog id-Digriet li bih
huwa jgharraf lid-djoces ta' Malta u Ghawdex li l-prokuratur inkarigat
mill-kawza ta' Mons. De Piro biex jigi mgholli ghall-gieh ta' l-artal
(isir qaddis) jista' issa jibda jipprocedi formalment. Dan ifisser illi
fil-hajja ta' De Piro hemm x'jigi meqjus biex iwassal lil fundatur
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl ghal qdusija, u, il-qima ta'
l-insara.
Iz-zewg
volumi dwar hajtu jaghtu hafna hjiel biex wiehed jifhem u
jissensittivita li hawn qed nittrattaw ma' bniedem iehor mimli
bl-ispirtu t'Alla. Li Alla ghogbu jaghzlu biex ikun Missier socjeta'
missjunarja u ta' religjuzi, bilfors li fih sab materjal ta' xempju
nisrani u qdusija.
Guzeppi
ddedika hajtu lil Alla w il-Knisja permezz tas-sacerdozju. Lil Alla u
lill-Knisja qdiehom skond ma kien mistenni minnu. U l-Mulej ghoblu
jaghti kuruna - li ghalkemm swietlu tbatija u sagrificcji, izda quddiem
is-sema tonorah bil-kif! Din il-kuruna hija s-Socjeta' Missjunarja ta'
San Pawl. It-tajjeb fil-bniedem li jirrifletti t-tjubija t'Alla ma
jmutx; ma jispiccax. Izda, ghal kuntrarju, hu bhal zerriegha li
tintradam u tintes fil-hamrija sa tigi r-Rebbiegha meta mill-gdid tfigg
bis-sbuhija taghha, b-rihitha tfuh, u bil-frott bnin taghha.
Ifirhu
maghna w itolbu bhalna biex il-Knisja Maltija, fi ftit snin ohra,
ikollha gawra ohra ta' qdusija.
Min irid
santi bit-talba, bil-Malti jew bl-Ingliz, iktbulan jew cemplulna
fid-djar taghna fl-Awstralja, jew dirett Malta:- St. Agata, Rabat,
Malta.
Lil Guzeppi
De Piro issa wiehed jista' jitolbu l-intercessjoni tieghu quddiem Alla.
Il-grazzji maqlugha, jekk joghgobkom, infurmawna bihom. Hajr, u l-Mulej
iberikkom.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 7
ta' Novembru, 1987
Dun Frans
Ferriggi M.S.S.P.
Pg. 6.
Mons.
Guzeppi De Piro.
Min kien? -
1.
Kien bniedem
nobbli, mhux biss mill-familja izda wkoll mill-qalb. Ghex hajja qasira
izda mimlija xoghol. Habb lill-ohrajn…. l-izjed lil dawk li ma jafx.
Ghex ta' fqir; ghex qalb l-iltiema u l-foqra. Cahad l-unuri meta seta'
jikseb ufficcji ta' gieh. Waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl;
meta bdiet tikber miet.... u halla 'l uliedu ltiema. Dan kien Monsinjur
Guzeppi De Piro.
Fit-2 ta'
Novembru ta' l-1977, lin-nobbli Alessandru De Piro u lil martu Ursula
twieled tifel - li kellu jkun is-seba' tarbija fost disgha - seba'
subien u zewgt ibniet. L-ghada ghammduh; tawh l-isem ta' Guzeppi. Beda
jikber, trabba f'familja tassew nisranija - sinjura izda la halja u
lanqas imkabbra bin-nobbilta' taghha. L-ahwa kollha, l-izjed fis-sajf,
kellhom imiddu idejhom ghax-xoghol - min ghal haga, min ghal ohra. Matul
is-sena, l-istudju. Il-hajja nisranija ma kellhiex btajjel - insaru
kuljum u kull fejn ikunu.
Ta' 11-il
sena beda jmur il-Liceo biex ihejji ruhu ghall-Matrikola. Fis-snin li
dan jistudja rebah hafna premjijiet - sew ta' suggetti ta' studju kif
ukoll ta' tpingija u ta' mgieba tajba.
Wara erba'
snin skola waqaf u ssieheb fl-Armata Maltija msejha l-Militia. Fl-1894
ta l-ezami tal-Matrikola; ghadda b'success, u ghal tliet snin ghamel
studju avvanzat ta' suggetti ohrajn. Rega' ghadda tajjeb mill-ezamijiet
u beda jistudja ghal avukat.... izda f'dan iz-zmien kellu jiehu
d-decizjoni li biddlitlu hajtu u maghha l-hajja ta' hafna nies warajh!
Is-Sejha.... U t-Twegiba.
Kien,
flimkien ma' shabu l-istudenti, ghal novena tradizzjonali lill-Madonna
ta' Pompej - novena li kienet issir fil-Knisja tal-Gizwiti, il-Belt.
Talab lil Marija - li kellu devozzjoni kbira lejha - turih ahjar x'irid
Alla minnu. U, fit-8 ta' Mejju 1898, nhar il-festa, qataghha li jistudja
ghal qassis - ta' erbatax-il sena kien diga' hass din ix-xewqa.
Tad-dar ma
haduhiex bi kbira, u qrib l-ahhar tas-sajf mar Capranica biex jistudja
fl-Universita' Gregorjana. Fl-1902, nhar il-15 ta' Marzu, iz-zaghzugh
Guzeppi De Piro ordna sacerdot minn idejn Mons. Capetelli. Fl-irtir ta'
ftit qabel kien ghazel li jiehu xoghol umli f'Malta, mhux karriera
diplomatika fl-'Accademia Ecclesiastica'. Kompla jistudja wara
l-Ordinazzjoni, mar Davos fl-Isvizzera ghall-mistrieh minhabba sahhtu, u
gie Malta.
Il-Holma....U l-Ewwel Tfixkil.
Sa
mill-bidunett ta' l-istudji kellu f'rasu li jwaqqaf Socjeta' Missjunarja
biex ulied Malta jkunu jistghu jxandru l-Ahbar it-Tajba. Beda juri
fehmtu lil hafna nies gholjin. Min raha haga zejda - ma kienx hawn
bizzejjed ordnijiet? Ghalfejn izjed? Izda ma qatax qalbu.
L-Isqof Pace
reha xi istituti f'idejn Dun Guzepp De Piro, fosthom San Guzepp u Fra
Diegu. Dan il-qassis azghzugh baqa’ johlom u ghal darb’ohra kellu
jistenna ghax l-Isqof Caruana qallu li s-Salezjani kienu ghadhom kif
fethu l-ewwel dar. Dan kien fl-1908.
Fl-1909
il-Vizitatur Apostoliku Mons. La Fontaine mar izur l-Istitut ta’ Fra
Diegu. Dan il-qassis heggu fl-idea tieghu meta sema’ bil-hsieb ta’
ghaqda Missjunarja gdida. Tah il-parir li xewqtu jiktibha lill-Isqof
Pace biex dan l-Isqof jaghtih il-parir tieghu. Fl-istess sena, fit-30
ta’ Gunju gew l-ewwel Membri - Fra Guzepp Caruana kien l-ewwel wiehed li
nghaqad mas-socjeta’ ghax gie fis-27 tax-xahar. Fit-12 ta’ Gunju 1909
l-Isqof Pace bierek id-Dar, fl-Imdina.
Jaghmluh
Monsinjur.
Il-Gvernatur ta’ Malta nnominah Monsinjur Dekan tal-Katidral. Kontra
qalbu kellu jilbes l-ilbies sabih: sinjal ta’ unuri – haga li ried
jichad millbidu. Sadattant, is-Socjeta’ bdiet tikber ftit ftit, u beda
jinghata karigi ta’ importanza u ta’ fiducja. Dan aktarx kien dovut
ghall-fatt li l-Monsinjur kien bniedem fommu sieket.
Fl-1919
inqala’ l-inkwiet li baqa’ maghruf bhala ‘Tas-Sette Giugno’ - ghax
l-irvellijiet graw fis-7 ta’ Gunju. Hadem hafna biex iberrd l-irjus
shan, u nsibuh membru tal-Kumitat Nazzjonali " Pro Maltesi Morti e
feriti il 7 e 8 Giugno". Kellu sehem ukoll fit-tmexxija ta’ l-Assemblea
Nazzjonali li wasslet ghal Kostituzzjoni gdida.
Billi
f’Malta ma kienx kollox harir dwar is-Socjeta’, mar jigri Ruma biex jara
x’jista’ jsir mill-Papa Piju X. Bejn l-1918 u l-1920, inghata x-xoghol
ta’ Rettur tas-Seminarju Magguri. Dan id-dmir qdieh bl-akbar hlewwa u
interess. Fl-istess zmien hatruh Dekan tal-Katidral minhabba l-mewt
tad-Dekan Mons. Vassallo.
________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 14
ta’ Novembru, 1987.
Dun Frans
Ferriggi M.S.S.P.
Pg. 10.
Mons.
Guzeppi De Piro - 2
Il-Homa
tiehu s-Sura.
Is-Socjeta’
Missjunarja San Pawl twaqqfet kanonikament fl-14 ta’ Novembru ta’
l-1921, mill-Arcisqof tad-Djocesi, Mons. Mauro Caruana. Sa dan iz-zmien
kellha tliet sacerdoti, ftit studenti u fttit fratelli katekisti. Biex
is-Socjeta’ tissahhah, fl-1922 beda johrog "l-Almanakk ta’ l-Istitut
tal-Missjoni ta’ San Pawl". Kompla l-kuntatti biex jitwaqqaf istitut ta’
sorijiet missjunarji, u fl-1922 intaghzel Direttur ta’ l-Istitut ta’
Gesu Nazzarenu. Fih, is-Sinjorina Curmi sabet bniedem li taht daqqa ta’
id sewwa. Tghidx kemm beda jsib min jitlob l-ghajnuna - u l-Fundatur,
bniedem ta’ qalb kbira, ma qalx le. Hekk, insibu li l-Oratorju ta’
Birkirkara gie f’idejn is-Socjeta’ f’April ta’ l-1927; u sal-lum ghadu
mmexxi minn membri tas-Socjeta’ taghna.
Izda l-akbar
jum ghall-Fundatur zgur kien id-19 ta’ Gunju 1927... ghax l-ewwel
missjunarju ntbaghat fl-Abbissinja. Dan kien Fra Guzepp Caruana, li kien
ukoll l-ewwel membru ufficjali tas-Socjeta’. Id-dar ta’ l-Imdina kienet
zghira wisq.. u madwar il-knisja, maghrufa "ta’ Sant’ Agata",
il-Fundatur beda jibni d-Dar li kellha tikber izjed milli qatt holom.
Fit-3 ta’
Ottubru, 1932, l-Arcisqof M. Caruana bierek "l-ewwel gebla" bit-tama li
dik id-dar ghad tinbena malajr. F’Gunju ta’ wara tbierket bicca ohra
mid-dar - birikha l-Arcisqof M. Caruana. Mons. De Piro kellu x-xewqa li
hu jmur ghall-Missjoni. Ghalhekk beda jhejji ruhu biex f’Novembru
jsiefer ma’ xi membri tas-Socjeta’ u hekk jara ahjar kif inhi l-qaghda
fl-Abbissinja. Izda dan ma kellux isehh.
Il-Mewt.
Il-Hadd, 17
ta’ Settembru, kien jum ta’ strapazz ghall-Fundatur - ghaliex f’jum
wiehed habtu zewg festi: ta’ San Frangisk, li kellu jaghmilha mat-tfal,
u tad-Duluri, li kellu jmexxi l-festa fil-knisja tal-Hamrun. Deher
inkwetat ghall-Quddiesa ta’ l-10 am ghat-tfal, fl-istitut. Kien
inkwetat, qal, ghaliex "jien wasal biex immut u ghadni ma rajt l-ebda
sacerdot minn tieghi fil-Missjoni". Wara t-tfal dahlu ghall-ikel. Qaghad
jarahom kollu ferh, imbaghad kiel, ghal xi l-4.45 pm nizel
ghall-Parrocca ta’ San Gejtanu.
Ghal xi
s-6.00 pm, harget il-purcissjoni... il-Fundatur kien izomm ir-relikwija.
Wara li spiccaw, qabel il-barka, ghamel kelmtejn mill-qalb - u waslet
il-barka. F’nofs it-Tantum Ergo hassu hazin, izda baqa’ fuq l-artal,
mizmum mill-ministri. F’nofs il-barka kellhom idahhluh, baghtu lin-nies
‘il barra u haduh malajr bl-ambulanza l-Isptar Centrali, fil-Furjana.
Biex ma jitilfux hin dahluh f’sala li fiha hafna tfal. Assistewh zewg
professuri - Ellul u Stilon. Hekk fi ftit hin, imdawwar mit-tfal li
habb, miet.
Din il-mewt
qanqlet hafna niket l-izjed fost uliedu, il-membri tas-Socjeta’ u t-tfal
ta’ l-istitut. Issa wliedu l-kbar kienu bhal uliedu z-zghar... iltiema!
Il-Funeral.... u wara.
Il-funeral
ta’ Mons. Guzeppi De Piro, bnedem mahbub minn kulhadd, sar nhar
l-Erbgha, 19 ta’ Settembru 1933. Difnuh fic-Cimiterju ta’ l-Addolorata.
Ghall-funeral tieghu hadu sehem il-membri tal-familja – hutu u wliedhom
– il-membri tas-Socjeta’ u nies ta’ karigi importanti f’kull qasam
tal-hajja, sew awtoritajiet civili kif ukoll dawk ekklezjastici.
Is-sorijiet u l-hafna tfal ta’ l-istituti ma naqsux. Kien bniedem li
l-umilta’ u bis-semplicita’ tieghu seraq qalb kulhadd.
Wara,
is-Socjeta’ ghaddiet f’hafna idejn sa ma fl-ahhar, fl-14 ta’ April
tal-1948, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi ghazel lil Dun Mikiel Callus
bhala Superjur taghha. Dan kien il-bidu ta’ taqsima ohra fl-istorja ta’
din iz-zerriegha zghira li nibtet f’ruh dan il-bniedem kbir.
_________________________________________________________________________
Il-Gens
16 ta'
Settembru, 1988
Dun Joe
Bezzina
Pg. 6.
Il-Malti li
habb lill-Ghawdxin
Monsinjur
Guzeppi De Piro.
Ghawdex
fil-bidu tas-seklu ghoxrin kien jinsab f'qaghda bil-wisq differenti minn
dik tal-lum. Kien hawn hafna faqar u z-zminijiet difficli li minnhom
kienet ghaddejja Malta dik il-habta komplew gharrqu s-sitwazzjoni.
In-numru tat-tfal jiggerrew mat-triqat kien zdied sewwa. Il-kapplillani
tal-gzira bdew ihossu jaghfas il-bzonn li jifthu dar jew Istitut, kif
kienu jsejhulu dik il-habta, fejn ikunu jistghu jilqghu t-tfal l-iktar
abbandunati.
L-ewwel
sforzi.
Ghawdex
kellu istitut ghat-tfal bniet sa mis-sena 1789. Dan l-Isitut, maghruf
bhala l-Konservatorju ta' San Pietru Pawl jew tal-Isqof, kien infetah
bil-hidma u bl-offerti tal-Arcisqof Vincenzo Labini. Mitt sena
mit-twaqqif tieghu, Monsinjur Pietru Pace, Isqof ta' Ghawdex, thabat
jiftah wiehed ghas-subien ukoll. ghaldaqstant hu talab l-ghajnuna ta'
Monsinjur Frangisk Bonnici, is-sacerdot filantropu li nhar is-27 ta'
Awissu, 1888, kien fetah il-Casa di San Giuseppe - Istituto Bonnici
il-Hamrun, Malta. Izda l-pjan li jinfetah Istitut bhal tal-hamrun
f'gahwdex falla. Ma kienx possibbli li Monsinjur Bonnici jlahhaq ma'
zewg postijiet.
Fl-1920,
il-kappillani ta' Ghawdex qatghuha li jiehdu l-bicca f'idejhom. Instabet
dar adattata u talbu u qalghu wkoll ghajnuna finanzjarja minghand
il-Gvern. U nhar is-17 ta' Novembru, 1923, it-tlettax il-kappilan ta'
Ghawdex iltaqghu ghand in-Nutar Guzeppi Camilleri u ntrabtu formalment
bit-twaqqif ta' Istitut ghat-tfal subien. Konxji li l-pjani ta' qabel
fallew minhabba nuqqas ta mexxej kapaci, qatghuha li jitolbu l-parir ta'
espert.
Monsinjur De
Piro, l-espert tad-Djar.
Dan
il-Monsinjur kien involut fl-oqsma kollha tal-hajja Maltija:
mir-religjuz ghall-kulturali, mis-socjali ghall-politiku. Nhar it-12 ta'
Gunju, 1910, hu waqqaf is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl. Nhar it-23
ta' Novembru, 1922, kien nominat ir-raba' Direttur tal-Casa di San
Giuseppe, u lejn tmiem l-istess sena hu ha xi membri tas-socjeta'
tieghu halli jghinuh fit-tmexxija tad-Dar, li dik il-habta kienet tilqa'
fiha numru kbir ta' tfal u zghazagh.
Nhar il-25
ta' Dicembru, 1942, il-kappillan Dun Guzepp Hili tal-Fontana, li minn
dak inhar 'il quddiem deher f'isem il-kappillani l-ohra kiteb lil Depiro
u offrielu d-direzzjoni tal-istitut li kellu jinfetah Ghawdex. Billi
Depiro, aktarx imhabbat iktar mis-soltu fil-btala tal-Milied, ma
rrispondihx, hu rega' kitiblu fis-7 ta' Jannar.
Monsinjur De
Piro, milli jidher ma kienx ha l-ewwel ittra bis-serjeta', izda
mat-tieni wahda fehem li l-Ghawdxin kellhom bzonnu. Ghaldaqstant hu
talab iktar informazzjoni dwar il-progett u war li qies kollox deherlu
li ghandu jaccetta. Decizjoni mibnija fuq zewg konsiderazzjonijiet:
l-ewwelnett, kien ser jaghti ghajnuna f'qasam li mill-esperjenza kbira
tieghu kien jaf kemm kien ta' htiega; it-tieninett, permezz ta' din
id-Dar f'Ghawdex hu kien ser ikompli jxerrd is-Socjeta' tieghu. Dawn
iz-zewg konsiderazzjonijiet jidhru cari mit-talba li hu ghamel
lill-Isqof ta' Malta biex jitlobu l-permess mehtieg halli jkun jista'
jiehu r-responsabilta' tad-Dar ta' Ghawdex.
Gie Ghawdex.
fl-4 ta'
Marzu, 1925, gie Ghawdex halli jiddiskuti l-bicca mal-Isqof ta' Ghawdex
Mikiel Gonzi u mal-kappillani. U war dil-laqgha kien ghaddu spicca
kollox. L-Isqof Gonzi, fil-ftit xhur li kien ilu f'Ghawdex kien
litteralment ha taht idejh it-tmexxija kollha tal-gzira. Kien kollox hu
kullimkien u ma ried li jindahallu hadd f'xejn. Ried izomm ukoll f'idejh
it-tmexxija tal-Istitut. Monsinjur De Piro kien jaf li vapur b'zewg
kaptani jinkalja u li l-istitut minghajr tmexxija awtonoma kien jintemm
hesrem. Ma kienx lest li jidhol ghal dix-xorta ta' tmexxija u wera li ma
kien ghadu interessat. Xi jiem wara, Monsinjur De Piro kien mill-gdid
mistieden Ghawdex u haga bilkemm titwemmen, l-Isqof Gonzi u l-kappillani
wrewh li lesti li jhallu kollox f'idejh.
Nhar it-18
ta' April 1925, inhareg id-Digriet tal-Affiljazzjoni tal-Casa di San
Giuseppe - Sezzione Gozo mal-Istitut ta' Malta.
L-Istitut
ta' Ghawdex isir realta'.
Il-Kappillani t'Ghawdex kienu sadattant akkwista minghand il-Gvern
Ingliz dak li sa ftit qabel kien l-Officers' Mess f'Ghajnsielem.
Fit-18 ta' April, Monsinjur De Piro mar joqghod f'din id-dar halli
jissorvelja x-xoghol u jipprepara ghall-ftuh. U gimgha wara, nhar il-25
ta' April, ghalnaqra ma safax midfun f'din l-ewwel opra tieghu
f'Ghawdex. Fil-fatt safa midfun ghal ftit taht il-gebel u xahx meta
l-art tal-kamra tieghu sfronda u waqa' fis-sular ta' taht. Fortunatament
ma weggax gravi.
Wasal
fl-ahhar il-jum minn snin twal mistenni! Sebah jum Lapsi, il-Hamis, 21
ta' Mejju, 1925. Fil-prezenza ta' l-oghla awtoritajiet ekkezjastici u
civili tal-gzira, il-Gvernatur ta' Malta, Sir Walter Congreve, iddikjara
l-Istitut ta' San Guzepp ta' Ghawdex miftuh.
Monsinjur De
Piro ghamel zewg diskorsi, wiehed bl-Ingliz u iehor bit-Taljan. Beda
biex l-ewwelnett fahhar l-ospitalita' kbira li kien ra minghand
l-Ghawdxin fix-xahrar li kien qatta' maghhom fil-gzira, ospitalita' li
tghallem ighozz u japprezza. Imbaghad spjega l-programm li fuqu kienet
ser titmexxa d-Dar: taghlim religjuz, taghlim hafif tal-iskola, u
taghlim ta' xi sengha. Fl-ewwel jum gew accettati fl-Istitut tlett itfal
u biz-zmien bdew jinzammu mal-ghoxrin tifel fqir.
Baqa'
Direttur sa mewtu.
Monsinjur De
Piro halla t-tmexxija ta' kuljum tal-Istitut f'idejn wiehed mill-membri
tas-Socjeta' tieghu, Dun Mikiel Callus, u iktar tard, Dun Karm
Azzopardi. Izda l-interess tieghu fid-dar ta' Ghawdex ma naqas qatt u
baqa' Direttur sa mewtu li grat hesrem nhar is-17 ta' Settembru 1933,
fl-eta' ta' 56 sena.
Wiehed
jinnota b'sodisfazzjon kbir li minkejja li Monsinjur De Piro mexxa
l-Istitu ta' Ghawdex minn Malta, hu qatt ma warrbu fil-genb f'hidmietu u
fi hsibijietu.
Kien hu li
thabat mal-Gvern biex ighin din l-istituzzjoni socjali: kien hu li meta
l-fondi ppermettew ipprova jimmodenizza l-post; kien hu li xtara
l-istrumenti tal-muzika biex setghet titwaqqaf il-banda ta' l-Istitut,
illum il-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem; kien hu li ta' kull xahar kie
metodikament jiccekkja d-dhul u l-hrug tal-Istitut, jiffirma r-registri
u, meta tibqa' xi haga, jiddepozitaha fl-Anglo-Maltese Bank. Meta
wiehed jikkonsidra x'kien jigri u, dizgrazzjatament, x'ghadu jigri
fil-kamp civili u ekklezjastiku meta l-affarijiet ta' Ghawdex jitmexxew
mill-Maltin minn Malta, Monsinjur De Piro hu eccezzjoni ghal kulhadd.
Dan wahdu,
ghalija, juri l-kobor tal-Monsinjur.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 17
ta' Settembru, 1988
Dun Salv
Grima, S.Th. L., Dip. Arch.,
Ghalliem
tat-Teologija Dommatika fis-Seminarju t'Ghawdex.
Pg. 7
Diskorsi
Marjani ta' Mons. De Piro.
Illum,
is-Sibt 17 ta' Settembru, Mons. GUZEPPI DE PIRO jaghlaq 55 sena
mill-mewt tieghu. Il-figura ta' dan is-Sacerdot Malti mhix biss marbuta
mas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, bhala fundatur taghha, izda wkoll
mal-Vergni Mbierka. Ftit granet wara eghluq is-Sena Marjana jixraq
naghmlu xi riflessjonijiet li nistghu nisiltu mid-diskorsi Marjani
tieghu.
Parti
importanti tal-hsieb Marjan ta' Mons. De Piro waslet ghandna permez ta'
kopji mehudin mill-original bit-Taljan ta' diversi kitbiet li jgibu
d-dati ta' madwar is-sena 1920.
Diversi
kienu c-cirkustanzi li ghalihom kien ikun mistieden ghal kategoriji
differenti ta' nsara, izda l-iktar ghat-tfal u z-zghazagh. Ghalkemm
f'dawk iz-zminijiet ma kienx hemm l-uzanza ta' l-omelija fil-quddiesa,
numru ta' diskorsi ta' Mons. De Piro kellhom ghamla ta' priedki
f'okkazjonijiet ta' festi liturgici tal-Madonna. Diversi ohrajn huma
iqsar fl-iskema taghhom waqt li ohrajn kienu ghamlu ta' konferenzi iktar
fit-tul. Dawn ta' l-ahhar, b'mod specjali, kienu mzewqin bi grajjiet ta'
qaddisin jew ta' persuni ohra ta' hajja ezemplari.
Ma' Marija
ghal ghand Gesu'.
Is-suggett
principali kien ikun dwar il-Madonna ghalkemm, skond ic-cirkustanzi u
l-udjenza li kien ikollu, huwa kien jitkellem u jispjega fit-tul dwar
ghadd ta' virtujiet f'Marija, bhalma huma: il-fidi, l-umilta',
il-modestja, l-ubbidjenza, it-tama, l-imhabba, ecc.
Il-kelma
ppridkata jidher li kellha post principali fil-Knisja Maltija f'dawk
iz-zminijiet. Infatti l-predikazzjoni marjana ta' Mons. De Piro twettqet
f'diversi parrocci u knejjes. Marija kienet tkun prezentata ghan-nisrani
bhal ghajnuna kemm spiritwali kif ukoll materjali, ghax mal-harsien
tar-ruh hemm il-gtiega wkoll tal-harsien mill-perikli tal-gisem.
Mal-prezenza ta' Marija ma tonqosx dik ta' Gesu. Dan il-hsieb jidher
spiss fid-diskorsi ta' Mons. De Piro. Kristu ghandu l-pst centali
tal-gemgha migbura biex tisma' dwar u f'isem Marija.
Barra
mill-valur kristologiku, il-predikazzjoni marjana tieghu kienet wahda li
riedet twassal b'hegga umhabba ikbar lis-semmiegha lejn l-Ewkaristija.
Ghalhekk mhux biss prezenza ideali ta' Gesu izda bhala dak li ghalih
ilkoll ghandhom ikunu mxennqin fit-tqarbina li jkunu se jaghmlu. Tassew
ghand Gesu permezz ta' Marija.
L-eghluq ta'
kull messagg marjan kien jiehu sura ta' invokazzjoni. Wara li jkun
tratta s-suggett ta' l-okkazjoni, Mons. De Piro kien jigbor f'talba
lill-Madonna t-taghlima principali li kellu skop iwassal, u hafna drabi
f'konnessjoni mal-hajja ewkaristika.
"Ejja,
Vergni Mmakulata. Il-popli kollha jistennewk. Jersaq it-tbexbix u warajh
tigi x-xemx. Tersaq Marija u maghha ggib fid-dinja x-xemx tal-grazzja,
is-Sinjur taghna Gesu, dak l-istess Gesu li jinsab fuq l-artal, dak
l-istess wiehed li minn hawn u ftit iehro se jgi biex jistrieh fil-qlub
taghkom" (Istitut Fra Diegu, 15-12-1919).
It-Tnissil
Bla Tebgha ta' Marija.
Ghadd sabih
ta' omeliji marjani ta' De Piro jittrattaw il-kobor ta' Marija
fil-privilegg singular tat-tnissil taghha bla tebgha. It-test mehud
mill-Iskrittura: "dik li tielgha bhaz-zerniq" (Quasi aurora consurgens)
(Ghan. 6:10), jorbot mieghu numru kbir ta' hsibijiet. Is-sbhujija
tal-Madonna, li ma nistghux nispjegawha ghal kollox, hija mxebbha
mas-sebh ta' l-ghodwa f'dawk il-mumenti li l-iktar jigbed l-ammirazzjoni
taghna.
Is-sebh
fl-ordni tan-natura jfakkar dak ix-xebh bejn is-safa nisranija u
t-tqarbin. Ghax permezz ta' l-Ewkaristija ahna navvanzaw fil-mixja
taghna tas-salvazzjoni sakemm naslu gas-sebh ta' dejjem taghna.
Mhix eskluza
t-taqbida fil-hajja tal-bniedem. Izda huwa u ghaddej mit-tempesta u
d-dlamijiet jista' jara f'Marija dak il-bidu sabih li ghaddiet minnu hi.
Bhalma z-zeniq joffri l-ewwel dawl tal-gurnata, Marija tawgualana dik
il-guztizzja li Binha jrid iwassal fil-qlub ta' l-umanita' kollha.
Biex
mis-solennita' ta' l-Immakulata jwassal il-messagg ta' Marija
lill-generazzjoni zaghzugha, Mons. De Piro jindirizza lilhom u
jghidilhom: "Gheziez zghazagh, ghalfejn ried Alla, bi privilegg ghal
kollox singulari, ihares lil Marija millhtija originali u qatt ma halli
li tkun minsusa mill-ebda nuqqas, zghir kemm hu zghir?"
"Ghall-ebda
skop iehor hlief dak biex Marija tkun destinata li tircievi fi hdanaha
s-Sinjur taghna Gesu Kristu u ssir tassew il-vera Omm t'Alla…. Dak
l-istess Gesu jinsab tassew hawn fuq l-artal, mohbi fl-ispeci ta'
l-ostja kkonsagrata. L-istess Gesu li minn hawn u ftit iehor jigi
jistrieh fis-sider taghkom, bhala ikel u ghajxien taghkom. Jekk Alla
nnifsu hejja f'Marija tant safa u qdusija, xejn inqas jaqbel li minnha
wkoll jistenna dik l-indafa fil-kuxjenza taghna u qdusija mahrrga
ghat-tqarbina taghna."
Spiss kien
ikompli jheggeg lis-semmiegha biex jithejjew kif jixraq
ghall-Ewkaristija. Izda f'Marija ghandna lil dik li hija tant herqana
biex tghinna fid-dghjufija taghna u tistedinna npoggu l-fiducja shiha
taghna fiha fit-taqbida tal-hajja sakemm jinghelbu fina l-kumbattimenti
kollha.
"Hawn Hi
Ommok".
F'din
l-espressjoni De Piro kien jara konsolazzjoni kbira ghall-bniedem
midneb. Ghalkemm il-bniedem ikun f'dan l-istat xorta jibqaghla ghalih
tifsira kbira l-maternita' ta' Marija, li kuljum insejhulha:"Sliema
ghalik, Sultana, Omm tal-hniena". L-Iben t'Alla tahielna bhal Omm hanina
ghax hija rebbieha fuq id-dnub. Fiah jinsab il-kenn taghna, biha nimxu
'l quddiem, biha nigu mharsa bhal gewwa s-swar l-akar qawwija jew
f'torri l-aktar f'sahhtu.
Fi kliem
semplici, Mosn De Piro jispjega l-kobor tal-medjazzjonit ta' Marija biex
nergghu nsibu hniena quddiem Alla: "Alla Missie taghna, kollu mhabba, li
jaf bid-dghufija ta' wliedu u li hu Misier ta' tjubija bla tarf, ma
telaqx il-bniedem midneb u lanqas ma jitliqu llum.
"Bejn
it-tron tieghyu fil-ghali fil-glorja tas-sema u l-art imsejna li lilna
zzommna mahkuma, Huwa pogga tron iehor, dak ta' Marija. Bejn il-Qalb
t'Alla l-Missier u l-qalb tal-midneb hemm tinsab il-Qalb ta' l-Omm
tieghu u l-omm taghna. Minn hawn terga' titnissel il-fiducja fil-midneb
li jerfa' harstu lejn dan it-tron biex waqt li jsellmilha fil-kobor
taghha, lejh tixhet il-hlewwa ta' qalb li taghder bhal Omm tieghu".
Ghalhekk
Kristu ghazel lilha biex twettaq missjoni marbuta ma' qalb hanina li
kollha mhabba ma tinsa lil hadd minn uliedha: "Imsammar qed imut fuq
is-salib. Lil min qabbad biex il-frott tal-passjoni kollha tbatija, ma
jisfa qatt mitluf? Lil min qabbad biex mill-gdid thejji lill-bnedmin
halli bl-ghajnuna taghha jgawdu mill-gid kbir tad-demm imxerred?
"Mhux
lill-appostli, li dak il-hin harbu fil-boghod, barra Gwanni. Lanqas lil
Gwanni, li lilu l-Mulej ghaddielu xoghol iehor. Il-missjoni biex thares
lill-bnedmin kontra l-ghadu qalil, Gesu fdaha lil Marija bi preferenza
fost kulhadd. Ghal dak l-ufficcju hija mehtiega qalb umli, qalb li taf
tbati ghall-ohrajn, qalb mimlija karita' u ghalhekk qalb ta' Omm".
F'ezortazzjonijiet ohrajn, Mons. De Piro jitkellem minn Marija mnikkta.
Jekk hija Omm hanina hija fl-istess hin dik ukoll li tbati ma' Binha.
Ghax il-bnedmin warrbu fil-genb il-biza' qaddis t'Alla u tbieghdu
mill-ligi tieghu u nsew kif ihaddmu l-precett ta' l-imhabba.
Huwa
josserva li fid-dinja zdiedet l-ghajta "non serviam" (ma naqdix) u
ghalhekk zdiedu r-rovini fost l-umanita' bhalma huma l-gwerer. ghandha
tigi msejha ta' kuljum ir-Regina tal-Paci biex jerga' fostna l-ordni u
nsibu hniena quddiem Alla.
F'messagg li
ghamel waqt pellegrinagg li sar lill-Madonna tal-Mellieha fil-21 ta'
Marzu, 1920, Mons De Piro fakkar id-dizastru li kienet ghaddiet minnu
d-dinja fil-gwerra ta' xi snin qabel, u l-ghajta li dak inhar il-Maltin
ghamlu lill-Madonna bhala att ta' fiducja fiha biex tharishom.
F'kull zmien
ghandha tibqa' r-rabta soda ma' dik l-Ommu li tikkonsolana bhalma
ghamlet fl-imghoddi. Hekk ukoll f'kull zmein ghandna nuruha r-radd
il-hajr taghna ghax f'din il-hajja lilha nsibu fil-wied tad-dmugh
taghna.
Fis-Sahha
tar-Ruzarju.
Barra
mid-devozzjonijiet fix-xahar ta' Mejju, De Piro kellu sehem importanti
fil-predikazzjoni dwar il-Madonna that it-titlu tar-Ruzarju ghax-xahar
t'Ottubru. f'iktar minn darba huwa ghamel id-diskors fl-okkazjoni
tal-purcissjoni tar-Ruzarju fil-Hamrun.
Id-dehriet
recenti ta' Fatima flimkien mat-taghlim kontinwu tal-Papiet dwar
il-kobor tar-Ruzarju zgur li kellhom appell qawwi fuq l-insar tal-bidu
tas-seklu taghna. dan deher ukoll fil-kliem li kien juza De Piro meta
fl-1923 sahaq dwar ir-Ruzarju bhala arma kontra d-dnub, it-tfixkil
tax-xitan u l-inganni u t-tlellix tad-dinja. Bl-idtess talba n-nisrani
ghandu mezz f'idejh biex jibqa' haga wahda ma' Kristu nnifsu.
Mons. De
Piro spjega kif din it-talba marjana tghaqqadna haga wahda ma' Kristu.
Ghandha l-qawwa li twassalna ghandu. B'mod l-iktar solenni, fl-istess
okkazjoni, staqsa lis-semmieghu tieghu: "Tridu intom tressqu ruhkom lejn
Gesu? Tridu intom titbieghdu mid-dnub u tersqu lejn Gesu? Tridu intom
illi l-kuntrarju minflok ma jbeghdkom minn Gesu, izommkom vicin lejn
Gesu? Tridu intom li d-dinja ma tqarraqx bikom u tisseparakom minn Gesu?
Tridu intom f'kelma wahda tghixu u tmutu f'Gesu, ma' Gesu u ghal Gesu?
Zommu dejjem ruhkom qassija fid-devozzjoni tar-Ruzarju."
Il-valur
kristologiku tar-Ruzarju tennieh is-sena ta' wara fl-istess okkazjoni
meta wera l-htiega tat-talb kif kien uriena Kristu nnifsu. It-talbiet li
nlissnu fir-Ruzarju ghandhom dik il-qawwa li tmiss il-qalb t'Alla
specjalment billi nghid kemm-il-darba t-talba tal-Missierna li ghallimna
l-Imghallem taghna.
Ir-rebhiet
li twettqu fl-istorja bl-ghajnuna tar-Ruzarju jawguraw rebhiet ohra anki
llum meta Marija tghinna biex nehduha ma' l-ghedewwa tas-salvazzjoni
taghna u zzommna dejjem qrib Gesu.
Il-meditazzjoni tal-misteri tal-hajja ta' Kristu u ta' Marija jghinuna
nifhmu ahjar il-mixja taghna fuq l-art sakemm naslu fil-glorja
tal-genna. Hemm, Marija trodd dik il-qima u l-glorja lit-Trinita'
Mqaddsa ta' kulma ghamlu maghha t-Tliet Persuni Divini.
Bit-talb
tar-Ruzarju nistqarru l-fidi taghna fil-veritajiet li l-Knisja ilha
zzomm sa mill-ewwel sekli. Nistqarruha bhala Regina tal-holqien kollu.
Kien minn Marija li rcevejna lil Gesu Kristu; hekk ukoll issa permezz
taghha jaslu ghandna d-doni u l-grazzji ta' Binha Gesu'.
Ghax hija
tinsab fil-glorja taghha u kull hin thares 'l uliedha kollha, xejn, la
x-xitan u lanqas id-dinja, m'ghandu setgha fuq dawk li jqimuha bit-talba
tar-Ruzarju.
Wara s-Sena
Marjana.
Lil min
thobb tixitieq li jkun mahbub dejjem u anki mill-ohrajn. L-imhabba lejn
Marija titlob fid-devoti taghha li jkunu minn ta' quddiem biex ighinu
lil shabhom. Hekk ried ifisser Mons. De Piro fit-tahdidiet li kellu ma'
"Ulied Marija" (Figlie di Maria) dakinhar li gew imlibbsa ghall-ewwel
darba l-Medalja fil-31 ta' Jannar, 1919 fil-Qrendi. B'ezempji l-iktar
cari huwa fisser b'mod prattiku kif ghandu jitwettaq l-apostolat marjan
fl-ambjienti li jghixu fihom.
Jekk is-Sena
Marjana ntemmet, l-effetti taghha ghandhom jibqghu ghal kull zmein
iehor. Il-gid miksub mhux wiehed biex jinzamm maghluq fil-mohbi, izda
barra li jinhass fina, jasal ukoll fl-ulied kollha ta' Marija. Hekk hass
il-htiega li jaghmel Mons. De Piro fl-imghoddi, u xejn inqas hi mehtiega
x-xhieda nisranija llum biex biha nibqghu ta' ghajnuna lil hutna
l-Maltin kollha, ulied Marija.
_________________________________________________________________________
Il-Mument
Il-Hadd, 25
ta' Settembru, 1988
Fr. Alfred
Farrugia MSSP
Pg. 19
Mons.
Guzeppi De Piro: Patrijott Malti.
Il-Hidma
tieghu fil-grajja tas-"Sette Giugno".
Is-snin 1914
- 1918, kienu zmien ta' taqlib kbir fl-Ewropa. Il-gwerra kient halliet
herba ma' kullimkien u sahansitra l-effetti taghha gabu taqlib f'pajjizi
kbar bhar-Russja u l-Germanja.
Gewwa Malta
l-effetti tal-gwerra nhassu wkoll. Matul l-ewwel snin tal-gwerra
l-ekononmija f'Malta marret hafna 'l quddiem. Vapuri u suldati Inglizi
bdew dehlin fil-portijiet Maltin. Ix-xoghol gewwa d-'dockyard' u l-port
zdied. Lejn l-ahhar zmien tal-gwerra s-sitwazzjoni kienet differenti.
L-ekonomija hadet daqqa 'isfel. Kien hawn nuqqas kbir ta' xoghol, tant
li hafn rgiel bdew jintbaghtu 'l barra mill-postijiet fejn kienu jahdmu.
Kien hawn nuqqas kbir ta' ikel. Fl-1917 il-haddiema tad-'dockyard' hargu
fuq 'strike' u regghu dahlu lura wara li gew moghtija zieda fil-paga.
Imma xorta ma kienx hemm titjib fis-sitwazzjoni kritika ta' l-ekonomija.
ghall-awtorita' Maltija saret problema mignhar soluzzjoni. Jekk kien
hemm diffikultajiet fl-ekonomija tant iehro nistghu nghidu rigward
il-politika. Fl-1903 Malta giet moghtija kostituzzjoni gdida fejn
nistghu nghidu li kienet l-aghar wahda ghax minflok kien hemm zvilupp
polititku, il-Maltin tilfu dak li kienu akkwistaw mill-kostituzzjonijie
ta' l-1849 u minn dik ta' l-1887.
F'dawn
ic-cirkostanzi, fis-sena 1918, it-Tabib Filippo Sciberras ried iwaqqaf
Assemblea Nazzjonali u ghalhekk ghamel lil kull ghaqda f'Malta biex
jibghatu delegati halli flimkien jaraw kif il-maltin jistghu jkollhom
aktar awtonomija f'dak li ghandu x'jaqsam mal-problemi ta' Malta. Din
dehret li tkun l-ahjar soluzzjoni kif setghet tigi ghall-ahjar
is-sitwazzjoni ekonomika u politika f'pajjizna. L-ewwel laqgha saret
fil-25 ta' Frar 1919 ubhal delegati mill-Kapitlu tal-Katidral ta' Malta
kien hemm Mons. Guzeppi De Piro.
It-tieni
laqgha ta' l-Assemblea Nazzjonali saret fis-7 ta' Gunju 1919.
Kienet
gurnata mhux tas-soltu. Filghodu xi haddiema tat-tarzna gew moghtija
s-sensja u dahlu l-Belt bhal protesta. Maghhom kien hemm dawk li kienu
qeghdi jipprotestaw kontra l-gholi fil-prezz tal-hobz. U kien hemm
studenti Universitarji jipprotestaw fuq xi riformi godda fl-Universita'.
Filwaqt li
kienet qeghda ssir il-laqgha ta' l-Assemblea bil-post maghruf bhal
l-Giovine Malta, barra, fit-triq beda jinqala' l-inkiwiet u t-truppi
Inglizi gew imsejha biex izommu l-ordni. Meta l-Maltin raw it-truppi
aktar hraxu. Is-suldati sparaw fuq il-Maltin u tlieta ntlaqtu u mietu.
Iehor miet aktar tard minhabba l-griehi li garrab.
Matul
l-inkwiet erba' imtiehen tal-qamh u l-ufficcji tal-'Malta Daily
Chronicle' gew attakkati. Il-laqgha ta' l-Assemblea Nazzjonali kellha
tispicca hesrem, ghax dahlu fuqhom gemgha nies li maghhom gabu Ingliz
midrub u qalulhom b'dak kollu li kien qieghed jigri.
F'din
il-laqgha, l-membri ta' l-Assemblea unanimament qablu, fuq proposta li
saret minn Mons. De Piro, li tigi ffurmata kummissjoni sabiex il-Maltin
jigu moghtija kostituzzjoni gdida.
Is-sehem ta'
Mons. De Piro fil-grajja tas-Sette Giugno tohrog cara mill-minuti
tal-laqghat tal-Kummissjoni ta' l-Inkjesta' fuq il-grajjiet li sehhew
bejn is-7 u 8 ta' Gunju 1919.
Mons. De
Piro tala' darbtejn quddiem il-Kummissjoni izda l-aktar importanti
qieghed fix-xhieda li ta fir-raba' sessjoni jew dik tal-21 ta' Awissu
1919.
Fix-xhieda
tieghu De Piro jghdi li hu kien prezenti ghas-seduta ta' l-Assemblea
Nazzjonli bhala Delegat tal-Kapitlu fis-sala tac-Cirlu 'Giovine Malta',
u dahal wiehed li beda jurihom maktru imcappas kollu demm u beda
jghidilhom: "Araw x'ghamlulna. Intom ghandkom tharsuna". Meta raw din
ix-xena quddiemhom, il-membri tal-Assemblea mill-ewwel ghazlu xi membri
minn fosthom halli dawn igibu l-paci fost il-poplu. Ma tantx kienet
problema l-ghazla ghax hafna mill-membri dabbru rashom hekk kif raw
l-inkwiet u d-demm. Id-delegazzjoni giet maghmula minn sitt persuni
fosthom kien hemm Mons. De Piro.
L-ewwel
xoghol tad-delegazzjoni kienet li jippruvaw jitkellmu mas-Sur Robertson
li kien it-Tenent-Gvernatur u mal-Maggur Generali Hunter Blair. Dan kien
responsabbli tal-Gvern, minhabba li l-Gvernatur il-gdid Plumer kien
ghadu ma giex f'Malta. Cemplu lill-Agent Kummissarju tal-Pulizija u
talbu biex jigi pulizija halli jakkumpnajahom mic-Cirku sa l-Ghassa
gewwa Strada Stretta, ghax is-Sur Robertson kien hemm. Meta ghadda l-hin
u l-ebda pulizija ma gie, id-delegazzjoni marru l-Ghassa wahidhom.
Dan kien
ghadd ta' kuragg ghax f'dawk l-inhawi kien ghad hemm l-inkwiet. Meta
d-delegazzjoni ma rnexxiliex tidhol il-Qorti minn Strada Stretta,
il-membri marru biex jidhlu minn Strada Rjali. Hawn semghu xi tiri u
marru mill-gdid lejn 'Giovine Malta'. Meta waslu sabu lill-Agent
Kummissarju tal-Pulizija u dan akkumpanjahom sa l-Ghassa tal-Pulizija.
Gara li s-sur Robertson kien il-Qorti.
Allura
d-delegazzjoni marret biex tidhol il-Qorti. Izda hemm sabu xi nies li
wrew maghhom imgieba ta' mibgheda lejhom u b'mod partikulari lejn Mons.
De Piro. In-nies bdew jghidu: "Intom il-htija ta' dan kollu". Mons. De
Piro qallhom: "Tajba din. Ahna sejrin biex insalvawkom, u l-htija qed
nehduha ahna." (Ta' min jghdi li fix-xhieda tieghu De Piro ma semma'
xejn x'gara f'dan il-hin. Kien l-Avukat Caruana Gatto li qal x'gara
ezatt).
Deher sewwa
li l-folla kienet ifferocjata talli l-inglizi kienu sparaw fuqhom meta
l-Maltin lanqas biss kienu armati. Il-folla kienet quddiem il-Qorti ghax
kien hemm gemgha suldati u l-Maltin riedu li min kienhati tad-demm li
stered, jigi kastigat. Quddiem din is-sitwazzjoni, d-delegazzjoni
Maltija tkellmet mat-Tenent Gvernatur biex jidhlu garanti halli
jippruvaw izommu n-nies kalmi.
Ghalhekk
il-membri tad-delegazzjoni telghu flimkien fil-gallarija tal-Qorti u
weghduhom li ssir gustizzja. Izda gara li dak il-hin waslu xi morini.
Il-folla bdiet tibbujalhom. Deher li se jerga' jibda l-inkwiet. Ghalhekk
Mons. De Piro jghid li baqghu l-Qorti sad-disgha ta' filghaxija, sakemm
is-suldati kollha telqu mill-Qorti u x'uhud mill-membri tad-delegazzjoni
fosthom Mons. Dandria telqu mas-suldati sal-knisja ta' San Gwann, biex
zgur jinzamm il-paci u l-kwiet.
L-ghada,
il-Hadd, Mosn. De Piro mar hu stess ghand Caruana Gatto biex flimkien
imorru lejn il-Belt ghax kien ghad hemm l-inkwiet. Inqalghu xi
incidenti: suldat Ingliz gie ferut, u sar attakk fuq l-istamperja 'Malta
Chronicle'. Deheret li se terga' tibda r-rewwixta. Ghalhekk Caruana
Gatto u De Piro flimkien mat-Tabib Sciberras u l-Avukat Serafino Vella
marru ghand il-Maggur General Hunter Blair u dan wieghed li jkellem
il-folla;kif fil-fatt ghamel mill-gallarija tal-Palazz. Hu wieghed li
hadd mis-suldati Inglizi mhu se jhalli Malta qabel tispicca l-inkjesta.
Billi kif
diga' ghidna, parti mill-inkwiet beda minhabba s-sensja tal-haddiema
mit-tarzna, De Piro tkellem ma Hunter Blair fuq din il-problema. Filwaqt
li kienet car li ma kienx possibli ghat-tarzna li zzomm madwar 12,000
haddiema ghax aktar minn 7,000 gew mghotija x-xoghol waqt il-gwerra,
Hunter Blair stqarr ma' De Piro li madwar 500 biss kienu se jigu
moghtija s-sensja.
Wara nofs
inhar il-folla marret biex tattakka l-Palazz ta' Francia. Dan ghaliex
Francia kien wiehed mill-importaturi l-kbar tal-qamh u President
tal-kamra tal-Kummerc. Barra minn hekk kienu jghidu li kien habib
tal-Inglizi. Mons. De Piro, kif semma fix-xhieda, mar hu ghand Caruana
Gatto u Vella, li kienu fid-dar ta' Hunter Blair, u qalilhom b'dak li
kien qieghed jigri u l-bzonn bie xhuma flimkien imorru jkellmu l-folla.
Ghalhekk
marru w ghamlu dan minn fuq il-portiku tat-Teatru Rjal, allura minn dik
in-naha li kienet tigi quddiem il-Palazz ta' Francia. Meta waslu qalu
lill-folla biex jieqfu mill-hsieb li kellhom, izda deher li mal-folla
kien hemm xi kriminali u dawn bdew jibbujjaw u anki jkellmu hazin lil
dawn il-membri tad-delegazzjoni. Filghaxija l-folla, wara li farrket
id-dar ta' Francia, riedet tahbat ghall-Palazz tal-Arcisqof.
Dan il-kliem
wasal f'widnejn Mons. De Piro u t-Tnejn filghodu mar il-Palazz. Hemmhekk
sab gemgha nies. Hu, flimkien mal-Isqof Dumnikan Angelo Portelli kellem
lill-folla. U l-kelma taghhom swiet ghax gabu ftit tal-paci.
"Hija
maghrufa l-hidma ta' Mons. De Piro fil-grajjiet tas-Sette Giugno 1919".
Hekk stqarr Fr. Philip Mallia O.P. fil-ktieb tieghu 'L-Isqof li Habbu
Kulhadd'. Tassew Mons. De Piro bhal membru ta' l-Assemblea Nazzjonali
wera li bhala sacerdot kien lest li jaghti s-sehem tieghu ghall-gens
Malti fil-glieda tieghu biex jikseb dak li kien qieghed jiggieled
ghalih.
Mons. De
Piro wera b'kapacita' kbira, li bl-ezempju u bil-kelma t-tajba tieghu
kapci jgib il-paci waqt il-glied u t-tixrid tad-demm. Bil-kuragg u
d-determinazzjoni tieghu personali hu sar bniedem mahbub u ammirat minn
kulhadd. Bla dubju hu jista' jigi meqjus fost il-patrijotti l-kbar ta'
Malta.
_________________________________________________________________________
In-Nazzjon Taghna
It-Tlieta,
27 ta' Settembru, 1988
Alexander
Bonnici OFM
Pg. 9
Nisel u qalb
ta' Mons. De Piro.
F'generozita
u mhabba ta' Mons De Piro.
Kwazi 55
sena ilu, fis-17 ta' Settembru 1933, miet Mons. Guzeppi De Piro,
benefattur kbir tal-poplu Malti. Il-familja tieghu hi wahda mill-izjed
nobbli ta' gziritna. Imma, quddiem Alla, li ma jaghmilx differenza bejn
bniedem u iehor, De Piro kellu ghamla ohra ta' nobbilta'. Hu kien
il-bniedem li 'l Alla habbu wkoll fil-hlejjaq kollha. Dawk li Alla
laqqaghhom mieghu sabu fih il-missier hanin li jhobb u jaghder, li
jaghmel il-gid u jinheba, li nqeda bil-gid tad-dinja biex iferrah qlub
mugugha li x-xorti ma ghenithomx.
Fis-sena
1933, Gorg Pisani, poeta fil-fjur ta' zghozitu, fakkrilna n-niket ta'
dawk ic-ckejknin li hassewhom iltiema dak in-nhar li tilfu 'l min
habbhom, bla ma ghamel ghazla bejniethom.
Smajt elf
tfajjel jibku.
"Jien smajt
elf tfajjel jibku-
jitnehdu
l-missier taghhom
U b'dak
il-biki jhollu -
Lil kull min
kien jismaghhom".
Dawk it-tfal
hassewhom tassew bla missier, u bezghu minn gejjjieni mwiegher. Demgha
li ccarcret ma' haddejn ta' tfajjel donnha tkellimna bil-fomm tal-poeta:
"Jien hrigt
mill-qalb ta' tfajjel
-Imrobbi
fl-akbar sliema-
Li jaf bhal
hutu l-ohra-
Li x'hin
jisbah filghodu
jisfaw
ilkoll iltiema."
Imma Mons.
De Piro kien bhal id- il-leminja ta' Alla. Aktar mill-bnedmin ta'
zmienu, hu kien jaf tajjeb li Alla jibqa' jmexxi l-opri tieghu anki
minghajru. Kienu opri li hu habbhom sa mill-ewwel zmein tas-sacerdozju
tieghu. Imma kienu wkoll opri li qatt ma fittixhom hu nnifsu. Alla beda
jitlaqhomlu f'idejh, wahda wara l-ohra. Is-Superjuri tieghu fdawlu dan
il-gawhar prezzjuz meta hallew fil-hsieb tieghu tfal ckejknin li kellhom
bzonn ta' ghajnuna halli jghallimhom isawru qalb tan-nar lejn Alla u
jaghtihom tama f'hajja li tant drabi hi kiefra mal-fqajjar,
mad-dghajjef, u ma' l-imnikket.
"Alla Jridni
ma l-Iltiema".
Meta
l-Arcisqof Pietru Pace talab li Dun Guzepp De Piro biex ihalli
l-parrocca tal-Qrendi u jibda jiehu hsieb it-tfal tad-Dar Fra Diegu,
il-Hamrun, quddiem min tnikket ghat-tluq tieghu mill-Qrendi, hu wiegeb:
"Dan hu sinjal li Alla jridni ma' l-iltiema biex issa naghmel il-gid
maghhom".
Mons. De
Piro kien il-bniedem kalm imma determinat. Kien bniedem metodiku, jaf
x'irid, u jifhem safejn jwassal bil-hila tieghu bis-sahha ta' gismu.
Imma jidher li hu hass li Alla ried minghandu li hu qatt ma jabbanduna
lic-ckejknin. Hu ghamel minn kollox biex ma jsirx Monsinjur
tal-Katidral. HU rrizenja min Segretarju Djocesan u minn Rettur
tas-Seminarju Magguri meta hass it-toqol tax-xoghol fuq spallejh. Imma
qatt mahalla l-hidma ta' Direttur tad-Dar Fra Diegu tal-Hamrun, tad-Dar
ta' San Guzepp f'Santa Venera u f'Ghajnsielem u tad-Djar taz-Zejtun u
ta' Birkirkara li kienu f'idejn is-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu
Nazzarenu.
Meta, fit-8
ta' Frar 1932, De Piro fassal it-testment tieghu, hu ftakar f'kull wahda
mid-dkar tat-tfal li Alla ried jafdalu f'idejh. Kienu djar li, mhux biss
ma hallewlux qligh, imma ghamluh bhal tallab. Kien dejjem jittallab
ghalihom. U dan ghamlu mhux minghar misthija kbira. L-anqas li jisthi
kien minn ommu, is-Sinjura Ursola. ghalhekk, hi, li f'binha Guzeppi
kienet tara l-fessud taghha, kemm-il darba sejhitlu t-tallab tieghi.
Fi zmien ta'
guh, meta gie li mar iqaddes il-Katidral ta' Malta, ommu kienet
tibghatlu kolazzjon abbondanti, u kienu jqeghduhulu fis-sagristija.
Darba wahda, intebah li xi tifel kien qed ifettillu jmisslu minn dak li
kienet tlestilu ommu. X'ghamel? Hu qalilha biex tlestilu xi haga izjed
halli min ikun fil-bzonn ikollu izjed minfejn jiehu!
Kull haddiem
haqqu l-hlas ta' eghmilu, u min jahdem ghall-artal, ghandu l-jedd li
jghix mill-artal. ghalhekk, f'isem l-Isqof ta' Malta, il-maghruf Alfons
M. Galea, fi tmiem is-sena 1915, kiteb hekk: "Jiena staqsejt lil Mons.
De Piro x'jistenna bhal hlas li haqqu talli qieghed izomm f'idejh dik
l-amministrazzjoni (ta' Fra Diegu). Imma hu nnifsu gharrafni li offra
s-servizz tieghu minghajr ebda hlas: ghall-imhabba t'Alla biss. Imbaghad
hu zied li, ghalli gej ukoll, m'ghandux f'mohhu li jitlob xi hlas".
Fit-testment tieghu, De Piro halla L 100 ghat-tfal tad-Dar ta' Fra
Diegu. Ftakar fid-djar l-ohrajn ukoll. Lid-djar ta' San Guzepp ta' Santa
Venera u ta' Ghajnsielem hallielhom il-beneficcju tas-sevizz
tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li taghha hu kien il-Fundatur.
Is-Sorijiet ta' Gesu Nazzarenu u l-Frangiskani hassew dejjem l-appogg
tieghu f'kull opra li ghamlu mat-tfal. Fosthom ukoll it-tifkira ta'
Mons. De Piro hi wahda qaddisa.
Laboratorju
ghal Xbejbiet bla Xoghol.
Il-missier
ma hasibx biss biex ikabbar 'l uliedu. Hu jhossu mhasseb jekk uliedu
jdhru bla futr jew jekk ma jkunux jafu x'se jaghmlu b'hajjithom. Hekk
kien Mons. De Piro. X'kien sejjer jigri b'mod specjali minn dawk
ix-xbejbiet li b'tant imhabba trabbew fid-djar tal-Knisja? Hafna kienu
bla familja. Gie li sabu ruhom bla mezzi ta' ghaxien. Il-qalb tieghu
mtliet bin-niket meta kien hemm min beda jwassallu kif x'uhud minhom
sabu ruhom mitfughin fi hwienet ta' triq maghrufa tal-belt Valletta.
L-ewwel
darba li kellu jiftah fommu fis-Senat, lil Mons. De Piro nisimghuh
b'hegga jitlob il-kollaborazzjoni ta' dawk kollha li ghandhom xi
awtorita'. "Jiena tal-fehma li ghandu jsir minn kollox biex dawn in-nisa
jitwarrbu minn dawk il-hwienet.... Imissna nahsbu mhux biss
ghall-imsejkna tfajliet taghna, imma wkoll ghal tant guvintur... Hi
pjaga licertament tezisti taht l-isem ta' Barmejdizmu, Kabarrettizmu, u
Tabarrinizmu. Ahna lkoll imissna ninghaqdu biex nitqabdu halli
ghallanqas innaqqsu din il-pjaga".
Fis-sena
1927, Mons. De Piro, b'dan il-ghan, kien qed jipprogetta opra kbira,
imma wkoll difficli. Hu ried iwaqqaf Laboratorju ghalxebbiet bla xoghol.
Il-post kien il-Belt. Imma l-problema ma kenitx biex jibda. Kien izjed
difficli li l-opra tkompli. Kien hemm min ikkollabora ma' Mons. De Piro
billi offra sahnasitra gidu. Kien hemm min offra x-xoghol ta' idejh.
Ix-xbejbiet
beda jkollhom post fejn jingabru daws li kieku f'darhom fil-post li kien
instab ghalihom. Imma d-diffikultajiet kibru. L-opra giet sospiza. Hu
kien qed jittama li din il-hidma fost it-tfajliet tkun wahda milli
setghu jintefghu fuqha s-Sorijiet Missjunarji ta' Gesu Nazzarenu. Imma
l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Il-hajja ta' Mons De Piro kienet
qed toqrob bejn tmiemha. Sa l-ahhar, hu kien ghdu qed johlom bi progetti
ta' ghajnuniet kbar. Propju fl-ahhar zmien ta' hajtu, hu hassu konvint
li kellu jhalli ghal xi zmien 'il Malta, biex ighin 'l-ulied spritwali
tieghu f'hidma kbira li kienet bdiet fis-Somalja.
Mons. De
Piro halla l-progetti tieghu bhal wirt lil dawk kollha li jarawh bhal
missierhom. Hu, li kien tassew il-bniedem ta' kulhadd, sar il-mudell
tas-sacerdot Malti. Hu kien il-gieh tal-poplu Malti. Ma hux ta' xejn,
ghalhekk, li l-hajja ta' Mons De Piro qed tigi studjata
mill-Awtoritajiet tal-Knisja. It-tama hi li, jekk inhi r-rieda t'Alla,
lil Mons. De Piro ghad narawh mgholli ghall-gieh ta' l-artali. B'hekk,
ilkoll naghtuh il-venerazzjoni li tixraqlu, u nikkpjawh f'hajjitna.
_________________________________________________________________________
It-Torca
Il-Hadd, 9
ta' Ottubru, 1988.
Gordon
Refalo, (Seminarista)
Pg. 6.
Mons. G. De
Piro.
Dedikazzjoni
ghad-Djocesi.
Monsinjur
Guzeppi De Piro huwa maghruf fostna lkoll bhal l-Fundatur tas-Socjeta'
Missjunarja ta' San Pawl kif ukoll bhal dak li tant habb u hadem
ghat-tfal fl-Istituti tal-Knisja; zewg affarijiet li ghalihom jisthoqqlu
kull gieh. Izda ftit huma dawk li jafu li minbarra dawn, huwa kellu
wkoll responsabbiltajiet ohra kbar fid-Djocesi ta' Malta moghtija lilu
mill-Awtoritajiet tal-Knisja.
Fl-1915,
malli l-Arcisqof Mawru Caruana sar Isqof ta' Malta, huwa ghazel lil
Mons. De Piro biex ikun is-Segretarju Generali tieghu, ufficcju li baqa'
jzomm ghal tliet snin. Dan jfisser li l-Arcisqof kellu fiducja kbira
fih, ghalix b'hekk Mons. De Piro kellu jkun kollaboratur vicin ta'
l-Arcisqof fit-tmexxija tad-Djocesi.
Izda peress
li fl-1918, ir-Rettur tas-Seminarju kien spicca mill-kariga tieghu,
l-Arcisqof Caruana innomina lil Mons. De Piro bhal Rettur, imhabba li
huwa kien "bniedem ta' skola, ta' hajja tajba u ta' tant merti
fid-Djocesi".
Kemm dam
Rettur, jigifieri ghal sentejn biss, hu wera' ruhu tassew Missier ta'
dawk iz-zghazagh li kienu qieghdin ihejju ruhom ghas-Sacerdozju. Huwa
kien ighinhom b'kull mezz possibli.
Izda bhala
Rettur tajjeb ma kienx mohhu biss f'dak li hu Spiritwali, izda wkoll
f'dak li hu materjali u intelletwali. Jidher car hafna minn dak li darba
kiteb lill-Arcisqof, li kien preokkupat hafna mis-sitwazzjoni ekonomika
tas-Seminarju, li tant kienet hazina, li kien hemm nuqqas serju ta'
ikel, kif ukoll certi hargiet li s-Seminaristi kienu jaghmlu barra
mis-Seminarju, ma seghux ikomplu jisiru.
Mons. De
Piro kellu wkoll interess kbir fl-istudji tas-seminaristi ghaliex kien
jaf li l-formazzjoni intelletwali tas-Sacerdoti kienet ta' importanza
kbira.
Minhabba
l-fatt li kellu tant xoghol iehor importanti x'jaqdi, specjalment bhal
Fundatur tas-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, huwa hass li ma setax
ikompli jawd d-dmirijiet tieghu bhal Rettur b'mod tajjeb, u ghalhekk
f'Awissu tas-sena 1920, huwa baghat ittra lill-Arcisqof fejn urih
bix-xewqa tieghu li jispicca minn Rettur.
Izda Mons.
De Piro ma damx wisq ma nghata kariga ohra ta' responsabbilta'
fid-Djocesi. Mal-mewt tad-Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral, billi huwa
kien kogitru, f'Novembru ta' l-1920, Mons. De Piro sar Dekan.
Bhala Dekan
huwa kellu sehem importanti fit-tfassil tal-Kostituzjoni ta' Malta ta'
l-1921 specjalment f'dak li kellu x'jaqsam mal-Knisja f'Malta. Ukoll
meta kien Dekan, saret riforma kbir fl-iskola tal-Katidral li kienet
isservi ghal dawk it-tfal li kienu jaghtu s-servizz taghhom fil-Katidral
waqt il-funzjonijiet liturgici.
Fil-qosor
dawn huma ufficcji importanti li okkupa Mons. De Piro fid-Djocesi ta'
Malta. Izda nistghu naraw b'mod car li kien bniedem li tant habb lil
Kristu li kien lest jaqdi l-Knisja Tieghu f'dak kollu li kien mehtieg -
Knisja li hu stess tant kien ihobb.
_________________________________________________________________________
Lehen
is-Sewwa
Is-Sibt, 29
ta' Ottubru, 1988.
Diskors ta'
Sir Anthony Mamo
Pg. 9.
Il-Qaddej
ta' Alla Guzeppi De Piro.
Il-Bniedem
bi tliet imhabbiet.
Ftit aktar
minn xahar ilu, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, imwaqqfa
mill-Qaddej t'Alla Guzeppi De Piro, iccelebrat il-55 sena mill-mewt
tal-Fundatur taghha. F'din l-okkazzjoni giet mikxufa u mbierka lapida
kommemorattiva li twahhlet mad-dar fejn twieled hu u li llum taghmel
parti mill-Iskola tad-Dorotej, fl-Imdina. Ghal din l-okkazzjoni gie
mistieden Sir Anthony Mamo, l-ewwel President ta' Malta, biex jaghmel
id-diskors. Billi fit-2 ta' Novembru jahbat jum it-twelid ta' dan
il-Qaddej t'Alla, se ngibu dan l-istess diskors.
Nixtieq
nistqarr li nhossni tassew onorat li gejt mistieden biex niehu parti
f'din ic-cerimonja simpatika. U ta' dan nixtieq nirringrazzja
lis-Superjur Generali u lill-membri kollha tas-Socjeta' ta' San Pawl.
Inevitabblilmet fid-diskors, illi mhux twil, li ppreparajt, se jkolli
forsi nerga' nghid hwejjeg li diga' qalhom, b'mod wisq ahjar millinaf
nghidhom jien, is-Superjur Generali, fl-omelija tieghu, ghax fl-ahhar
mill-ahhar qed nitkellmu fuq l-istess persuna. Dak li hu tajjeb hu li
Mons. De Piro kien bniedem tant kbir, qaddis, twajjeb, li mhux facli
tixba' tisma' fuqu.
Kif qal
is-Superjur Generali, virtu' mill-isbah li kienet izzejjen lill-Qaddej
t'Alla Mons. De Piro matul hajtu kollha, u li flimkien mal-kwalitajiet
l-ohra kbar tieghyu habbitu mal-poplu kollu, kienet zgur l-umilta'
tighu. Ghalkemm hu kien ta' nisel nobbli, hu dejjem stmerr il-fohrija,
it-tifhir, u kull fjen seta' harab l-unuri personali.
Izda ghalina
mhux biss hu xieraq u sewwa izda huwa wkoll dmir li naghtu widen
ghall-kmand li nsibu f'wiehed mill-Kotba Mqwaddsa li jghid: "Fahhru
l-eghmejjel ta' dawk li jaghmlu l-gid, ghaliex l-opri taghhom
jisthoqqilhom li ma jigux minsija, u isimhom u l-fama taghhom
m'ghandhomx jigu mdallam biz-zmien." U appuntu ghalhekk, biex nobdu dan
il-kmand, li ahna ninsabu dal-hin migburin hawnhekk quddiem din id-dar
sabiha, wahda mid-djar u l-palazzi l-kbar u sbieh li jzejnu din il-belt
li ssahhar lil kull min izurha.
Ninsabu
hawnhekk biex infahhru u biex infakkru, minquxin fl-irham u fil-bronz
l-isem u l-opri ta' dan il-persunagg li kull fejn mex ghamel il-gid.
Izda zgur li fil-genna fejn qieghed, Mons. De Piro, li f'hajtu tant
kellu ghal qalbu u tant hadem ghall-formazzjoni nisranija tat-tfal u
taz-zghazagh, jifrah li din id-dar, fejn twieled u fej trabba, hi wzata
bhal skola li fiha gereazzjoni war ohra ta' studenti jircievu
l-edukazzjoni taghhom maghguna bil-hmira ta' principji sodi, religjuzi,
morali u civili.
Izda jien
nahseb li l-lapida li se nikxfu m'ghandhiex tkun biss tifkira ta' grajja
li sehhet fiz-zmien u ghaddiet izda ghandha wkoll twassal messagg lil
kull min jaqraha, messagg li hu validu dejjem.
L-Ideali ta'
Mons. De Piro.
Kif jiftehmu
mill-kliem ta' l-istess lapida, li issa taqraw, l-ideali li haddan u
wettaq b'eghmilu Mons. De Piro, kienu tlett imhabbiet: l-imhabba lejn
Alla, l-ewwel u qabel kollox; l-imhabba ta' pajjizna ul-qadi tieghu; u
l-imhabba tal-proxxmu, u b'mod specjali taz-zghar, tal-fqar, tal-batuti,
u l-ghajnuna lil kull min kellu bzonn.
Fit-twettiq
prattiku ta' dawn l-ideali s'intendi hu moghti lil fit tmaghzula biss li
jilhqu l-grad ta' santita' u ta' perfezzjoni li lahaq Mons. De Piro.
Izda jien nahseb li kulhadd, fic-cirkustanzi tieghu, jista' jsib dawn
l-ideali ispirazzjoni u taghlima.
Bit-tqeghid
ta' din il-lapida s-Socjeta' ta' San Pawl se taghmel monument iehor
zghir ghall-memorja tieghu. Izda l-veru monument, il-monument il-kbir,
il-monument haj, hu s-Socjeta' ta' San Pawl innifisha, li mhux biss
tfakkar izda tikkontinwa u tipperpetwa l-opra tieghu, u, biex nghid
hekk, l-istess hajtu.
Meta qasir
il-ghomor Mons. De Piro ghadda ghal hajja ahjar, is-Socjeta' li hu kien
waqqaf, jekk tippremettuli hawnhekk il-metafora u t-tixbieha, kienet
xitla. Izda kiene xitla ta' nisel tajjeb u b'sahhitha. Hu kien hawwilha
f'art li kien hejja tajjeb. U ghalhekk ix-xitla kienet minn Alla, kibret
imsoqqija bil-gharaq tax-xoghol ta' wliedu u ndukrata u kkultivat
bilghaqal u bil-ghozza taghhom. U saret sigra kbir li tifrex il-frieghi
taghha anki f'oqsma 'l boghod hafna minn pajjizna; u taghti l-frott.
Ahna lkoll,
hbieb u ammiraturi ta' din is-Socjeta' nafu b'liema hrara u b'liema
hegga huma jkomplu u jkabbru dejjem izjed l-opri tal-Fundatur taghhom,
fl-edukazzjoni, fl-Istituti ta' beneficenza, f'istituzzjonijiet ohra li
jaghmlu attivitajiet religjuzi, kulturali, u socjali, fix-xoghol
pastorali fid-djocesi, fost l-emigranti Maltin, fl-artijiet tal-missjoni
fejn, nizzu hajr 'l Alla, kif qaluli, qed jitnibbet rimi gdid ta'
vokazzjonijiet indigeni.
Issa j'Alla
timxi 'l quddiem u tirnexx l-kawza ta' kanonizzazzjoni ta' dan
il-bniedem qaddis. B'hekk il-poplu taghna, li ghandu tradizzjoni
nisranija ta' kwazi elfejn sena, wahda mill-komunitajiet insara ta'
mill-bidunett, poplu li jaf il-fidi tieghu mill-istess San Pawl, li
b'ismu hi kburija s-Socjeta', dan il-poplu jkollu hu wkoll wiehed minn
uliedu mtella' ghall-oghla unuri ta' l-artali.
_________________________________________________________________________
In-Nazzjon
Taghna
L-Erbgha, 2
ta' Novembru, 1988
Diskors ta'
Sir Anthony Mamo.
Pg. 12
Il-Qaddej
ta' Alla Guzeppi De Piro.
Il-Bniedem
bi tliet imhabbiet.
Ftit aktar
minn xahar ilu, is-Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl, imwaqqfa
mill-Qaddej t'Alla Guzeppi De Piro, iccelebrat il-55 sena mill-mewt
tal-Fundatur taghha. F'din l-okkazzjoni giet mikxufa u mbierka lapida
kommemorattiva li twahhlet mad-dar fejn twieled hu u li llum taghmel
part |